EMAIL LILL-KAPPILLAN                                                                                                                             GĦAL DIN IL-PAĠNA GĦANDEK BŻONN IL-JAVA

  SIT UFFICCJALI TAL-PARROCCA MARIJA ANNUNZJATA - TARXIEN

FITTEX F’PAĠNI OĦRA

 
 
 
 
 

 

Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej. Xi links li jidhru f’din il-paġna għadhom mhumiex attivi u ta’ dan nitolbu skuża. Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.

SPIRITWALITA'

 
 
 
 
 
 

 

 

 

 

FESTA TA’ KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU

Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, id-dinja Kattolika tiċċelebra l-Festa ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu. F'pajjiżna, din is-sena iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali se ssir fiż-Żejtun, bejn l-4:30 u s-6:30pm. F’każ ta’ maltemp iċ-ċelebrazzjoni ssir fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Katerina fl-istess raħal. Bħal kull sena mill-parroċċa tagħna se jkun hemm trasport dirett li jitlaq minn ħdejn il-knisja parrokkjali fl-4:00pm.

Fl-okkazzjoni tal-istess festa se jsiru żewġ attivitajiet oħra, waħda għat-tfal u oħra għall-adolexenti.  Tal-adolexxenti (bejn 13 u 15-il sena) tkun nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru fis-6:00pm fis-Sala Salone delle Rose, Ħal Tarxien.  Tal-tfal (bejn 8 u 12-il sena) tkun is-Sibt, fl-4:00pm, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana.

NOVEMBRU - Xahar li matulu niftakru aktar fl-Erwieh tal-Purgatorju - Aghtihom O Mulej, il-Mistrieh ta' Dejjem

Inkarigu ġdid għall-Kappillan 

DUN KARM MERCIECA

Eżattament f’għeluq id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal Tarxien, Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof bħala kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Sadanittant minkejja diversi spekulazjonijiet, għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan il-ġdid tal-parroċċa.


Ħsieb dwar il-Lituġija tal-Ħadd

Mill-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent, jiġifieri nhar it-28 ta’ Novembru, se jibda jkollna fuq din il-website ħsieb qasir dwar il-qari tal-quddiesa.  Għalhekk inti mħeġġeg sabiex fi ftit jiem oħra tfittex din il-website għal dan is-servizz ġdid li se jibda’ jkun mogħti. Nittamaw li jkun ta’ gid.


Reliġjon Livell Avvanzat

Il-parroċċa qed torganiżża kors tar-Reliġjon li  jitmexxa fuq is-sillabu li hemm għall-eżami fil-livell avvanzat ta' dan is-suġġett.  

Għalkemm il-kors huwa immirat l-aktar għal dawk li se jagħmlu l-eżami matul is-sena 2005, madankollu kull min jixtieq japprofondixxi it-tagħrif tiegħu taL-Fidi Nisranija huwa mistieden li jattendi.   

Aktar informazzjoni minn għand il-Kappillan fuq 21828153 jew lil Joe Farrugia fuq 79801385.


Katekeżi ma’ l-Adulti

Laqgħat kull nhar ta’ Tlieta, f’Dar Nażaret, fis-6:30 pm. Inti mistieden ukoll. Narawk.

IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...

"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"

Nhar, il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja.

Adorazzjoni Ewkaristika f'San Bert

Fil-bidu tas-Sena ta’ l-Ewkaristija, il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien qegħda tati bidu għal Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella ta’ San Bert, li qegħda fi Triq il-Kbira, maġenb l-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Kappella se tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn is-6.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija.

Intenzzjoni tal-Papa matul Novembru

Nitolbu sabiex l-insara, irġiel u nisa li għarfu l-vokazzjoni li hija tagħhom fil-Knisja, iwieġbu b’ġenerożitá għas-sejħa ta’ Alla  sabiex ifittxu l-qdusija f’ħajjithom.