|
STEDINA
Il-parroċċa
tiegħek ukoll.
Se
niltaqgħu biex flimkien nitkellmu dwar il-parroċċa
tagħna.
Għalhekk
nixtieq nistiednek biex inti wkoll tiġi għall-
ASSEMBLEA
PARROKKJALI
It-Tnejn, 8
ta’ Novembru fis-6.30 ta’ fil-għaxija,
f’Dar
Nażaret.
Narak.
Dun
Karm Mercieca
Kappillan
Abbozz ta' Pjan Pastorali li se jkun diskuss
fl-Assemblea. |
|
L-INTENZZJONI TAL-PAPA GĦAX-XAHAR TA’
NOVEMBRU
Nitolbu sabiex l-insara, irġiel u nisa li għarfu l-vokazzjoni li
hija tagħhom fil-Knisja, iwieġbu b’ġenerożitá għas-sejħa ta’
Alla sabiex
ifittxu l-qdusija
f’ħajjithom. |
KORS TAR-RELIĠJON FIL-LIVELL
AVVANZAT
Il-parroċċa ta’ Ħal Tarxien qed
torganiżża kors tar-Reliġjon li
se jitmexxa fuq is-sillabu li hemm għall-eżami fil-livell
avvanzat ta' dan is-suġġett.
Għalkemm il-kors huwa immirat l-aktar
għal dawk l-istudenti li se jagħmlu l-eżami matul is-sena 2005,
madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif tiegħu
tar-Reliġjon Nisranija huwa mistieden li jattendi.
Aktar informazzjoni minn għand
il-Kappillan fuq 21828153.
SILLABU U NOTI
TAL-KORS
ID-DOKUMENTI TAS-SINODU
DJOĊESAN
Dawn
huma t-tmien dokumenti tas-Sinodu Djoċesan. Huma jittrattaw il-Knisja
bħala komunjoni, kif ukoll ir-relazzjoni tagħha mas-soċjeta’ u
mal-kultura. Jitkellmu
fuq l-impenn tal-lajċi fid-dinja u fil-Knisja, u jagħtu attenzjoni
partikolari lill-oqsma taż-żwieġ u tal-familja, kif ukoll ta’
l-adolexxeti u ż-żgħażagħ.
Imbagħad
jitkellmu dwar tliet ministeri fundamentali fil-Knisja: li nxandru
b’kull mezz il-Kelma ta’ Alla, li niċċelebraw b’mod ħaj il-liturġija
u s-sagramenti, u li nħaddnu lil kulħadd fi spirtu ta’ djakonija u
ta’ promozzjoni tal-ġustizzja.
KNISJA KOMUNJONI
LAJĊI NSARA
ŻWIEĠ U FAMILJA
ADOLEXXENTI U ŻGĦAŻAGĦ
DJAKONIJA U ĠUSTIZZJA
KULTURA, SOĊJETA', KNISJA
LITURĠIJA U SAGRAMENTI
XANDIR TAL- KELMA
|
|
|
| |
|
IS-SENA
TA'
L-EWKARISTIJA |
|

|
ADORAZZJONI
EWKARISTIKA
FIL-KAPPELLA TA' SAN
BERT
HAL
TARXIEN |
Fil-bidu tas-Sena ta’ l-Ewkaristija,
il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien qegħda tati bidu għal Adorazzjoni
Ewkaristika fil-Kappella ta’ San Bert, li qegħda fi Triq il-Kbira,
maġenb l-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Kappella se tkun miftuħa mit-Tnejn
sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn is-6.30 u
d-9.00 ta’ filgħaxija.
Ejjew aħna wkoll, kif ħeġġeġ il-Papa,
nerġgħu niskopru l-għana ta’ l-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja u fil-ħajja tagħna. Inżuru lil Ġesu’
fl-Ewkaristija. Ikun
qiegħed hemm kuljum jistennina.
|
|
ITTRA
APPOSTOLIKA TAL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA
"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"
Nħar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa
tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika
tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’
magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu
niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.
L-istorja taż-żewġ dixxipli ta’ Emmaws,
li fil-ħarba tagħhom minn Ġerusalemm jiltaqgħu ma’ Ġesu’ rxoxt hija
l-ikona li l-Papa jagħżel għall-aħħar snin tal-pontifikat
tiegħu.
L-istess bħad-dixxipli ta’ Għemmaws, aħna
wkoll nistgħu nirbħu d-dwejjaq tagħna u l-qtiegħ ta’ qalb permezz
tal-fidi fil-preżenza ta’ Ġesu’. Jinħtieġ li nerġgħu niskopru
l-Ewkaristija bħala l-misteru tad-dawl. Nerġgħu niskopru l-Quddiesa
bħala ikla u tifkira.
Imma fuq kollox jinħtieġ li nerġgħu niskopru l-Preżenza Reali
ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija u dan permezz ta’ liturġija xierqa,
silenzju, adorazzjoni, r-Rużarju u purċissjonijiet. Dawn kollha jsaħħuna
fiċ-ċertezza li Ġesu’ għadu magħna sal-lum.
L-Ittra Appostolika tal-Papa, Mane nobiscum, Domine –
Ibqa’ magħna, Mulej. (verżjoni
Taljana)
Il-Kardinal
Francis Arinze dwar l-Ittra Appostolika, Mane Nobiscum Domine
(verżjoni Ingliża)
| |
|
GRIŻMA
TA’ L-ISQOF FIL-PARROĊĊA
|
 |
EJJA SPIRTU
QADDIS |
Is-Sibt u l-Ħadd, 30 u 31 ta’ Ottubru 2004, fil-parroċċa tal
Ħal Tarxien se jkollna ċ-ċelebrazjoni tas-Sagrament tal-Griżma ta’
l-Isqof.
Iċ-ċelebrazzjoni tas-Sibt tibda fl-4:30pm u tkun għat-tfal li
jattendu ċ-Ċentri ta’ Dar Nażaret u ta’ l-Azzjoni Kattolika
fi Triq Simmons.
Imbagħad il-Ħadd iċ-ċelebrazzjoni tibda fl-10:00am u tkun
għat-tfal li jattendu l-MUSEUM u ċ-ċentru ta’
l-Agostinjani.
Flimkien mas-Sagrament tal-Magħmudija u dak ta’ l-Ewkaristija,
is-Sagrament tal-Konfirmazzjoni, jagħmel dak li flimkien huma
s-sagramenti tad-dħul fil-ħajja nisranija. Għalhekk dan
is-sagrament, li spiss insejħulu wkoll, Il-Griżma (tfisser dilka)
ta’ l-Isqof, jorbot lil min jirċevih b’mod aktar perfett
mal-Knisja.
Għal dan il-għan l-Ispirtu s-Santu jagħti d-doni tiegħu li
dawk li jiġu kkonfermati ħalli bl-għajnuna tagħhom huma jkunu
jistgħu jaqdu aħjar id-dmirijiet tagħhom ta’ nsara
maturi.
KUNGRESS INTERNAZZJONALI
TAS-SAĊERDOTI,
F’MALTA
Xi żmien ilu, f’appell
li għamel il-Papa Ġwanni Pawli II għall-Evanġeliżazzjoni ġdida, huwa
kien stieden lis-saċerdoti tad-dinja sabiex bejn it-18 u t-23 ta’
OPttubru 2004, jattendu Kungress Internazzjonali f’Malta.
Il-kungress fetah
fil-KonKattidral ta’ San Ġwann, il-Belt u se jintemm fi-Santwarju
tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex.
Il-Papa ħeġġeg
lis-saċerdoti kollha sabiex jitħeġġu bil-konvinzjoni tal-Appostlu
Pawlu, “Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.”
Dan huwa s-sitt Kungress
tas-Saċerdoti, l-ewwel wieħed kien sar fl-1996 ġewwa Fatima
fil-Portugal. warajh saru kungressi oħra f’Yamossoukri fil-Kosta
tal-Avorju, ġewwa Gwadalupe fil-Messiku, fl-Art Imqaddsa u
f’Ruma.
Ir-ritratt
ta’ hawn fuq juri lis-Sacerdoti li ġew għall-Kungress miġbura
fil-KonKattidral ta’ San Ġwann.
Link
għal aktar ritratti provduti mill-website ta’ l-Arċidjoċesi ta’
Malta.
IT-TEMPJI NEOLITIĊI
TA’
HAL TARXIEN U L-FIDI TA' L-ANTENATI
TAGHNA
It-Tempji Neolitiċi ta’
Hal Tarxien, li jmorru lura għall-perjodu 3150 sa 2500 qK, huma
evidenza ċara ta’ kemm immorru lura l-għeruq spiritwali tal-popli
tagħna, b’mod partikolari dawk li kienu joqgħodu fiż-zona ta’ Hal
Tarxien.
Mill-iskavi deher ċar li
t-tempji kienu wżati għar-riti ta’ qima ta’ l-allat u aktarx li
fihom kien ukoll isir s-sagrifiċċju ta’ l-annimali. Dawn it-tempji huma ta’
interess minħabba li jagħtu ħjiel ta’ kif kienu jinbnew it-tempji
f’dawk iż-żminijiet. Li ġebel tond li hemm barra t-tempju aktarx
kien ikun użat għall-ġar tal-ħaġar kbir li intuża fil-bini
tat-tempju. |
| |
|
F'DIN
IL-WEBSITE |
|
IL-PARROĊĊA |
|
IL-KAPPILLAN |
|
IL-KUNSILL
PASTORALI |
|
SAĊERDOTI
FIL-PARROĊĊA |
|
GĦAQDIET U
GRUPPI |
|
IL-KNISJA
PARROKKJALI |
|
KNEJJES
OĦRA |
|
PJAN PASTORALI |
|
UFFIĊĊJU PARROKJALI |
|
AVVIŹI
TAL-PARROĊĊA |
|
ADORAZZJONI
EWKARISTIKA |
| ĦINIJIET TAL-QUDDIES |
|
IL-FESTA
PARROKKJALI |
|
FESTI
OĦRA |
|
KATEKEŻI MA'
L-ADULTI |
|
RELIĠJON LIVELL AVVANZAT |
| SITI
OĦRA
RELATATI |
| |
|
MISTERI TAL-FERĦ
MISTERI TAD-DAWL
MISTERI TAT-TBATIJA
MISTERI TAL-GLORJA
Ottubru jfakkarna fir-Rużarju. Mhux għax ir-Rużarju għandna
nitolbuh biss matul dan ix-xahar, imma l-Knisja tħeġġiġna sabiex
f”Ottubru niftakru f’din it-talba aktar milli nagħmlu f'xhur
oħra.
Kultant naħsbu li din hija talba
lill-Madonna. Iżda.
peress li t-talb tagħna huwa kollu indirizzat lill-Alla, aktar
għandna nħarsu lejn ir-Rużarju bħala talba mal-Madonna. Infatti, f’din it-talba aħna
niftakru u nikkuntemplaw il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesu’, li fihom
kienet imsieħba wkoll Ommu Marija.
JUM
IL-MISSJONI
ĦADD, 24 ta’
OTTUBRU 2004
Bħal kull sena, matul
ix-xahar ta’ Ottubru il-Knisja tiċċelebra Jum il-Missjoni. F’essaġġ speċjali tal-Papa
għal dan il-jum, huwa qal li anke llum, fil-bidu ta’ millenju ġdid,
l-attivitá missjunarja tal-Knisja għadha urġenti daqs qatt qabel dan
għaliex il-Missjoni għadha fil-bidu tagħha.
Il-poplu kollu ta’ Alla
huwa f’kull żmien imħeġġeġ sabiex jieħu sehem fil-għatx li kellu
Kristu, għatx li l-qaddisin ħassew għas-salvazzjoni tal-erwieħ.
L-isfidi soċjali u reliġjużi li llum qed jiffaċċjaw l-umanitá
qegħdin kontinwament isejjħu lil dawk li jemmnu biex jerġgħu ikebbsu
fihom il-ħeġġa missjunarja.
Il-messaġġ tal-Papa bl-Ingliż.
KATEKEŻI
MA’ L-ADULTI
Kull nhar ta’ Tlieta, bejn is-6.30 u
t-8.00 ta’ filgħaxija, il-parroċċa se tibda’ torganiżża Kors ta’
Katekeżi ma’ l-Adulti f’Dar Nażaret.
Qegħdin
insejħulu Katekeżi ma’ l-Adulti u mhux Katekeżi ta’ l-Adulti għaliex
dawn il-laqgħat se jkunu bħal mixja li se nagħmlu flimkien biex
f’din it-triq, aħna wkoll, bħaż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws niltaqgħu
ma’ Ġesu’ u nħalluh iffissrilna dak li l-Kotba Mqaddsa qalulna
dwaru.
Inti
wkoll mistieden tattendi u tħajjar oħrajn jiġu
miegħek.
NOTI MQASSMA WAQT IL-LAQGĦAT |
| |