QUĊĊATA TA’ MUNTANJA ĠEWWA L-ITALJA MSEMMIJAGĦALL-PAPA ĠWANNI PAWLU II
Wara l-udjenza
ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa, 18ta’ Mejju, 2005, ġewwa l-Pjazza
ta’ San Pietru, imxarrba b’xita kontinwa, u li matulha l-Papa Benedittu XVI
ta katekeżi bit-Taljani, b’tifsiriet fil-qosor tagħha bl-Ingliż, Franċiż,
Spanjol, Ġermanż, u Portugiż. Hu wkoll ta merħba lil
25,000 pellegrin bil-Kroat, Ċek, Slovakk, Russu Ukrajnu, u Ungeriż.
Il-Q.T. sellem lill-Pollakki preżenti fejn fakkarhom li, kieku
Ġwanni Pawlu II…il-Papa li ma jintesa’ qatt, il-Papa li hu f’qalb kulħadd…
kien għadu ħaj, illum kien jagħlaq 85 sena. Nixtieqilkom il-barka t’Alla. Il-Mulej ibierek lilkom
hawn preżenti.” Wara l-Qdusija Tiegħu
għadda biex jitkellem bit-Taljan: ”Illum,
għalkemm bogħod mir-reġjun Taljan ta’ Abruzzo, qed ningħaqad
spiritwalment ma’ ħaġa li
qed issir hemm u li għandha tifsira kbira. Quċċata ta’ waħda
mill-katina muntanjuża Taljana, Gran Sasso, qed tingħatha isem
il-Papa Ġwanni Pawlu II, muntanji meraviljużi li tant kien iħobb
u li żarhom bosta drabi. Nifraħ u nirringrazzja lil dawk li ħadu
din l-inizjativa u li ta’ min ifaħħarha. Nittama li dawk kollha li
jżuru din il-quċċata jħossu
li għandhom jingħaqdu
bl-ispirtu tagħhom ma’ Alla, li t-tjubija Tiegħu tiddi fis-sbuħija
tal-Ħolqien Tiegħu.” |