|
|

Doqqu qniepen, doqqu,
din l-għanja l-iżjed ferrieħa
l-ogħla innu lill-Mulej
għax dan hu l-isbah
lejl. |
Ix-xogħol fuq din il-website għadu
għaddej.
Xi links li jidhru f’din il-paġna għadhom mhumiex
attivi u ta’ dan nitolbu skuża.
Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.

Inkarigu ġdid
għall-
Kappillan
DUN
KARM MERCIECA
Eżattament f’għeluq
id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal
Tarxien, Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof
bħala kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Minkejja
li
għaddew diversi ġimgħat, għadu ma
tħabbarx min se jkun il-kappillan il-ġdid
tal-parroċċa.
| |
|
 |
|

Ġużeppi mar
il-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret, u tela’ fil-Lhudija,
fil-belt ta’ David, jisimha Betlehem, - għax hu kien mid-dar u
l-familja ta’ David – biex jinkiteb ma’ Marija l-għarusa
tiegħu, li kienet tqila. U meta kienu hemm, għalqilha ż-żmien
biex teħles. U tat lid-dinja l-ewwel iben tagħha, fisqietu, u
medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom
fil-lukanda.
F’dawk l-inħawi kien
hemm xi ragħajja fir-raba’, igħassu bil-lejl il-merħla
tagħhom. U dehrilhom anġlu tal-Mulej, u s-sebħ tal-Mulej
idda madwarhom; u qabadhom biża’ kbir.
Imma l-anġlu qalilhom:
“Tibżgħux; għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, li jkun
ferħ għall-poplu kollu: illum, fil-Belt ta’ David,
twildilkom Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. U dan ikun għalikom
bħala sinjal: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura”. U
f’daqqa waħda ngħaqdu ma’ l-anġlu għadd kbir ta’ qtajja’
tas-sema, ifaħħru ‘l Alla u jgħidu: “Glorja ‘l Alla fl-ogħla
tas-smewwiet u sliem fl-art lill-bnedmin ta’ rieda
tajba!”
IL-PAPA
DWAR L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’
MAGĦNA, MULEJ"
Nhar, il-Ħamis,
7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju,
l-Vatikan ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni
Pawlu II, Mane nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna,
Mulej), li fiha għamel sejħa mill-qalb sabiex nerggħu
niskopru l-għana tal-Ewkaristija fil-ħajja
tal-Knisja.
|
KATEKEŻI
ADULTI
Il-laqgħa li jmiss
tal-Katekeżi ma’ l-Adulti se tkun nhar it-Tlieta, 4 ta’
Jannar 2005 fit-6:30pm f’Dar Nażaret, Hal Tarxien.
Kulħadd huwa mistieden jattendi. F’din il-website,
tista’ ssib noti dwar il-laqgħat kollha li saru
s’issa.

Intenzzjoni tal-Papa matul
Diċembru
Matul Diċembru
nitolbu mal-Papa sabiex it-tfal jkun meqjusa bħala rigal
prezzjuż ta’ Alla, biex jiġu mogħtijja r-rispett
mistħoqq u jkunu mifhuma u
maħbuba. |

| |
|

NAWGURAW
LIL KULĦADD MILIED ĦIENI U QADDIS
|
Adorazzjoni Ewkaristika
fil-Kappella ta' San Bert
Matul dawn l-aħħar
ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit issir il-post
fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’ skiet
fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Il-Papa ħeġġeġ sabiex
matul din is-sena Ewkaristika, li bdiet f’Ottubru li għadda,
l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa, ssir impenn
partikolari ta’ kull parroċċa. “Ejjew insibu l-ħin”, kiteb
il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti
fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk
l-atti ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur
tagħna jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”
Il-kappella qed tkun
miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’ filgħodu u bejn 6.30 u
d-9.00 ta’ filgħaxija.
Ġesù qiegħed jistiednek
biex tasal wasla int ukoll.
|