|











STQARRIJA TA’ L-ISQFIJIET Il-problemi etici tat-teknika għal
riproduzzjoni assistita
It-Teknologija ta’ Prokreazzjoni Assistita, permezz
tal-produzzjoni ta’ embrijoni fil-laboratorju ħarbet mill-kontroll
ta’ mediċina li hija verament responsabbli.... Ma nistgħux
ninjoraw is-sħab iswed li qed jinġema’ fuq dawn it-terapiji.
Ara t-test kollu...
IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...
IBQA’ MAGĦNA, MULEJ
Nhar,
il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan
ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane
nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa
mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija
fil-ħajja tal-Knisja.

|
|
Fil-bidu tal-Kristjaneżmu, id-dixxipli ta’ Ġesù
kienu bdew iħarsu s-Sibt, bħala jum li fiħ ma
jaħdmux. Anzi wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù l-Appostli
kienu jiltaqgħu fis-sinagoga nhar ta’ Sibt flimkien
mal-Lhud u hemm kienu jxandru l-Bxara t-Tajba.
Iżda l-insara ma damux wisq ma għaddew mis-Sibt
għall-Ħadd, bħala l-jum tal-laqgħa tagħhom biex
jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jiċċelebraw l-Ewkaristija.
Dan insibuh diġa jseħħ sa mis-sena 57.
Rakkont interessanti mill-Atti tal-Appostli
(20:7-12) jgħid...

Fl-ewwel jum tal-ġimgħa (il-Ħadd) konna miġmugħin
biex naqsmu l-ħobż (referenza għaċ-celebrazzjoni
tal-Ewkaristija). Pawlu kien jitħaddet magħhom, għax
kellu jitlaq l-għada, u dam itħaddet sa nofs il-lejl.
Kien hemm ħafna msiebaħ fil-għorfa fejn konna
miġmugħin.
Mela wieħed żagħżugħ jismu Ewtikos, li kien
bil-qegħda fuq ħoġor it-tieqa, ħadu ngħas tqil waqt
li Pawlu kien ilu jitħaddet, u mirbuħ min-ngħas,
waqa’ isfel mit-tielet pjan u refgħuh mejjet.
Imma Pawlu niżel, miel fuqu; ħaddnu u qal: “La
tħabbtux raskom għax ruħu għadha fih’ Imbagħad reġa’
tala’ qasam il-ħobż (l-Ewkaristija) u kiel, u dam
jitħaddet magħhom sas-sebħ. Lil dak iż-żgħażugħ
ħaduh ħaj u tfarġu mhux ftit.”
|
PUSSESS TA’ DUN
RENE`
Il-Pussess ta’ Dun
Rene’ Vella bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal
Tarxien se jsir nhar il-Ħadd, 3 ta’ April
fil-Knisja Parrokkjali. Iżjed dettalji aktar
‘il quddiem. |
 |
MESSAĠĠ TAL-PAPA
GĦAR-RANDAN
 |
"TĦOBB IL-MULEJ... DIN HI L-ĦAJJA TIEGĦEK U T-TUL
TA’ JIEMEK"
"Matul dan ir-Randan nixtieq nistedinkom
għar-riflessjoni dwar dan is-suġġett, sabiex
ninżlu fil-fond fl-għarfien tar-rwol li l-anzjani
huma msejħa jwettqu fis-soċjeta’ u fil-Knisja."
Ara l-messaġġ kollu.... |
|
|
|
LITURĠIJA
TAL-ĦDUD U FESTI
Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
6
ta’ Marzu 2005
Ġesù: Id-Dawl ta’ Ħajjitna

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
13 ta’ Marzu 2005
Ġesù: Il-Qawmien u l-Ħajja
EŻERĊIZZI TAR-RANDAN
Bħal
fi snin oħra, anke din is-sena qegħdin isiru diversi
korsijiet ta’ Eżerċizz tar-Randan f’diversi knejjes mhux
biss tal-parroċċa tagħna imma wkoll tal-parroċċi kollha ta’
Malta u Għawdex. Il-Mulej qed jistenna lilek ukoll. Żgur
li għandu ħafna xi jgħidlek. Tgħidlux le!
RAKKONT
TAL-PASSJONI MILL-MEMBRI
TAL-MUSEUM
Kull
nhar ta’ Ħadd, fil-Kappella ta’ San Bert, qed isir
ir-rakkont dettaljat tal-passjoni tal-Mulej mill-membri
tas-Soċjetá tal-MUSEUM. il-laqgħa tibda fis-6.15pm. |
|