FESTI U SOLENNITAJIET FIL-KNISJA MALTIJA

MATUL IS-SENA 2005

 

(Lezzjonarju tal-Ħdud – Sena A)

Is-Sibt, 1 ta’ Jannar – Il-Maternità tal-Verġni Marija.

L-Erbgħa, 9 ta’ Frar – L-Erbgħa tar-Rmied (Ras ir-Randan).

Il-Ħamis, 10 ta’ Frar – Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.

Is-Sibt, 19 ta’ Marzu – San Ġużepp.

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu – Id-Duluri (devozzjoni)

Il-Ħadd, 20 ta’ Marzu – Ħadd il-Palm (Dħul tal-Mulej f’Ġerusalemm).

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu – Il-Ġimgħa l-Kbira (Passjoni u Mewt tal-Mulej).

Il-Ħadd, 27 ta’ Marzu – Għid il-Kbir (Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet).

It-Tnejn, 4 ta’ April – Tħabbira tal-Mulej.

Il-Ħadd, 8 ta’ Mejju – Lapsi (Tlugħ il-Mulej fis-Sema).

Il-Ħadd, 15 ta’ Mejju – Għid il-Ħamsin (L-Inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja).

Il-Ħamis, 26 ta’ Mejju – Corpus Christi (Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej).

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ġunju – Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesú.

L-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju – L-Imnarja (San Pietru u San Pawl).

It-Tnejn, 15 ta’ Awissu – Santa Marija (Verġni Marija Mtellgħa s-Sema).

Il-Ħamis, 8 ta’ Settembru – Il-Bambina (Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija).

It-Tlieta, 1 ta’ Novembru – Il-Qaddisin Kollha.

L-Erbgħa, 2 ta’ Novembru – L-Għid ta’ l-Imwiet.

Il-Ħadd, 27 ta’ Novembru – L-Ewwel Hadd ta’ l-Avvent. (Lezzjonarju Sena B).

Il-Ħamis, 8 ta’ Diċembru – Il-Kunċizzjoni (Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija).

Il-Ħadd, 25 ta’ Diċembru – Il-Milied, (Twelid ta’ Sidna Ġesú).

 

Obbigu tal Quddies u Mistrieħ mix-Xogħol.

Minbarra il-Ħdud kollha ta’ matul is-sena, hemm ukoll l-obbligu tal-Quddies u l-mistrieħ mix-xogħol f’dawn il-ġranet....

Is-Sibt, 1 ta’ Jannar – Il-Maternità tal-Verġni Marija.

It-Tnejn, 15 ta’ Awissu – Santa Marija (Verġni Marija Mtellgħa s-Sema).

 

Obbigu tal-Quddies iżda permess ix-Xogħol.

Il-Ħamis, 10 ta’ Frar – Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.

 

Obbligu tas-Sawm u Astinenza mill-Laħam.

L-Erbgħa, 9 ta’ Frar – L-Erbgħa tar-Rmied (Ras ir-Randan).

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu – Il-Ġimgħa l-Kbira (Passjoni u Mewt tal-Mulej).

 

 

Festa Parrokkjali Marija Annunzjata.

Peress li fis-sena 2005, il-Ġimgħa l-Kbira se taħbat fil-25 ta’ Marzu, allura l-Festa Liturgika tat-Tħabbira tal-Mulej, popolarment magħrufa bħala l-Lunzjata se tkun ċelebrata t-Tnejn, 4 ta’ April.  Imbagħad, Jum il-Festa fil-Parroċċa se jkun il-Ħadd, 29 ta’ Mejju.

Festi u Ċelebrazzjonijiet Oħra fil-Parroċċa

L-Ewwel Tqarbina – Ħadd, 15 ta’ Mejju 2005.

Festa Madonna tad-Duttrina – Ħadd, 17 ta’ Lulju 2005.

Festa Madonna tar-Rużarju – Ħadd, 2 ta’ Ottubru 2005.

Griżma ta’ l-Isqof – Ħadd, 30 ta’ Ottubru 2005.