|
FITTEX tarxienparish.org |
|
DUN KARM
MERCIECA
MOGĦTI INKARIGU ĠDID
12 ta’ Nov 04
Monsinjur
Arċisqof Ġużeppi Mercieca għadu kif innomina lill-Kappillan tagħna,
Dun Karm Mercieca bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Mellieħa. Dan
tħabbar illum mill-Uffiċċju
Stampa tal-Kurja ta’ l-Arċisqof.
Kien fit-12 ta’ Novembru 1995, eżattament disa’ snin ilu,
meta Dun Karm kien ġie nominat Kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal
Tarxien. Minn dak
in-nhar sal-lum huwa ħadem bla heda biex il-ħajja pastorali
fil-parroċċa tagħna tkompli tikber u biex il-messaġġ tal-Evanġelju
jasal f’kull dar u għand kull persuna fir-raħal tagħna. Ħafna żgur se jibqgħu jiftakruh
għall-priedki u l-omeliji sbieħ tiegħu, imma l-kelma ta’ kuraġġ
tiegħu lil bosta individwi jistgħu jixhdu għaliha huma
biss. Il-bidu
ta’ din il-website kif ukoll l-Adorazzjoni Ewkaristika li qed issir
kuljum fil-Kappella ta’ San Bert, huma żewġ inizjattivi li Dun Karm
ilu joħlom dwarhom bosta snin.
Dun Karm Mercieca twieled
Ħal Qormi fil-25 ta’ Frar 1953 u ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’
Ġunju 1977. L-ewwel
servizz pastorali tiegħu kien bħala Viċi Parroku fil-Parroċċa ta’
San Bastjan, Ħal Qormi.
Imbagħad fis-16 ta’ Settembru 1989 kien sar Kappillan
tal-Parroċċa tal-Għargħur.
Sadanittant
għadu mhux magħruf min se jkun il-Kappillan il-ġdid ta’ Ħal
Tarxien.
Minn qalbna
nirringrazzjaw lil Dun Karm tal-ħidma tiegħu fostna u nawgurawlu
ħafna ħwjjeġ sbieħ fir-responsabiltá ġdida li Mons. Arċisqof fdalu
f’idejh.
Grazzi
ħafna Dun Karm.
Katekeżi ma’
l-Adulti
Xi tfisser ir-Reliġjon għalik?
Il-quddiesa tal-Ħadd? Lista ta’ x’għandek temmen u lista oħra ta’
x’għandek tagħmel? Alla
min hu? Ġieli smajtu jkellmek?
U inti qatt kellimtu? Ġesú Kristu, min tgħid li huwa? U l-Knisja, mhux dik
tal-ġebel, xi tfisser għalik?
Laqgħat kull nhar ta’ Tlieta, f’Dar
Nażaret, fis-6:30 pm. Inti mistieden ukoll. Narawk.
Għal aktar dettalji ... |
|
|
|
 |
DOKUMENTI TAS-SINODU
DJOĊESAN
VIŻJONI TA’ KNISJA KOMUNJONI
LAJĊI NSARA
ŻWIEĠ U FAMILJA
ADOLEXXENTI
U ŻGĦAŻAGĦ
DJAKONIJA U ĠUSTIZZJA
KULTURA,
SOĊJETA’, KNISJA
LITURĠIJA U SAGRAMENTI
XANDIR TAL- KELMA |
|
L-INTENZZJONI TAL-PAPA
GĦAT-TALB MATUL NOVEMBRU
Nitolbu sabiex l-insara, irġiel u nisa li
għarfu l-vokazzjoni li hija tagħhom fil-Knisja, iwieġbu b’ġenerożitá
għas-sejħa ta’ Alla
sabiex ifittxu l-qdusija f’ħajjithom. |
|
| |
|
FESTA TA’ KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU
Nhar
il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, id-dinja Kattolika tiċċelebra l-Festa ta’
Kristu Sultan tal-ħolqien kollu.
F'pajjiżna, din is-sena iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali se ssir
fiż-Żejtun, bejn l-4:30 u s-6:30pm. F’każ ta’ maltemp
iċ-ċelebrazzjoni ssir fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Katerina
fl-istess raħal. Bħal kull
sena mill-parroċċa tagħna se jkun hemm trasport dirett li jitlaq
minn ħdejn il-knisja parrokkjali fl-4:00pm.
Fl-okkazzjoni tal-istess festa se jsiru żewġ attivitajiet
oħra, waħda għat-tfal u oħra għall-adolexenti. Tal-adolexxenti (bejn 13 u
15-il sena) tkun nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru fis-6:00pm fis-Sala
Salone delle Rose, Ħal Tarxien. Tal-tfal (bejn 8 u 12-il
sena) tkun is-Sibt, fl-4:00pm, fl-Istitut Kattoliku,
il-Furjana. |
Jiena għalhekk ġejt
fid-dinja.
Ġw.
18:37 |
|
|
|
 |
IL-PAPA DWAR
L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’
MAGĦNA, MULEJ"
Nħar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004,
Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra
Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum,
Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa
mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija
fil-ħajja tal-Knisja. |
|
L-istorja taż-żewġ dixxipli ta’
Emmaws, li fil-ħarba tagħhom minn Ġerusalemm jiltaqgħu ma’
Ġesu’ rxoxt hija l-ikona li l-Papa jagħżel għall-aħħar snin
tal-pontifikat tiegħu.
L-istess bħad-dixxipli ta’
Għemmaws, aħna wkoll nistgħu nirbħu d-dwejjaq tagħna u
l-qtiegħ ta’ qalb permezz tal-fidi fil-preżenza ta’
Ġesu’. Jinħtieġ
li nerġgħu niskopru l-Ewkaristija bħala l-misteru tad-dawl.
Nerġgħu niskopru l-Quddiesa bħala ikla u tifkira. Imma fuq kollox
jinħtieġ li nerġgħu niskopru l-Preżenza Reali ta’ Ġesu’
fl-Ewkaristija u dan permezz ta’ liturġija xierqa, silenzju,
adorazzjoni, r-Rużarju u purċissjonijiet. Dawn kollha jsaħħuna
fiċ-ċertezza li Ġesu’ għadu magħna sal-lum.
L-Ittra tal-Papa (bl-Ingliż)...
Suġġerimenti u Proposti
Adorazzjoni
Ewkaristika fil-Kappella ta' San Bert
Fil-bidu tas-Sena ta’ l-Ewkaristija,
il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien qegħda tati bidu għal Adorazzjoni
Ewkaristika fil-Kappella ta’ San Bert, li qegħda fi Triq
il-Kbira, maġenb l-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Kappella se tkun miftuħa
mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn
is-6.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija.
Ejjew aħna wkoll, kif ħeġġeġ
il-Papa, nerġgħu niskopru l-għana ta’ l-Ewkaristija fil-ħajja
tal-Knisja u
fil-ħajja tagħna.
Inżuru lil Ġesu’ fl-Ewkaristija. Ikun qiegħed hemm
kuljum jistennina.
Reliġjon Livell
Avvanzat
Il-parroċċa qed torganiżża kors
tar-Reliġjon li
jitmexxa fuq is-sillabu li hemm għall-eżami fil-livell
avvanzat ta' dan is-suġġett.
Għalkemm il-kors huwa immirat
l-aktar għal dawk li se jagħmlu l-eżami matul is-sena 2005,
madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif tiegħu
taL-Fidi Nisranija huwa mistieden li jattendi.
Aktar informazzjoni minn għand
il-Kappillan fuq 21828153 jew lil Joe Farrugia fuq
79801385.
Għas-sillabu u noti
tal-kors...
It-Tempji
Neolitiċi ta’ Hal Tarxien, li jmorru lura għall-perjodu
3150 sa 2500 qK, huma evidenza ċara ta’ kemm immorru
lura l-għeruq spiritwali tal-popli tagħna, b’mod
partikolari dawk li kienu joqgħodu fiż-zona ta’ Hal
Tarxien. |
 |
Mill-iskavi
deher ċar li t-tempji kienu wżati għar-riti ta’ qima ta’
l-allat u aktarx li fihom kien ukoll isir s-sagrifiċċju
ta’ l-annimali.
Dawn it-tempji huma ta’ interess minħabba li
jagħtu ħjiel ta’ kif kienu jinbnew it-tempji f’dawk
iż-żminijiet. Li ġebel tond li hemm barra t-tempju
aktarx kien ikun użat għall-ġar tal-ħaġar kbir li intuża
fil-bini tat-tempju.
|
| | |
| |