|
Il-Papa dwar
id-dritt tat-tfal
li jkollhom ġenituri miżżewġa
Vatikan:
Il-Papa Benedittu XVI qal li t-tfal għandhom id-dritt
li jkollhom ġenituri miżżewġa. Meta kien qed jindrizza
lill-parteċipanti ta’ konferenza tal-presidenti
tal-Kummissjonijiet Episkopali ta’ l-Amerika Latina
għall-familja u għall-ħajja, rispettivament, Benedittu
XVI qal li t-tfal għandhom dritt li jitwieldu u
jitrabbew fi ħdan familja mwaqqfa fuq iż-żwieġ.
Fil-kungress organiżżat mill-Kunsill Pontifiċju
għall-familja, il-Kap tal-Kattoliċi ma naqasx ukoll
milli jistieden lill-komunita ekkleżjali sabiex
tippreżenta bl-almu kollu tagħha r-rikkezza tal-valur
straordinarju taż-żwieġ, li bħala istituzzjoni
naturali huwa patrimonju ta’ l-umanità.
Minn Karl Wright, RTK
Il-Presepju
ta' Manweli
Tarxien:
Ta'
kull sena Emanuel Axiaq itella presepju ferm artistiku u
kbir fil-garaxx tiegħu f'Ħal Tarxien. Dan il-presepju li fih
medda ta' 165 pied kwadru hu maħdum kollu mill-ġablo, ġibs u
kolla.
B'esperjenza ta’ 40 sena fil-qasam tal-presepji, din is-sena
Manuel irnexxielu joħloq xeni ferm oriġinali li jolqtu
l-għajn ta' kull min iżur dan il-presepju. Il-pasturi, li
b'kreativita' ħoloq b'idejh dan l-artist, ikomplu jżejnu
b'armonija dan il-presepju. hu ċertament presepju ta'
kalibru, li l-artist kapaċi joħloq b'tant interess u
dedikazzjoni. Għalhekk ta' kull sena, mijiet ta' delettanti
u saħansitra turisti, jżommu l-appuntament tagħhom
mal-presepju ta' Ħal Tarxien.
Il-presepju li jinsab f' Għimmanu-EL, Triq Karlu Maratta,
Ħal Tarxien, ikun miftuħ mis-16 ta’ Diċembru sat-3 ta’
Jannar. Il-ħin tal-wiri huwa kuljum mill-5:00 p.m. sat-
8:00 p.m. Fil-Ħdud u festi jkun miftuħ mill-10:00 a.m. sa
12:00a.m. u mit-3:00p.m. sat- 8:00p.m.
Ara
aktar ritratt tal-presepju...
Website Kattolika Ġdida
USA: Il-konferenza ta’ l-isqfijiet Amerikani nediet sit ġdid ta’
l-internet li joffri bosta riżorsi ġodda.
Id-direttur eżekuttiv Paul Henderson qal li s-sit il-ġdid jagħti
lill-klienti tiegħu, inkluż mexxejja ta’ parroċċi, isqfijiet u ovvjament
saċerdoti oħra iċ-ċans u l-opportunita li jikkuntattjaw lill-konferenza
episkopali bil-ħtiġijiet tagħhom. Is-sit il-ġdid ta’ l-internet,
http://www.usccbpublishing.org
jinkludi dokumenti li jistgħu jitniżżlu u materjal ieħor aċċessibbli għal
kulħadd. Is-sit jippermetti wkoll aċċess għal sit oħra bħal dak li jġib
it-test sħiħ tal-Bibbja l-ġdida Amerikana u l-Katekiżmu tal-Knisja
Kattolika. Permezz tass-it wieħed se jkun jista’ wkoll jordna materjal u
riżorsi sabiex jixtrihom direttament permezz ta’ l-internet.
Minn Karl wright, RTK. |