
ĦNIENA DIVINA
Ikklikkja fuq l-istampa |

FITTEX DWAR MALTA |
|

|
SIT
UFFIĊĊJALI TAL-PARROĊĊA MARIJA ANNUNZJATA – HAL TARXIEN |
FIL-ĦLEWWA
TA’ MEJJU,
L-OMM TAGĦNA, MARIJA
Ma
jistax jonqos li x-xahar ta’ Mejju jfakkarna f’Marija, Omm Ġesù u
Ommna lkoll. Dan ma jfissirx li lill-Madonna għandna niftakru fiha
biss matul dan ix-xahar, imma f’Mejju, aktar minn xhur oħra, il-Knisja
tħeġġiġna biex nersqu aktar mis-soltu lejn din ommna tas-sema.
Ir-rabta ta’ Mejju ma’
Marija hija waħda naturali għaliex matul dan ix-xahar infakkru wkoll
Jum l-Omm. U jekk aħna, b’sinjal ta’ mħabba niftakru iktar mis-soltu
fl-ommijiet naturali tagħna, kemm jekk dawn huma ħajjin kif ukoll
jekk mejtin, allura kemm iktar għandna nsellmu b’mod speċjali lil
dik il-mara, li Kristu stess, minn fuq is-salib ħalliha b’ommna
lkoll.
Għada Jum l-Omm Ukoll

Ħadd, 8 ta’ Mejju 2005:
Fit-tieni Ħadd ta’ Mejju, infakkru Jum l-Omm. Bħal bosta jiem
oħra, anke din l-okkażżjoni ċċapset b’aspett kummerċjali
esaġerat. Spiss jiġri li għax nixtru xi rigal, żgħir jew kbir
għal ommna, inserrħu l-kuxjenza u naħsbu li għal din is-sena id-dover
tagħna wettaqnih.
U hekk
nistennew li jerġa jasal Jum l-Omm ta’ sena oħra biex dak in-nhar
nerġgħu nagħmlu l-istess. Jekk jasal! U jekk ma jasalx, aħna
wkoll, bħal bosta oħrajn immorru ċ-ċimiterju u flok rigal nieħdu
xi bukkett fjuri u xi xema għal fuq qabarha. Hemmhekk forsi
nintebħu li issa huwa tard wisq biex lill-ommna nuruha l-veru
mħabba u rispett li suppost urejniha f’ħajjitha - mhux biss
f’Jum l-Omm, imma fil-jiem kollha tas-sena.
Għalhekk, jekk
għadek fiċ-ċans, ibda’ llum stess, imma imbagħad toqgħodx
tistenna sena oħra tasal. Għax għada Jum l-Omm ukoll.

 |
IL-PALLIUM
TA' BENEDITTU XVI
Fiċ-ċerimonja
inawgurali tal-papa l-ġdid, ċerimonja mimlija simboliżmu,
Benedittu XVI għażel li pallium li jilbes jerġa jmur
għat-tifsila oriġinali tiegħu kif tidher fl-ikoni antiki. Mir-ritratti
wieħed malajr jintebaħ bid-differenza bejn il-pallium li kien
juża Ġwanni Pawlu II u dak li libes Benedittu XVI.
Is-simboliżmu spjegah
il-papa nnifsu fl-omelija tal-quddiesa inawgurali tiegħu.
Jintlibes u l-ispallejn u magħmul mis-suf tan-nagħaġ, spjega
il-papa, il-pallium iffakkru li huwa jrid ikun bħar-Ragħaj it-tajjeb
li joħroġ ifittex lin-ngħaġa l-mitlufa, lil dik għajjiena jew
batuta u jerfaħha fuq spallejh.
Wara fisser
ukoll is-simboliżmu li hemm fiċ-ċerimonja tal-għoti taċ-Ċurkett
tas-Sajjied. Dan ifakkru f’Pietru, is-sajjied li wara lejl sħiħ
waħedhom u ma qabdu xejn, imma b’Ġesù magħhom qabdu kotra kbira
ta’ ħut. “Hekk kif nimxu wara Kristu, f’din il-missjoni tagħna
li nkunu sajjieda tal-bnedmin, irridu nerfgħuhom minn dan il-baħar
mielaħ b’kull xorta ta’ aljenazzjoni u ntellgħhom fuq l-art,
fejn hemm id-dawl ta’ Alla.” |
|
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI
Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Is-Seba' Ħadd tal-Għid
8 Mejju 2005
Tlugħ il-Mulej
fis-Sema

Tifkira tal-Beatu
Ġorġ
Preca
Fundatur tas-Soċjeta’ Duttrina
Nisranija
M.U.S.E.U.M.
9 Mejju 2005
Aqra dwar Dun
Ġorġ
L-Adorazjoni Ewkaristika f’San Bert

Sitt xhur ilu, eżattament fis-16
ta’ Ottubru 2004, fil-parroċca tagħna kienet bdiet inizjattiva
ġdida. Fl-okkażżjoni tas-Sena ta’ l-Ewkaristija, imħabbra
mill-Papa Ġwanni Pawlu II, il-kappella ta’ San Bert bdiet tkun
miftuħa għal diversi siegħat kuljum biex aħna nkunu nistgħu
mmorru nagħmlu ftit ħin ta’ adorazjoni u talb privat quddiem
Ġesù. “Ejjew,” kien stedinna l-Papa “niskopru l-għana ta’
l-Ewkaristija fil-ħajja tagħna u tal-Knisja.”
Anke llum Ġesù għadu jistedinna,
“Ejjew għandi intom lkoll li tinsabu imħabbtin u mtaqqlin u
jiena nserraħkom.” Qatt ippruvajt int ukoll biex tara kemm
huwa tassew ta’ kelmtu l-Mulej?
|