
ĦNIENA DIVINA
Ikklikkja fuq l-istampa |
|

FITTEX DWAR MALTA |
|

|
Kaledarju
Liturġiku 2005
► |
|
ATTI BARBARI KONTRA
L-UMANITA`
|

 |
Lulju
7, 2005
- Atti barbari kontra l-umanità! Din kienet
ir-reazzjoni tal-Papa Benedittu XVI għall-attakki
terroristiċi li seħħew illum f’Londra, attakki li ħallew
bosta mejta u ħafna oħrajn midruba gravament. Fil-messaġġ
tiegħu lill-arċisqof ta’ Westminster, il-Kardinal Cormac
Murphy O’Connar, il-papa qal li huwa kien imnikket
profondament bl-aħbar tal-attakki terroristiċi fiċ-ċentru
ta’ Londra u wiegħed it-talb tiegħu kemm għall-vittmi kif
ukoll għall-qraba u ħbieb tagħhom. Waqt li ddeplora dawn
l-atti barbari kontra l-umanità huwa talab lill-Kardinal
O’Connor jesprimi id-dispjeċir tiegħu lill-familji ta’
dawk midruba. Fuq il-poplu Inġliz huwa jitlob il-konsolazzjoni
li Alla biss jista’ jagħti f’ċirkustanzi bħal dawn.
Kien publikat
ukoll it-test tal-ittra ta’ solidarjetà, li l-President
tal-Kunsill tal-Konferenza tal-Isfqijiet Ewropej (CCEE)
bagħat lill-kardinal Ingliż li fiha esprima d-dispjaċir
tiegħu għal dak li seħħ fl-Londra u waqt li wiegħed it-talb
tiegħu u tal-membri l-oħra tenna l-konvinzjoni li lanqas
dawn il-ġrajjiet terribbli mhuma qatt se jħallu lill-poplu
Ingliż jinsa l-valuri tiegħu.
< Ritratti
mis-sit http://www.bbc.co.uk |
|
ALLA BISS HUWA
SID IL-ĦAJJA
L-embrijoni umani ma
jistgħux jiġu manipulati u m’għandu jsir ebda intervent
fuqhom li jista’ jeqridhom jew jostakola l-iżvilupp
naturali tagħhom.
Kurja tal-Arċisqof, 1 Lulju
2005
- “Il-Knisja tħoss
ħafna għall-koppji li, bla ebda tort tagħhom, ma jistgħux
ikollhom ulied b’mod naturali. Tħoss u tbati magħhom.
Hija tisħaq li huwa dmir tas-soċjeta’ li, bil-mezzi kollha
leġittimi, tgħin lil dawn il-koppji li jħossuhom qishom
tonqoshom xi ħaġa f’ħajjithom.”
Hekk kitbu l-Isqfijiet Maltin
fl-istqarrija tagħhom bit-titolu,”Il-Ħarsien tal-Ħajja
tal-Bniedem sa mill-bidu nett tagħha. Huma saħqu li
Alla u Alla biss huwa sid il-ħajja u jagħti l-ħajja.
“Xi wħud”, tgħid l-istqarrija,
“forsi jaħsbu li għandhom ‘dritt’ għal tarbija, ċioe’ il-‘jedd’
li jkollhom l-ulied. Madankollu, il-Knisja hija fid-dover
li tfakkarna li l-ulied qatt ma huma ‘dritt’ għaliex kull
persuna li titnissel hija don gratuwitu minn Alla.”
Huma komplew li wieħed irid
jikkura u jħares il-ħajja mill-bidu tal-konċepiment u ta’
l-ewwel żvilupp embrijonali tiegħu. Matul dan iż-żmien,
il-ħajja hija aktar debboli u tiddependi minn ħaddieħor, u
għalhekk teħtieġ attenzjoni u premura akbar. Il-ħajja
tal-bniedem, mill-bidunett tat-tnissil sal-mewt naturali
tagħha, għandha titqies bħala ħaġa sagra u għandha d-dritt
li tiġi mħarsa minn kulħadd. Minn hawn joħroġ ukoll id-dmir
li l-embrijoni umani ma jistgħux jiġu manipulati u
m’għandu jsir ebda intervent fuqhom li jista’ jeqridhom
jew jostakola l-iżvilupp naturali tagħhom.
Aqra t-test sħih tal-Istqarrija
tal-Isqfijiet. |
|

Kif diġa ħabbarna xi jiem ilu,
qegħdin naħdmu fuq Kalendarju Liturġiku li fih ikun hemm
ġurnata b’ġurnata il-qari tal-quddiesa ta’ kuljum, il-liturġija
tas-sigħat, il-qaddis/a tal-jum, u ħsieb qasir għal matul
il-ġurnata.
Dan huwa proġett li jirrikjedi
ħafna xogħol u għalhekk nisperaw li nkunu nistgħu nibdew dan
is-servizz mill-iktar fis possibli. Għalhekk minn żmien għal
żmien ikklikkja fuq l-istampa tal-Kalendarju ta’ hawn fuq
biex tiċċekja x’ikun sar.
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI
Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

10 ta' Lulju 2005
Il-Ħmistax-il Ħadd ta’
Matul is-Sena
"Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’.... "

3 ta' Lulju
2005
L-Erbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena
"Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu
mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom...."
|