|










Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej.
Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.
MESSAĠĠ TAL-PAPA
GĦAR-RANDAN
Tħobb
il-Mulej .... din hija l-ħajja tiegħek u t-tul ta’ jiemek.

"Matul
dan
ir-Randan nixtieq nistedinkom għar-riflessjoni dwar dan is-suġġett,
sabiex ninżlu fil-fond fl-għarfien tar-rwol li l-anzjani
huma msejħa jwettqu fis-soċjeta’ u fil-Knisja."
Ara l-Messaġġ kollu
DUN
KARM MERCIECA JIBDA’ L-ĦIDMA TIEGĦU FIL-MELLIEĦA

Wara
li nhar it-Tnejn, 31 ta’ Jannar, li għadda Dun Karm Mercieca
laqqa’ għall-aħħar darba l-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta’
Ħal Tarxien, laqgħa li matulha huwa introduċa lil Kappillan
il-Ġdid, Dun Renè Vella lill-membri preżenti, huwa din il-ġimgħa
stess ta bidu għall-ħidma pastorali tiegħu fil-Mellieħa.
Nawgurawlu u
nitolbu għalih.
IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"
Nhar,
il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan
ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane
nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa
mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija
fil-ħajja tal-Knisja.

|
|
|
TAGĦKOM – GĦALIKOM - MAGĦKOM |
|

MESSAĠĠ MILL-KAPPILLAN IL-ĠDID
Dan
l-ewwel messaġġ tiegħi lilkom, għeżież Tarxiniżi, qed
niktibulkom f'mument privileġġjat fil-ħajja tal-Knisja
f'pajjiżna: wara konsultazzjoni ma' numru kbir ta'
nies, diskussjonijiet fit-tul, u approvazzjoni tad-dokumenti
bħala frott ta' dawn, issa qegħdin fil-fażi tat-twettieq
tas-Sinodu Djoċesan. Diġà kull parroċċa, inkluża dik
tagħna, fasslet pjan pastorali għas-sentejn li ġejjin.
Issa jmiss li lkoll kemm aħna nxammru l-kmiem biex is-suġġerimenti
li saru minnkom u f'isimkom nibdew narawhom jieħdu l-ħajja
għall-ġid ta' kulħadd.
Quddiem
dan kollu, responsabbiltà partikulari taqa' fuqi bħala
kappillan; kappillan TAGĦKOM, għaliex huwa mingħand l-Arċisqof
li jien irċevejt dan il-mandat; kappillan GĦALIKOM,
għaliex bħas-saċerdoti l-oħra fil-parroċċa nixtieq
inkun qrib ta' min hu żgħir u ta' min hu kbir, ta' min
jiflaħ u ta' min ma jiflaħx, ta' min iħoss ħafna
entużjażmu u ta' min imtela bil-qrusa, ta' min dejjem
fuq quddiem u ta' min dejjem fuq wara; kappillan
MAGĦKOM, għaliex nemmen bis-sħiħ li l-komunità
parrokkjali tinbena bis-sehem ta' tant persuni li t-talenti
u l-kariżmi tagħhom joħorġuhom għad-dawl. Hawnhekk ma
nistax ma niħux l-okkażjoni biex nuri l-apprezzament
tiegħi għall-ħidma tal-kappillani li mexxew din il-parroċċa,
u mhux inqas lil Dun Karm Mercieca, li għal dawn l-aħħar
disa' snin kien ir-ragħaj li b'dedikazzjoni mhux
żgħira mexxa l-komunità parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
B'dawn
is-sentimenti nwasslilkom din l-ewwel kelma tiegħi.
Nittama li fis-snin li ġejjin jien inkun ta' servizz
għal kull wieħed u għal kull waħda minnkom biex
flimkien inkomplu ninbnew f'komunità li togħġob
lill-Mulej u lil Marija.
Fr Renè Vella
Kappillan |
IL-PAPA LURA D-DAR ILLUM STESS

Frar,
10, 2005 – Il-kelliem
uffiċċjali ħabbar li llum stess, il-Papa Ġwanni Pawlu
II se jħalli l-poliklinika Ġemelli u jirritorna lura
il-Vatikan. Il-bieraħ, tfajjel marid li qiegħed
rikoverat ukoll fl-istess poliklinika żar lill-Papa
fl-appartament tiegħu u rċieva minn għandu barka
speċjali, li Ġwanni Pawlu nnifsu talbu biex jgħaddiha
lit-tfal kollha l-oħra li hemm fl-istess sptar.

Il-Ħadd
li għadda f’nofsinhar, il-ħin li normalment il-Papa
jżomm l-appuntament regolari tiegħu ta’ kull ġimgħa
għat-talba tal-Angelus, huwa tfaċċa għal ftit
minuti mit-tieqa tal-appartament fil-poliklinika, minn
fejn wara li inqara l-messaġġ tiegħu minn Mons Sandri,
Ġwanni Pawlu nnifsu ta l-barka appostolika tiegħu.
Adorazzjoni Ewkaristika
f'San Bert
Matul
dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit
issir il-post fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’
skiet fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Il-Papa ħeġġeġ sabiex matul din is-sena Ewkaristika, li
bdiet f’Ottubru li għadda, l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa,
ssir impenn partikolari ta’ kull parroċċa. “Ejjew insibu l-ħin”,
kiteb il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti
fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk l-atti
ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur tagħna
jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”
Il-kappella
qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’
filgħodu u bejn 6.30 u d-9.00 ta’
filgħaxija.
Ġesù
qiegħed jistiednek biex tasal wasla int ukoll. |
|
|
|
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI
Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Il-Ħames Ħadd ta’ Matul is-Sena
6 ta’ Frar 2005
Melħ
tal-Art u Dawl tad-Dinja
Ara l-Qari tal-Quddiesa
Ras
ir-Randan
L-Erbgħa,
9 ta’ Frar

F’dan l-ewwel jum tar-Randan
aħna obbligati għas-sawm u l-astinenza mil-laħam.
Fil-quddies isir it-tberik u tqegħid ta’ l-irmied bħala
sinjal ta’ ndiema.
Ara l-Qari tal-Quddiesa
Nawfraġju
tal-Appostlu Missierna San Pawl
Il-Ħamis, 10 ta’ Frar

Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha
Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħħom magħna bi ħlewwa liema
bħalha.
Ara l-Qari tal-Quddiesa

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
13 Frar 2005
Il-Falliment
tal-Bniedem:
Id-Dnub
Ara l-Qari tal-Quddiesa
|
|