|
INDULGENZA PLENARJA
FIL-KUNCIZZJONI
Vatikan:
Il-Papa Benedittu XVI qed jagħti Indulġenza Plenarja
għas-Solennita' ta' l-Immakulata Kunċizzjoni (8 ta' Dicembru
2005). Id-Digriet jgħid li t-8 ta' Dicembru jimmarka l-40
sena minn meta l-Qaddej ta' Alla, l-Papa Pawlu VI, f’għeluq
il-Konċilju Vatikan II iddedika tifħir kbir lill-Verġni
Marija li, bħala Omm Kristu, hija Omm Alla u l-omm
spiritwali tagħna lkoll.
“F’din
is-Solennita’, il-Papa Benedittu XVI, waqt li jfaħħar
pubblikament lil Marija Immakulata, minn qalbu jixtieq li
l-Knisja kollha tingħaqad miegħu, sabiex dawk kollha li
jemmnu, magħqudin f’isem l-Omm komuni, jissaħħu fil-fidi,
jikbru fid-devozzjoni lejn Kristu, u jħobbu lil ħuthom billi
jitħeġġu aktar fil-karita’. Minn dan – kif għallem b’tant
għaqal il-Konċilju Vatikan II – jinbtu ħidmiet ta’ ħniena
lejn dawk fil-bżonn, l-osservanza tal-ġustizzja, u d-difiża
u t-tfittxija għall-paċi,” jgħid iid-digriet.
Għal din
ir-raġuni, il-Papa kkonċeda d-don ta’ Indulġenza Plenarja
bil-kundizzjonijiet normali tas-soltu: Qrara sagramentali,
Tqarbina u talba skond l-intenzjoni tal-Papa. L-Indulġenza
Plenarja tista’ tinkiseb minn dawk li, b’ruħ
meħlusa mir-rabta mad-dnub, fis-Solennita’ ta’ l-Immakulata
Kunċizzjoni ta’ din is-sena jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni
liturġika f’ġieh il-Verġni Marija, jew
għallinqas joffru xiehda bil-miftuħ ta’ devozzjoni Marjana
quddiem xbiha ta’ Marija Immakulata li tkun għall-qima
tan-nies, waqt li jgħidu wkoll il-Missierna u l-Kredu u xi
invokazzjoni lil Marija.
Dawk li minħabba
mard jew raġuni oħra ġusta ma jistgħux joħorġu minn djarhom,
jistgħu jiksbu l-Indulġenza Plenarja fi djarhom stess, jew
fejn ikunu qegħdin, jekk jingħaqdu fl-ispirtu u x-xewqa
tal-Papa f’talb lil Marija Immakulata, u jgħidu l-Missierna
u l-Kredu. F’dawn il-każi, barra li jridu jkunu b’ruħ
meħlusa minn kull forma ta’ dnub, il-persuni konċernati jrid
ukoll ikollhom l-intenzjoni li josservaw ilkundizzjonijiet
normali għall-Indulġenza Plenarja, l-iktar kmieni possibbli.
IL-
PRESEPJU TA' MANWELI
Tarxien:
Ta'
kull sena Emanuel Axiaq itella presepju ferm artistiku u
kbir fil-garaxx tiegħu f'Ħal Tarxien. Dan il-presepju li fih
medda ta' 165 pied kwadru hu maħdum kollu mill-ġablo, ġibs u
kolla.
B'esperjenza ta’ 40 sena fil-qasam tal-presepji, din is-sena
Manuel irnexxielu joħloq xeni ferm oriġinali li jolqtu
l-għajn ta' kull min iżur dan il-presepju. Il-pasturi, li
b'kreativita' ħoloq b'idejh dan l-artist, ikomplu jżejnu
b'armonija dan il-presepju. hu ċertament presepju ta'
kalibru, li l-artist kapaċi joħloq b'tant interess u
dedikazzjoni. Għalhekk ta' kull sena, mijiet ta' delettanti
u saħansitra turisti, jżommu l-appuntament tagħhom
mal-presepju ta' Ħal Tarxien.
Il-presepju li jinsab f' Għimmanu-EL, Triq Karlu Maratta,
Ħal Tarxien, ikun miftuħ mis-16 ta’ Diċembru sat-3 ta’
Jannar. Il-ħin tal-wiri huwa kuljum mill-5:00 p.m. sat-
8:00 p.m. Fil-Ħdud u festi jkun miftuħ mill-10:00 a.m. sa
12:00a.m. u mit-3:00p.m. sat- 8:00p.m.
Ara
aktar ritratt tal-presepju... |