|










|

Doqqu qniepen, doqqu,
din l-għanja l-iżjed ferrieħa
l-ogħla innu lill-Mulej
għax dan hu l-isbah
lejl. |
Ix-xogħol fuq din il-website għadu għaddej.
Napprezzaw ħafna kull suġġeriment.

Inkarigu ġdid għall-
Kappillan
DUN KARM
MERCIECA
Eżattament
f’għeluq id-disá sena tiegħu bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Hal
Tarxien, Dun Karm Mercieca ġie maħtur minn Monsinjur Arċisqof
bħala kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Minkejja
li għaddew
diversi ġimgħat, għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan
il-ġdid tal-parroċċa.

|
|
|
 |
|

Ġużeppi mar
il-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret, u tela’
fil-Lhudija, fil-belt ta’ David, jisimha Betlehem, - għax hu
kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb ma’ Marija
l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. U meta kienu hemm,
għalqilha ż-żmien biex teħles. U tat lid-dinja l-ewwel iben
tagħha, fisqietu, u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post
għalihom fil-lukanda.
F’dawk l-inħawi
kien hemm xi ragħajja fir-raba’, igħassu bil-lejl il-merħla
tagħhom. U dehrilhom anġlu tal-Mulej, u s-sebħ tal-Mulej idda
madwarhom; u qabadhom biża’ kbir.
Imma l-anġlu
qalilhom: “Tibżgħux; għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir,
li jkun ferħ għall-poplu kollu: illum, fil-Belt ta’ David,
twildilkom Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. U dan ikun għalikom
bħala sinjal: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura”. U
f’daqqa waħda ngħaqdu ma’ l-anġlu għadd kbir ta’ qtajja’
tas-sema, ifaħħru ‘l Alla u jgħidu: “Glorja ‘l Alla fl-ogħla
tas-smewwiet u sliem fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba!”

IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA ...
"IBQA’ MAGĦNA, MULEJ"
Nhar,
il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2004, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, l-Vatikan
ippublika l-Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Mane
nobiscum, Domine (Ibqa’ magħna, Mulej), li fiha għamel sejħa
mill-qalb sabiex nerggħu niskopru l-għana tal-Ewkaristija
fil-ħajja tal-Knisja.
 |
KATEKEŻI ADULTI
Il-laqgħa li jmiss
tal-Katekeżi ma’ l-Adulti se tkun nhar it-Tlieta, 4 ta’
Jannar 2005 fit-6:30pm f’Dar Nażaret, Hal Tarxien.
Kulħadd huwa mistieden jattendi. F’din il-website,
tista’ ssib noti dwar il-laqgħat kollha li saru s’issa.

Intenzzjoni tal-Papa matul Diċembru
Matul Diċembru nitolbu
mal-Papa sabiex it-tfal jkun meqjusa bħala rigal prezzjuż ta’
Alla, biex jiġu mogħtijja r-rispett mistħoqq u jkunu mifhuma u
maħbuba. |

|
|
|

NAWGURAW LIL KULĦADD MILIED ĦIENI U QADDIS
|
Adorazzjoni Ewkaristika
fil-Kappella ta' San Bert
Matul
dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kappella ta’ San Bert, qegħda ftit, ftit
issir il-post fejn diversi persuni qed imorru jagħmlu ftit ħin ta’
skiet fil-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Il-Papa ħeġġeġ sabiex matul din is-sena Ewkaristika, li
bdiet f’Ottubru li għadda, l-adorazzjoni Ewkaristika barra mill-quddiesa,
ssir impenn partikolari ta’ kull parroċċa. “Ejjew insibu l-ħin”,
kiteb il-Papa, “sabiex ninżlu għarkubtejna quddiem Ġesù preżenti
fl-Ewkaristija u npattu bil-fidi u bl-imħabba tagħna għal dawk l-atti
ta’ traskuraġni u negliġenza u anke insulti, li s-Salvatur tagħna
jirċievi f’bosta partijiet tad-dinja.”
Il-kappella
qed tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-6.30 u l-10.00 ta’
filgħodu u bejn 6.30 u d-9.00 ta’
filgħaxija.
Ġesù
qiegħed jistiednek biex tasal wasla int ukoll.
|