OTTUBRU… XAHAR IMPORTANTI GHALL-KNISJA

 

Kitba ta’ Harry Agius Ordway

 

Din is-sena x-xahar ta’ Ottubru, maghruf fostna l-Insara bhala ix-Xahar tar-Ruzarju Mqaddes, hu ferm importanti ghall-Knisja peress li matulu ser tintemm is-Sena Ewkaristika mnedija mill-mibki izda qatt minsi Papa Gwanni Pawlu II fis-17 ta’ Ottubru tas-sena li ghaddiet. Madankollu ghandna wkoll zewg avvenamenti ohra ferm importanti …is-Sibt, 15 ta’ Ottubru, il-Q.T. Benedittu XVI ser ikollu laqgha ta’ Katekezi gewwa l-Vatikan ma’ dawk it-tfal, l-aktar dawk  li joqoghdu gewwa Ruma u fir-regjun ta’ Lazio, li rcevew l-Ewwel Tqarbina matul din is-sena; u bhal kull sena, il-Hadd, 23 tax-xahar ghandna il-Gurnata Missjunarja.

 

TMIEM IS-SENA EWKARISTIKA

 

Fis- 7 ta’ Lulju li ghadda  l-Arcisqof Nikola Eterovic u Mons. Fortunato Frezza, rispettivament Segretarju Generali u assistent-segretarju tas-Sinodu ta’ l-Isqfijiet, ipprezentaw l-Instrumentum laboris ghall- 11-il Assemblea Ordinarja Generali tas-Sinodu ta’ l-Isqfijiet bit-tema tkun: “L-EWKARISTIJA: IS-SORS U L-MILJA TAL-HAJJA U L-MISSJONI TAL-KNISJA”, li fuq direzzjoni tal-Q.T. il-Papa Benedittu giet imqassra ghal tliet gimghat u issa ser tibda l-Hadd 2 ta’ Ottubru u tintemm il-Hadd 23. Il-Q.T. il-Papa, li jum wara l-ghazla tieghu bhala l-mexxej tal-Knisja, kien stqarr: “Dan is-Sinodu ser ikun il-milja tas-Sena Ewkaristika inawgurata minn Gwanni Pawlu II fis- 17 ta’ Ottubru 2004  ghamel xi tibdil fil-programm biex ikun hemm aktar koncentrazzjoni fl-attivitajiet u fl-istess waqt jinkoraggixxi l-kollegjalità u l-aspetti sinodali ta’ l-istess Assemblea.

 

Fost it-tibdiliet hemm li kull min jitkellem ghandu issa sitt minuti flok tmienja u dan biex, kuljum waqt il-kongregazzjoni generali, bejn is-6 u s-7 ta’ filgħaxija jkun hemm siegha ta’ diskussjoni hielsa. B’din is-sistema miftuha ta’ bdil ta’ fehmiet u esperjenzi, tghin biex ikun hemm ezami mill-aktar profond ta’ kull ma qed jigri u jinghad dwar il-misteru ta’ l-Ewkaristija Ser ikun hemm 12-il working group, li l-ħin taghhom ser jitqassar ukoll, imqassma skond il-hames ilsna tas-Sinodu.

 

Bħala mistiedna, id-doppju tas-soltu, ser ikun hemm delegati minn Knejjes ora u minn Komunitajiet Ekklesjali; 12-il rapprezentant mill-Knejjes Ortodossi, minn Knejjes Antiki tal-Lvant u minn Komunitajiet ta’ wara r-Riforma. Ta’ min jinnota li b’din l-istedina qed tiġi kkonkretizzata ix-xewqa li wera l-Papa Benedittu dwar l-ekunemiżmu fil-bidu tal-Pontifikat tiegħu. Wahda mis-sessjonijiet tas-Sinodu ser tfakkar l-40 Anniversarju mit-twaqqif tas-Sinodu ta’ l-Isqfijiet.

 

Skond Mons. Fortunato Frezza d-dokumenti li ser jahdmu fuqhom huma gabra fil-qosor ta’ kwantità kbira ta’ informazzjoni migbura mid-dinja kollha, xi haga li mhux kull organizzazzjoni  oħra facli twettaqha.

 

L-Instrumentum laboris jew dokumenti li ser jahdmu fuqhom fihom introduzzjoni, erba’ sessjonijiet kull wahda b’zewg kapitli, u konkluzjoni. Fl-ewwel parti nsibu: l-Ewkaristija u d-dinja tallum fejn tigi mistharrga il-problema tal-guh fid-dinja u l-attendenza ghall-Quddiesa tal-Hadd; filwaqt li fit-tieni parti insibu Il-fidi tal-Knisja fil-misteru ta’ l-Ewkaristija fejn ser jigi mistharreg il-mod kif il-misteru ta’ l-Ewkaristija qed ikun miftiehem mill-fidil; fit-tielet parti l-Ewkaristija fil-hajja tal-Knisja ser tigi mistharrga c-celebrazzjoni tal-Quddiesa, mill-ewwel riti sat-tmiem u t-tifsira tan-normi Liturġiċi meqjusa bħala gwidi biex tidħol fil-misteru; fil-waqt li fir-raba’ parti l-Ewkaristija fil-missjoni tal-Knisja l-enfasi ser tkun fuq l-Ewkaristija bhala fonti tal-moralità Kristjana għax

l-Ewkaristija dejjem saħħet l-għażliet, l-etika, u l-imġieba morali ta’ dawk li jemmnu. B’dan il-mod id-dokument jiddiskuti  l-għaqda ta’ l-Ewkaristija mal-paċi, unità u ekunemiżmu, kif ukoll xi mistoqsijiet li joħorġu mill-inkulturazzjoni u interkomunjoni.

 

LAQGĦA TA’ KATEKEŻI MAT-TFAL

 

Meta fit-12 ta’ Ġunju li għadda l-Q.T. il-Papa Benedittu ħabbar li ser ikollu din il-laqgħa nhar is-Sibt, 15 ta’ dan ix-xahar, waqt li jkun għaddej is-Sinodu u ftit tal-jiem qabel l-għeluq tas-Sena Ewkaristika u dan stqarr il-Papa biex juri l-importanza ta’ dan is-Sagrament u tal-familji li, flimkien, jieħdu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd. Waqt il-laqgħa Benedittu XVI mistenni juri l-importanza li għandu s-Sagrament ta’ l-Ewkaristija fil-formazzjoni u t-tkabbir spiritwali tat-tfal.

 

Meta tkellem dwar din il-laqgħa l-Papa rrepeta dak li kien qal waqt il-Kungress Ewkaristiku ġewwa Bari…”is-sehem tagħna fil-Quddiesa tal-Ħadd qatt m’għandu jinħass bħala impożizzjoni jew piż, imma aktar bħala bżonn u xi ħaġa ta’ ferħ…aħna l-Insara ma nistgħux ngħixu mingħajr il-Ħdud.”

 

IL-GURNATA MISSJUNARJA - “HOBZ MAQSUM GHALL-HAJJA TAD-DINJA”

 

Dan il-messagg ghall-Gurnata Missjunarja, li ser tigi ccelebrata fit- 23 ta’ dan ix-xahar, inkiteb mill-mibki izda qatt minsi Papa Gwanni Pawlu II, igib id-data tat-22 ta’ Frar li ghadda, jum il-Festa tas-Siggu ta’ San Pietru, u ppubblikat bl-Ingliz, bil-Franciz, bit-Taljan, bl-Ispanjol, bil-Portugiz u bic-Ciniz.

 

Hsibna li nghaddulkom xi siltiet minn dan il-Messagg mimli b’entuzjazmu lejn l-Ewkaristija u l-Missjoni. Fil-fatt insibu dan: ”Hadd il-Missjoni, f’din is-sena ddedikata lill-Ewkaristija, jghinna nifhmu aktar is-‘sens Ewkaristiku’ tal-ħajja tagħna waqt li nġeddu mill-ġdid l-emozjoni ta’ dak li ġara fil-Kamra ta’ Fuq meta, lejlet il-passjoni Tieghu, Ġesù offra lilu nnifsu għad-dinja’.”

 

Gwanni Pawlu, f’dan l-istess messaġġ, ifakkarna li fl-Ittra Appostolika tiegħu ”Mane nobiscum Domine” stedinna nikkomtemplaw lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż offrut lill-umanità kollha. Fl-istess waqt, fuq l-istess eżempju ta’ Ġesù, aħna lkoll imsejħa biex noffru ħajjitna lill-proxxmu tagħna...l-aktar dawk li huma fil-bżonn. B’dan il-mod, ikompli l-Papa, filwaqt li l-Ewkaristija tgħinna nifhmu aktar it-tifsira tal-missjoni, tmexxi lil kull persuna li temmen, b’mod partikulari lill-missjunarju, biex ikun il-hobz maqsum għall-ħajja tad-dinja.

 

Il-messagg jgħaddi biex ifakkarna li għalkemm preżentament l-umanità hi mkeffna f’dellijiet skuri, mhezza minn ġrajjiet traġici, u mfarrka minn diżastri katastrofiċi...il-Preżenza tar-Redentur fl-Ewkaristija....tkompli minn seklu għal ieħor turi mogħdrija mal-fqar u mal-batuti.  U hu li f’ismu li l-ħaddiema pastorali u missjunarji jimirħu tul mogħdijiet ġodda biex iġorru l-ħobż tas-salvazzjoni lil kulħadd: Jien l-ħobż ħaj li niżel mis-smewwiet. Kull min jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem (Gw 6,51). Aħna, ikompli Papa Ġwanni Pawlu fil-messaġġ tiegħu, li nieklu minn dan il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu Msallab u Mqajjem mill-Imwiet, ma nistgħux inżommu dan ir-rigal għalina imma rridu naqsmuh ma’ oħrajn...għax l-istess Ewkaristija tmexxina biex inkunu evanġelezzaturi ġeneruzi u l-ħin kollu mpenjati biex nibnu dinja aktar ġusta fejn inħossuna verament aħwa.

 

Il-Q.T. il-Papa wera t-tama sinċiera tiegħu li din is-Sena Ewkaristika tħeġġeġ lil kull Komunità Kristjana biex twieġeb għas-sejħa tal-batut għax b’hekk biss nuru li aħna verament id-dixxipli ta’ Ġesù...fil-qsim tal-Ħobz bejn l-aħwa.

 

Il-Papa jgħaddi biex ifaħħar lill-missjunarji martri li bl-għemil tagħhom jiġbdu rġiel u nisa żgħażagħ li l-Knisja tant għandha bżonnhom biex jikkonsagraw ruħhom għat-tħabbir tal-Bxara t-Tajba.

 

Ġwanni Pawlu jfakkarna li Ħadd il-Missjoni hu l-jum li jġibna aktar f’sensina dwar il-bżonnijiet urġenti biex nieħdu sehem fl-Evanġelizzazzjoni missjunarja, fit-talb u s-sagrifiċċju u barra dan noffru wkoll l-għajnuna konkreta.

 

L-għażiż Ġwanni Pawlu II jagħlaq dan il-messaġġ billi jirringrazzja lis-Soċjetajiet Missjunarji Pontificji tas-servizzi mprezzabbli li jagħtu u jitlob lilna biex dejjem inkunu ġeneruzi magħhom kemm f’dak li hu spiritwali kif ukoll materjali.