|
KATEKEŻI GĦALL-ADULTI
-
Il-bniedem
x’jiswa?
-
Xi jqawwilu qalbu llum?
-
X’inhu li jitfgħu fi qtigħ il-qalb?
-
Alla kif jidħol f’dan kollu?
-
U l-Knisja, tippriedka biss?
Dawn u bosta domandi
oħra li jagħmel il-bniedem ta’ żmienna. Kollha trattati
fid-dawl tal-Kostituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II – Gaudium et
Spes.
Gaudium et Spes – Ferħ u Tama.
Il-Konċilju
Vatikan II tlaqqa fil-bidu tas--snin sittin. Kien żmien ta’
problemi. Imma kien ukoll żmien ta’ tamiet kbar.
Illum, 40
sena wara, x’fadal minnhom? Il-bniedem fadallu għal x’hiex
jifraħ u fhiex jittama?
Il-Gaudium et
Spes – Il-Ferħ u t-Tama tal-bniedem tal-Lum
Kull nhar ta’
Tlieta, bejn is-7:00 u t-8:00 ta’ fil-għaxija – f’Dar Nażaret,
Ħal Tarxien. |
IL-HALLOWEEN – FESTA PAGANA

Il-festa hekk imsejħa ta’ ‘Halloween’ hija ta’ oriġini pagana u
ssib l-għeruq tagħha fi twemmin mhux imdawwal mill-misteru ta’
Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, li bil-mewt u
l-qawmien tiegħu fdiena u joffrilna ħajja ġdida, issa u anke
wara li ngħaddu mill-passaġġ tal-mewt.
Hekk tgħid
il-Kummissjoni Djoċesana Okkult u Sataniżmu dwar din il-Festa,
fi stqarrija tas-7 ta’ Ottubru 2005 u mqassma mill-Uffiċċju
Stampa tal-Kurja tal-Arċisqof.
Anke jekk hemm min iżomm li din hija biss ċelebrazzjoni antika
tal-bidu tax-xitwa, ma’ din il-festa ntrabtu diversi
tradizzjonijiet superstizzjużi u tradizzjonijiet oħra li
għandhom x’jaqsmu aktar mad-dinja ta’ l-ispiritiżmu u l-okkult
fis-sens l-aktar wiesgħa tiegħu; tradizzjonijiet li fil-fatt ma
jaqblux ma’ dak li n-nisrani jemmen fid-dawl ta’ Ġesù Kristu.
Ara it-test sħiħ tal-istqarrija.
OTTUBRU…XAHAR TAR-RUŻARJU

Din is-sena x-xahar ta’ Ottubru, maghruf fostna
l-Insara bhala ix-Xahar
tar-Ruzarju Mqaddes,
hu ferm importanti ghall-Knisja peress li matulu ser tintemm is-Sena
Ewkaristika mnedija mill-mibki izda qatt minsi Papa
Gwanni Pawlu II fis-17 ta’ Ottubru tas-sena li ghaddiet.
Madankollu ghandna wkoll zewg avvenamenti ohra ferm importanti
…is-Sibt, 15 ta’ Ottubru, il-Q.T. Benedittu XVI ser ikollu
laqgha ta’ Katekezi gewwa l-Vatikan ma’ dawk it-tfal, l-aktar
dawk li joqoghdu gewwa Ruma u fir-regjun ta’ Lazio, li rcevew
l-Ewwel Tqarbina matul din is-sena; u bhal kull sena, il-Hadd,
23 tax-xahar ghandna il-Gurnata
Missjunarja.
Ara
l-artiklu ta’ Harry Agius Ordway
Ir-Rużarju tal-Madonna bl-istampi u
redkordjat
|
IL-PAPA JŻUR TFAL FL-ISPTAR |
   |
Ruma, 30 Settembru 2005 –
Il-Papa Benedittu XVI illum żar lit-tfal li huma rikoverati
fl-isptar pedjatriku, Bambino Gesu f’Ruma. Waqt li
bierek lilhom u lill-ġenituri tagħhom, huwa assigurhom li huwa
qrib tagħħom spiritwalment.
L-isptar, li huwa tas-Santa
Sede, huwa magħruf internazjonalment kemm għall-kura medika
pedjatrika, kif ukoll bħala ċentru ta’ riċerka biomedika.
Wara li żar id-diversi
dipartimenti u tkellem mat-tfal u mal-familjari tagħhom,
Benedittu XVI daħal fis-sala fejn huwa sellem lill-president
tal-isptar, lill-membri tal-kumsill amministrattiv, lill-istaff
mediku u lill-awtoritajiet ċivili li kien hemm miġbura.
Il-President tal-Isptar
Francesco Silvano fakkar kif l-isptar Bambini Gesu, kien
twaqqaf fl-1869, b’att karitattivoli ta' familja nobbli, li xi
80 sena ilu huma irregalawh lill-papa ta’ dak iż-żmien, Piju XI.
Il-Papa Benedittu XVI qal li
biż-żjara tiegħu fl-isptar tat-tfal huwa xtaq ikun xhud
tal-imħabba li Ġesù għandu għat-tfal. Huwa kompla jgħid li
fil-persuna ta’ kull min qed isofri, b’mod speċjali jekk dawn
huma żgħar, hemm Ġesù li jilqagħna u li jistenna l-imħabba
tagħna.
Ritratti - Ħajr lill-Catholic
Press Photo ta’ Ruma |
|