|
 |
Inkarigu ġdid għall-
Kappillan
DUN KARM
MERCIECA |
Adorazzjoni Ewkaristika
fil-Kappella ta' San Bert ...
Matul
dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit
issir il-post fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’
skiet fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Kien
il-Papa nnifsu li ħeġġeġ sabiex matul din is-sena Ewkaristika, li
bdiet f’Ottubru li għadda, l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa,
ssir impenn partikolari ta’ kull parroċċa. “Ejjew insibu l-ħin”,
kiteb il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti
fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk l-atti
ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur tagħna
jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”
Il-kappella
qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’
filgħodu u bejn 6.30 u d-9.00 ta’
filgħaxija.
Ġesù
qiegħed jistiednek biex tasal wasla int ukoll.
|
|
Eżattament
f’għeluq id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal
Tarxien, Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof
bħala kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Sadanittant minkejja
diversi spekulazjonijiet, għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan
il-ġdid tal-parroċċa.

Intenzzjoni tal-Papa matul Diċembru
Matul Diċembru nitolbu
mal-Papa sabiex it-tfal jkun meqjusa bħala rigal prezzjuż ta’
Alla, biex jiġu mogħtijja r-rispett mistħoqq u jkunu mifhuma u
maħbuba.
|
|
IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"
Nhar,
il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan
ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane
nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa
mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija
fil-ħajja tal-Knisja.
 |
Reliġjon
Livell Avvanzat
Il-parroċċa
qed torganiżża kors tar-Reliġjon li jitmexxa fuq is-sillabu li
hemm għall-eżami fil-livell avvanzat ta' dan is-suġġett.
Għalkemm il-kors huwa immirat l-aktar għal dawk li se jagħmlu l-eżami
matul is-sena 2005, madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif
tiegħu taL-Fidi Nisranija huwa mistieden li jattendi.
Aktar informazzjoni minn għand il-Kappillan fuq 21828153 jew lil
Joe Farrugia fuq 79801385.
Katekeżi ma’ l-Adulti
Laqgħat
kull nhar ta’ Tlieta, f’Dar Nażaret, fis-6:30 pm. Inti mistieden
ukoll. Narawk. |