KATEKEŻI ADULTIAVVIŻI PARROKKJALIKORS TAR-RELIĠJONDOKUMENTI TAL-KNISJA

SINODU DJOĊESANUFFIĊĊJU PARROKKJALIIL-PJAN PASTORALIFESTI FIS-SENA 2005ĦINIJIET TAL-QUDDIES

STORJA TAL-PARROĊĊAARKIVJI TAL-WEBSITESITI OĦRA

DWAR IL-PAPA .

Ruma 11 Marzu 2005: Il-Papa Ġwanni Pawlu II mistenni jmur lura l-Vatikan għal bidu tal-ġimgħa mqaddsa li tibda’ f’Ħadd il-Palm li huwa fl-20 ta’ Marzu.

SPIRITWALITÀ

KAPPELLA LIVE

INTENZJONI TAL-PAPA

TALB GĦAL KULJUM

ITLOB MAL-PAPA

OFFERTA TA' KULJUM

RUŻARJU MA’ MARIJA

VIA SAGRA - TRIQ TAS-SALIB

QADDIS TAL-JUM

QUDDIESA TA' KULJUM

LITURĠIJA TAL-ĦADD

LITURĠIJA TAS-SIGĦAT

ĦSIEB TAL-JUM


VIA SAGRA

FUQ L-INTERNET

Qegħdin nagħmlu minn kollox biex inkomplu intejbu s-servizz li qed noffru permezz ta’ din il-website tal-parroċca tagħna.  Hawn fuq għadna kif inkludejna ħolqa oħra għal ħmistax il-paġna ġdida li fihom hemm l-istazzjonijiet kollha tal-Via Sagra.  Ma’ kull stazzjon issib qari qasir mill-Bibbja li hu marbut mal-pass li jkun qed jiġi meditat.

Ikun tajjeb li jekk ma tkunx tista’ tmur tagħmel il-Via Sagra f’xi knisja, allura tagħmilha fil-kwiet u l-ġabra tad-dar tiegħek billi permezz ta’ dawn il-paġni timxi inti wkoll ma’ Ġesù fit-Triq tas-Salib.


IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

IBQA’ MAGĦNA, MULEJ

Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

L-ITTRA TAL-PAPA

 

KIENET HEMM WIEQFA ĦDEJN

IS-SALIB TA’ ĠESÙ OMMU

ĠWANNI 19:25

O Madonna tad-Duluri,

Mhux il-ward

Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek

U nfewwaħlek lil artalek,

Imma x-xewk minn qalb ix-xagħri

U għollieq, marrâd, musfari,

O Madonna tad-Duluri,

Dana biss!

 

O Madonna tad-Duluri,

l-oħrajn ġew

U bid-deheb għammru lil darek,

U bil-ħaġar sawru altarek –

Jiena biss kont il-barrani

Mingħajr ward u deheb il-għani,

Jiena biss!

 

O Madonna tad-Duluri,

Ma stmerrejtx

Int l-imnikket ġewwa darek,

‘Ma tbissimt minn fuq altarek,

Kollok ħlewwa, kollok ħniena,

Serraħt Int lill-qalb għajjiena.

Inti biss!

 

Rużar Briffa


MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦAR-RANDAN

"TĦOBB IL-MULEJ... DIN HI L-ĦAJJA TIEGĦEK U T-TUL TA’ JIEMEK"

 

"Matul dan ir-Randan nixtieq nistedinkom għar-riflessjoni dwar dan is-suġġett, sabiex ninżlu fil-fond fl-għarfien tar-rwol li l-anzjani huma msejħa jwettqu fis-soċjeta’ u fil-Knisja."

 

Ara l-messaġġ kollu....

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu, Festa ta’ devozzjoni il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri........  Is-Sibt, 19 ta’ Marzu, Solennità ta’ San Ġużepp.

LITURĠIJA

TAL-ĦDUD U FESTI

Għal qari, ikklikja fuq l-istampa

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

13 ta’ Marzu 2005

Ġesù: Il-Qawmien u l-Ħajja


Ħadd il-Palm

20 ta' Marzu 2005

Dħul Solenni ta’ Ġesù f’Ġerusalemm


PUSSESS TA’ DUN RENE`

Il-Pussess ta’ Dun Rene’ Vella bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se jsir nhar il-Ħadd, 3 ta’ April fil-Knisja Parrokkjali.  Iżjed dettalji aktar ‘il quddiem.


STQARRIJA TA’ L-ISQFIJIET
Il-problemi etici tat-teknika g
ħal riproduzzjoni assistita

It-Teknologija ta’ Prokreazzjoni Assistita, permezz tal-produzzjoni ta’ embrijoni fil-laboratorju ħarbet mill-kontroll ta’ mediċina li hija verament responsabbli.... Ma nistgħux ninjoraw is-sħab iswed li qed jinġema’ fuq dawn it-terapiji.

Ara t-test kollu...