|
TAGĦLIM SOĊJALI
TAL-KNISJA KATTOLIKA |

ĦNIENA DIVINA
Ikklikkja
fuq l-istampa |
|
|
IL-PAPA JGĦID LI L-ĠUĦ FID-DINJA IĠIBU L-BNIEDEM

Vatikan: Il-ġuħ u
nuqqas ta’ nutriment, li minħabba fihom tant miljuni ta’ persuni
qed ikollhom l-istess eżistenta tagħhom minaċċata, mhumiex biss
kaġunati minn raġunijiet ġeografiċi u klimatiċi, jew minn
ċirkustanzi ħżiena għal ħsad tal-prodotti agrikoli. Ħafna drabi
l-kaġun huwa l-bniedem nnifsu, l-egoiżmu tiegħu u r-riġidità ta’
strutturi ekonomiċi, li spiss, l-għan uniku tagħhom huwa
il-profitt.
Hekk kiteb il-Papa
Benedittu XVI, f’messaġġ tiegħu fl-okkażżjoni tas-sittin
anniversarju tal-aġenzija tal-Ġnus Magħquda, il-F.A.O. Huwa kompla
igħid li dan fost l-agħar skandli li qed jaffettwaw il-familja
umana u jeħtieġ l-attenzjoni immedjata tal-komunità
internazzjonali.

Ara t-test sħih...
|
|
“Agħtuhom intom jieklu...”
Malli beda jikser
il-jum, resqu t-tnax u qalu lil Ġesù: “Itlaq il-ġemgħa biex
imorru fir-rħula tal-qrib u fir-raba’, biex isibu fejn
jgħaddu l-lejl u x’jieklu, għax hawn qegħdin fi mkien
imwarrab.” Qalilhom: “Agħtuhom intom jieklu.” Qalulu:
“Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk
m’għandniex immorru aħna nixtru l-ikel għal dal-poplu
kollu.” Kienu madwar ħamest elef. Qal lid-dixxipli tiegħu:
“Ġegħluhom joqogħdu fi qtajja’ ta’ xi ħamsin-il waħda.” Hekk
għamlu, u ġiegħlu ‘l kulħadd joqgħod.
Imbagħad qabad
il-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, refa’ għajnejh lejn
is-sema, berikhom, kisirhom u tahom lid-dixxipli biex inewlu
lill-ġemgħa.” U kielu u xebgħu kollha, u refgħu mill-fdal
tagħhom tnax-il qoffa bċejjeċ.
Luqa 9:12 - 17 |
|
"Il-Kattoliċi u l-Lhud għandhom
jagħtu xhieda komuni lid-dinja tal-fidi tagħhom f'Alla"
Minn
Karl Wright, RTK
Vatikan:
Il-Papa Benedittu XVI qal li l-kattoliċi u l-Lhud mhux biss
għandhom jirrispettaw u jifhmu lil xulxin, iżda għandhom ukoll
jagħtu xhieda komuni lid-dinja tal-fidi tagħhom f’Alla u
fil-kmandamenti tiegħu. F’messaġġ li nqara waqt ċerimonja
kommemorattiva ta’ l-40 anniversarju tad-dikjarazzjoni
tal-Konċilju Vatikan II Nostra Aetate, il-Papa appella għal
xhieda aktar maqgħuda u fl-istess hin mifruxa. Huwa fisser li
huma meħtieġa sforzi konġunti għad-difiża tal-qdusija tal-ħajja,
għall-promozzjoni tad-dinjita umana, għad-drittijiet tal-familji
u għall-ħtieġa tal-binja ta’ kultura ta’ ġustizzja fid-dinja kif
ukoll għal aktar rikonċiljazzjoni u paċi fost
il-ġenerazzjonijiet futuri.
Id-dikjarazzjoni tal-Konċilju Vatikan II Nostra Aetate, hija
dikjarazzjoni dwar ir-relazzjoni ma’ dawk li mhumiex insara.
F’għeluq l-40 sena anniversarju ta’ din id-dikjarazzjoni saret
din iċ-ċerimonja sponsorjata mill-kummisjoni tal-Vatikan
għar-relazzjonijiet reliġjużi mal-Lhud, attivita li ħarset ukoll
lejn il-progress li sar fid-djalogu bejn il-Kattoliċi u l-Lhud,
kif ukoll lejn il-possibiltajiet ta’ aktar promozzjoni f’dan
il-qasam fil-futur.
(Fir-ritratt il-Papa
jidher mar-Rabbi Natanael Teitelbaum fis-sinagoga ta' Cologne,
18 ta' Awissu 2005)
Rabta Speċjali mal-Lhud u l-Istima lejn il-Musulmani
Mill-programm id-Dinja Kattolika, RTK
Il-Papa enfasiżża r-Rabta Speċjali mal-Lhud u l-Istima lejn
il-Musulmani u s-segwaċi ta’ reliġjonijiet oħra waqt waħda
mill-aħħar riflessjonijiet pubbliċi tiegħu fi pjazza San Pietru
fil-Vatikan. Il-Papa afferma wkoll li s-sors ewlieni ta’
edukazzjoni hija l-familja u fakkar fir-responsabbilta’
edukattiva tal-Knisja Kattolika, dik li turi t-triq tal-ħajja.
Ma naqasx milli jesprimi s-solidarjeta tiegħu mal-vittmi
fil-Kashmir u appella lil dawk kollha ta’ rieda tajba sabiex
jagħtu l-appoġġ tagħhom, mhux biss materjalment lil dawk kollha
fil-bżonn, iżda wkoll spiritwalment permezz tat-talb.
(Ritratt – Ġwanni Pawli II kien
l-ewwel Papa li żar Moskea. Dan kien fis-6 ta’ Mejju 2001, ġewwa
Damasku, propju jumejn qabel wasal Malta.)
|
|
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI |

6 Novembru 2005
Il-32
Ħadd ta’ Matul is-Sena
"Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u
anqas is-siegħa."

13 Novembru 2005
Il-33
Ħadd ta’ Matul is-Sena
"Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont
fidil fil-ftit, u jien se nafdalek ħafna: idħol fil-hena ta’ sidek."

20 Novembru 2005
Kristu Sultan
Il-34
Ħadd ta’ Matul is-Sena
"Tassew ngħidilkom, kemm għamiltu ma’
wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi."
Il-Papa sejjer Spanja
Spanja:
Il-president tal-Kunsill Pontifiċju għall-Familja, il-kardinal Alfonso
Lopez Truijillo, qal li b’ċertezza jista’ jikkonferma li l-Papa se
jivjaġġa lejn Valencia fi Spanja u jattendi għall-5 Laqgħa Dinjija
ddedikata lill-Familji.
Il-kardinal Alfonso Lopez Truijillo ta
din il-konferma waqt kummenti li kien qed jagħti waqt laqgħa ma’
saċerdoti u koppji miżżewġa, ilkoll mill-arċidjoċesi ta’ Valencia fi
Spanja, li huma responsabbli għall-kura pastorali tal-familja. Dawn
ir-rapporti ngħataw mill-aġenzija ta’ l-aħbarijiet djoċesana AVAN.
Il-laqgħa dinjija ddedikata lill-familji
se tkun qed issir bejn l-1 u d-9 ta’ Lulju li ġej. Il-kardinal Lopez
Truijillo qal ukoll li l-parroċċi madwar id-dinja kollha ma jdumux ma
jibdew jirċevu materjal bi tħejjija għal din l-attivita dinjija.
(Mill-programm
id-Dinja Kattolika, RTK)
|