KORS GĦAS-SENA 2004-2005

                    HOME                    |                     EMAIL                    |                    ARKIVJU 2005/6               |                         Kors ta’ Katekeżi ma’ l-Adulti – Parroċċa Tarxien

VERŻJONI BIL-MALTI

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika kien ġie tradott għall-Malti u publikat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 1993.  Sal-lum għad ma għandna ebda test bil-Malti li nistgħu inpoġġuh fuq din il-website għad-dispożizzjoni tal-poplu tagħna.  Għalhekk qegħdin nipprodu link ma’ verżjoni tat-test kollu bl-Ingliż.  Fiha tista’ ssir tiftix għal dawk it-temi jew taqsimiet li jkunu meħtieġa.

LINK GĦAT-TEST BL-INGLIŻ ▼


IL-KATEKIŻMU

TAL-KNISJA KATTOLIKA

“Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika hu espożizzjoni tal-fidi tal-Knisja u tad-duttrina kattolika, skond ix-xhieda u fid-dawl ta’ l-Iskrittura mqaddsa, tat-Tradizzjoni appostolika u tal-Maġisteru tal-Knisja u regola żgura għat-tagħlim tal-fidi.

Ġwanni Pawlu II, Kostituzzjoni Appostolika, Fidei Depositum, 11 Ottubru 1992


 

Il-Katekeżi hija it-trawwim fil-fidi tat-tfal, taż-żgħażagħ u tal-kbar. Din tħaddan b’mod speċjali  t-tagħlim tad-duttrina nisranija mogħti b’mod organiku u sistematiku, bil-għan li jwassal għall-milja ta' ħajja nisranija.  

(ara KKK 5)

L-Istruttura tal-Katekiżmu tqiegħed il-katekeżi fuq erba’ pilastri:

l-istqarrija tal-fidi fil-Magħmudija (il-Kredu),

is-Sagramenti tal-fidi,

il-ħajja tal-fidi  (il-Kmandamenti),

it-talba ta’ min jemmen  (il-Missierna)

(ara KKK 13)


L-EWWEL PARTI - L-ISTQARRIJA TAL-FIDI

Dawk li bil-fidi jemmnu u bil-Magħmudija huma ta’ Kristu, għandhom jistqarru l-fidi li fiha tgħammdu quddiem il-bnedmin kollha.  Għalhek il-Katekiżmu l-ewwel juri fiex tikkonsisti r-Rivelazzjoni li permezz tagħha Alla jkellem u jigħata lill-bniedem u l-fidi li biha l-bnedmin iwieġbu lil Alla.

(KKK 14)


IT-TIENI PARTI – IS-SAGRAMENTI TAL-FIDI

Din il-parti turi kif is-salvazzjoni li seħħet darba għal dejjem permezz ta’ Kristu u ta’ l-Ispirtu s-Santu, isseħħ bl-għemil imqaddes tal-Liturġija Tal-Knisja u b’mod partikulari permezz tas-seba’ Sagramenti.

(KKK 15)


IT-TIELET PARTI – IL-ĦAJJA TAL-FIDI

Din il-parti turi liema hu l-għan aħħari tal-bniedem, maħluq fuq is-sura u x-xbieha ta’ Alla; l-hema u t-triqat li jwasslu għall-hena; hena li jinkiseb b’għemil rett u ħieles, mgħejjun mil-liġi u l-grazzja ta’ Alla. Imbagħad b’għemil li jħares il-kmandamenti ta’ l-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu, imfisser f’għaxar kmandamenti ta’ Alla.

(KKK 16)


IR-RABA’ PARTI – IT-TALBA FIL-ĦAJJA TAL-FIDI

L-aħħar parti tal-Katekiżmu hi dwar it-tifsira u l-importanza tat-talb fil-ħajja ta’ min jemmen.  Tilħaq il-qofol tagħha b’kummentarju tas-seba’ talbiet li għallimna l-Mulej, il-Missierna.

(KKK 17)

INTRODUZZJONI

1. IT-TRIQ TA’ ĦAJJITNA

ID-DIXXIPLI TA’ GĦEMMAWS

2. IS-SINJALI TA’ ALLA FIT-TRIQ TA’ ĦAJJITNA – IL-ĦOLQIEN

3. IL-GIDMA TAS-SERP

ĠENESI 3:5-6, APOK 12:13-18

4. ABRAHAM, EMIGRANT TA’ DEJJEM -  ĠENESI 12:1-3

5. IS-SEJĦA TAL-PROFETA

ĠEREMIJA 1:4-10

6. ĠESU’ - IL-WIĊĊ TA’ ALLA MDAWWAR LEJNA

7. L-ERBA’ EVANĠELJI - ERBA’ VIŻJONIJIET TA’ L-ISTESS ĠESU’

8. L-APOKALISSI

ŻMIEN L-AVVENT

1. INQUMU U NIĠĠEDDU

Mt 24:37-44

2. INDMU U EMMNU

Mt 3:1-12 

3. L-GĦAŻLA GĦAL ĠESÚ

Mt 11:2-11

4. ALLA JGĦAMMAR FOSTNA

Mt 1:18-24

INDIĊI GĦALL-KUMPLAMENT

TAL-LAQGĦAT

 

Minħabba li t-temi tal-laqgħat tal-Katekeżi tal-Adulti qegħdin ikun marbuta mal-qari liturġiku ta’ kull nhar ta’ Ħadd, għalhekk għan-noti ta’ kull laqgħa tista’ tirreferi għal paġna rispettiva mil-Liturġija tal-Ħdud kif tidher fil-link ta’ hawn taħt...

 

Ara l-Werrej tal-Qari tal-Ħdud