SPIRITWALITÀ

KAPPELLA LIVE

TALB GĦAL KULJUM

ITLOB MAL-PAPA

OFFERTA TA' KULJUM

RUŻARJU MA’ MARIJA

QADDIS TAL-JUM

QUDDIESA TA' KULJUM

LITURĠIJA TAL-ĦADD

LITURĠIJA TAS-SIGĦAT

ĦSIEB TAL-JUM

SUĠĠERIMENTI

Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej. Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.


MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦAR-RANDAN

 "Matul dan ir-Randan nixtieq nistedinkom għar-riflessjoni dwar dan is-suġġett, sabiex ninżlu fil-fond fl-għarfien tar-rwol li l-anzjani huma msejħa jwettqu fis-soċjeta’ u fil-Knisja."

Ara l-Messaġġ kollu


STQARRIJA TA’ L-ISQFIJIET
Il-problemi etici tat-teknika g
ħal riproduzzjoni assistita

It-Teknologija ta’ Prokreazzjoni Assistita, permezz tal-produzzjoni ta’ embrijoni fil-laboratorju ħarbet mill-kontroll ta’ mediċina li hija verament responsabbli.... Ma nistgħux ninjoraw is-sħab iswed li qed jinġema’ fuq dawn it-terapiji.

Ara t-test kollu...

ITTRA PASTORALI TAR-RANDAN

L-EWKARISTIJA TGĦAQQADNA

MA’ ALLA U BEJNIETNA

Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca u Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi ddedikaw l-Ittra Pastorali tagħhom għar-Randan 2005 dwar l-Ewkaristija. Dan għamluh fid-dawl tal-fatt li l-Papa ried li bejn Ottubru 2004 u Ottubru 2005, tkun sena ddedikata għall-Ewkaristija. Fil-Pastorali, l-Isqfijiet iħabbru li din is-sena, fil-gżejjer Maltin se jiġi organizzat Kungress Ewkaristiku Nazzjonali.

Aqra l-Pastorali tal-Isfqijiet...

TAGĦKOM – GĦALIKOM - MAGĦKOM

MESSAĠĠ MILL-KAPPILLAN IL-ĠDID

Dan l-ewwel messaġġ tiegħi lilkom, għeżież Tarxiniżi, qed niktibulkom f'mument privileġġjat fil-ħajja tal-Knisja f'pajjiżna: wara konsultazzjoni ma' numru kbir ta' nies, diskussjonijiet fit-tul, u approvazzjoni tad-dokumenti bħala frott ta' dawn, issa qegħdin fil-fażi tat-twettieq tas-Sinodu Djoċesan. Diġà kull parroċċa, inkluża dik tagħna, fasslet pjan pastorali għas-sentejn li ġejjin. Issa jmiss li lkoll kemm aħna nxammru l-kmiem biex is-suġġerimenti li saru minnkom u f'isimkom nibdew narawhom jieħdu l-ħajja għall-ġid ta' kulħadd.

Quddiem dan kollu, responsabbiltà partikulari taqa' fuqi bħala kappillan; kappillan TAGĦKOM, għaliex huwa mingħand l-Arċisqof li jien irċevejt dan il-mandat; kappillan GĦALIKOM, għaliex bħas-saċerdoti l-oħra fil-parroċċa nixtieq inkun qrib ta' min hu żgħir u ta' min hu kbir, ta' min jiflaħ u ta' min ma jiflaħx, ta' min iħoss ħafna entużjażmu u ta' min imtela bil-qrusa, ta' min dejjem fuq quddiem u ta' min dejjem fuq wara; kappillan MAGĦKOM, għaliex nemmen bis-sħiħ li l-komunità parrokkjali tinbena bis-sehem ta' tant persuni li t-talenti u l-kariżmi tagħhom joħorġuhom għad-dawl. Hawnhekk ma nistax ma niħux l-okkażjoni biex nuri l-apprezzament tiegħi għall-ħidma tal-kappillani li mexxew din il-parroċċa, u mhux inqas lil Dun Karm Mercieca, li għal dawn l-aħħar disa' snin kien ir-ragħaj li b'dedikazzjoni mhux żgħira mexxa l-komunità parrokkjali ta' Ħal Tarxien.

B'dawn is-sentimenti nwasslilkom din l-ewwel kelma tiegħi. Nittama li fis-snin li ġejjin jien inkun ta' servizz għal kull wieħed u għal kull waħda minnkom biex flimkien inkomplu ninbnew f'komunità li togħġob lill-Mulej u lil Marija.

Fr Renè Vella

Kappillan

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

L-Ewwel Ħadd tar-Randan

13 Frar 2005

Il-Falliment tal-Bniedem:

Id-Dnub

Ara l-Qari tal-Quddiesa


Ruma, 13 Frar 05:  Ġwanni Pawlu II, illum sellem personalment lill-folla miġbura fi Pjazza San Pietru fl-ewwel dehra tiegħu għat-talba tal-Angelus, minn wara li nhar il-Ħamis fil-għaxija ħalla l-poliklinika Ġemelli fejn kien ilu rikoverat għall-għaxar t’ijiem.  B’vuċi għajjiena imma ċara qal, “Grazzi li kontu viċin tiegħi u ta’ l-affett li urejtu fil-jiem li kont l-isptar, u fuq kollox tat-talb tagħkom.”  Wara Mons Sandri qara messaġġ  li fih il-papa appella għal ħelsien tal-ġurnalista Taljana, Ġuljana Sgrena u ta’ l-ostaġġi kollha li hemm sekwestrati fl-Iraq.


IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

IBQA’ MAGĦNA, MULEJ

Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

L-ITTRA TAL-PAPA