|
 |
Inkarigu
ġdid għall-
Kappillan
DUN
KARM MERCIECA |
Adorazzjoni
Ewkaristika fil-Kappella ta' San Bert...
Matul dawn l-aħħar
ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit issir il-post
fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’ skiet
fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija. |
 |
|
Eżattament f’għeluq
id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal Tarxien,
Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof bħala kappillan
tal-parroċċa tal-Mellieħa. Sadanittant minkejja diversi
spekulazjonijiet, għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan il-ġdid
tal-parroċċa.
Intenzzjoni tal-Papa matul Diċembru
Matul Diċembru nitolbu mal-Papa sabiex it-tfal jkun meqjusa
bħala rigal prezzjuż ta’ Alla, biex jiġu mogħtijja r-rispett
mistħoqq u jkunu mifhuma u maħbuba.
|
Kien il-Papa nnifsu li
ħeġġeġ sabiex matul din is-sena Ewkaristika, li bdiet f’Ottubru li
għadda, l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa, ssir impenn
partikolari ta’ kull parroċċa. “Ejjew insibu l-ħin”, kiteb
il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti
fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk
l-atti ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur
tagħna jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”
Il-kappella qed tkun
miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn 6.30 u
d-9.00 ta’ filgħaxija.
Ġesù qiegħed jistiednek
biex tasal wasla int ukoll.
|
|
IL-PAPA
DWAR L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’
MAGĦNA, MULEJ"
Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa
tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika
tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’
magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu
niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

|
Reliġjon Livell
Avvanzat
Il-parroċċa qed
torganiżża kors tar-Reliġjon li jitmexxa fuq is-sillabu li hemm
għall-eżami fil-livell avvanzat ta' dan is-suġġett.
Għalkemm il-kors huwa
immirat l-aktar għal dawk li se jagħmlu l-eżami matul is-sena 2005,
madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif tiegħu
taL-Fidi Nisranija huwa mistieden li jattendi.
Aktar informazzjoni minn
għand il-Kappillan fuq 21828153 jew lil Joe Farrugia fuq
79801385.
Katekeżi ma’
l-Adulti
Laqgħat kull nhar
ta’ Tlieta, f’Dar Nażaret, fis-6:30 pm. Inti mistieden ukoll.
Narawk. |