SIT UFFICCJALI TAL-PARROCCA MARIJA ANNUNZJATA - HAL TARXIEN

 

FITTEX       tarxienparish.org

Katekeżi ma’ l-Adulti

Xi tfisser ir-Reliġjon għalik? Il-quddiesa tal-Ħadd? Lista ta’ x’għandek temmen u lista oħra ta’ x’għandek tagħmel?  Alla min hu? Ġieli smajtu jkellmek?  U inti qatt kellimtu? Ġesú Kristu, min tgħid li huwa?  U l-Knisja, mhux dik tal-ġebel, xi tfisser għalik?

Laqgħat kull nhar ta’ Tlieta, f’Dar Nażaret, fis-6:30 pm. Inti mistieden ukoll. Narawk.

Għal aktar dettalji ...

Reliġjon Livell Avvanzat

Il-parroċċa qed torganiżża kors tar-Reliġjon li  jitmexxa fuq is-sillabu li hemm għall-eżami fil-livell avvanzat ta' dan is-suġġett.  

Għalkemm il-kors huwa immirat l-aktar għal dawk li se jagħmlu l-eżami matul is-sena 2005, madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif tiegħu taL-Fidi Nisranija huwa mistieden li jattendi.   

Aktar informazzjoni minn għand il-Kappillan fuq 21828153 jew lil Joe Farrugia fuq 79801385.

Għas-sillabu u noti tal-kors...

DOKUMENTI TAS-SINODU DJOĊESAN

VIŻJONI TA’ KNISJA KOMUNJONI

 LAJĊI NSARA

ŻWIEĠ U FAMILJA

ADOLEXXENTI U ŻGĦAŻAGĦ

 DJAKONIJA U ĠUSTIZZJA

KULTURA, SOĊJETA’, KNISJA

 LITURĠIJA U SAGRAMENTI

 XANDIR TAL- KELMA

L-INTENZZJONI TAL-PAPA GĦAT-TALB MATUL NOVEMBRU

Nitolbu sabiex l-insara, irġiel u nisa li għarfu l-vokazzjoni li hija tagħhom fil-Knisja, iwieġbu b’ġenerożitá għas-sejħa ta’ Alla  sabiex ifittxu l-qdusija f’ħajjithom.

IR-RUŻARJU U L-MADONNA

MISTERI TAL-FERĦ

MISTERI TAD-DAWL

MISTERI TAT-TBATIJA

MISTERI TAL-GLORJA

links provduti mir-Radju RTK

 

Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella ta' San Bert

Fil-bidu tas-Sena ta’ l-Ewkaristija, il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien qegħda tati bidu għal Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella ta’ San Bert, li qegħda fi Triq il-Kbira, maġenb l-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Kappella se tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn is-6.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija.

Ejjew aħna wkoll, kif ħeġġeġ il-Papa, nerġgħu niskopru l-għana ta’ l-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja  u fil-ħajja tagħna.  Inżuru lil Ġesu’ fl-Ewkaristija.  Ikun qiegħed hemm kuljum jistennina.

NOVEMBRU - Xahar li matulu niftakru aktar fl-Erwieh tal-Purgatorju - Aghtihom O Mulej, il-Mistrieh ta' Dejjem

IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"

Nħar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

L-istorja taż-żewġ dixxipli ta’ Emmaws, li fil-ħarba tagħhom minn Ġerusalemm jiltaqgħu ma’ Ġesu’ rxoxt hija l-ikona li l-Papa jagħżel għall-aħħar snin tal-pontifikat tiegħu.

L-istess bħad-dixxipli ta’ Għemmaws, aħna wkoll nistgħu nirbħu d-dwejjaq tagħna u l-qtiegħ ta’ qalb permezz tal-fidi fil-preżenza ta’ Ġesu’.  Jinħtieġ li nerġgħu niskopru l-Ewkaristija bħala l-misteru tad-dawl. Nerġgħu niskopru l-Quddiesa bħala ikla u tifkira.  Imma fuq kollox jinħtieġ li nerġgħu niskopru l-Preżenza Reali ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija u dan permezz ta’ liturġija xierqa, silenzju, adorazzjoni, r-Rużarju u purċissjonijiet.  Dawn kollha jsaħħuna fiċ-ċertezza li Ġesu’ għadu magħna sal-lum.

L-Ittra tal-Papa (bl-Ingliż)...

Suġġerimenti u Proposti


It-Tempji Neolitiċi ta’ Hal Tarxien, li jmorru lura għall-perjodu 3150 sa 2500 qK, huma evidenza ċara ta’ kemm immorru lura l-għeruq spiritwali tal-popli tagħna, b’mod partikolari dawk li kienu joqgħodu fiż-zona ta’ Hal Tarxien.

Mill-iskavi deher ċar li t-tempji kienu wżati għar-riti ta’ qima ta’ l-allat u aktarx li fihom kien ukoll isir s-sagrifiċċju ta’ l-annimali.  Dawn it-tempji huma ta’ interess minħabba li jagħtu ħjiel ta’ kif kienu jinbnew it-tempji f’dawk iż-żminijiet. Li ġebel tond li hemm barra t-tempju aktarx kien ikun użat għall-ġar tal-ħaġar kbir li intuża fil-bini tat-tempju.


SPIRITWALITA'