|
L-EWWEL QARI
Ġoel 2, 12-18 |
Dan
jgħid il-Mulej:
“Erġgħu
duru lejja b’qalbkom kollha,
bis-sawm, bil-biki u t-tnehid.”
Ċarrtu
qlubkom, u mhux ilbieskom,
u erġgħu
duru lejn il-Mulej Alla tagħkom,
għax hu
ħanin u jagħder,
idum
biex jinkorla, u kollu tjieba,
u
jisgħobbih għall-ħażen.
Min jaf
jerġax u jisgħobbih,
U jħalli
l-barka warajh,
Offerta
ta’ ikel u ta’ xorb
lill-Mulej Alla
tagħkom?
Doqqu
t-tromba f’Sijon!
Ordnaw
sawma,
Sejħu
laqgħa mqaddsa,
Iġbru
l-poplu,
Laqqgħu
l-ġemgħa,
Għajtu
lix-xjuħ,
iġbru
t-tfal u t-trabi!
Ħa
joħroġ il-għarus minn ġo kamartu
u
l-għarusa mill-għamara tagħha!
Bejn
il-loġġa u l-artal
ħa jibku
l-qassisin, qaddejja tal-Mulej!
U ħa
jgħidu:
”Ħenn
għall-poplu tiegħek, Mulej,
u la
tħallix il-wirt tiegħek jaqa’ għaż-żebliħ
biex jġi
fl lsien il-ġnus!
Il-għala
għandu jingħad fost il-popli,
‘Fejn hu
Alla tagħkom?”u l-mulej tħeġġeġ għall-art tiegħu,
huwa
għader lill-poplu tiegħu.
|
SALM RESPONSORJALI
Salm 50, 3-6a,
12-14, 17
|
O
Alla, ħenn għalina għax dnibna!
Ikollok
ħniena minni, o Alla, fi tjubitek,
Fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni
kollni mill-ħtija tiegħi,
naddafni
mid-dnub tiegħi.
O
Alla, ħenn għalina għax dnibna!
Għax
jien nistqarr ħtijieti,
dnubieti
dejjem quddiemi.
Quddiemek biss jien dnibt,
U dak li
hu ħażin f’għajnejk għamilt.
O
Alla, ħenn għalina għax dnibna!
Oħloq
fija, o Alla, qalb safja,
Ġedded
ġewwa fija ruħ sewwa.
La
twarrabnix minn quddiemek,
u
tneħħix minni l-ispirtu qadis tiegħek.
O
Alla, ħenn għalina għax dnibna!
Roddli
l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,
u bi
spirtu qalbieni wettaqni.
Mulej,
iftaħli xofftejja,u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.
O
Alla, ħenn għalina għax dnibna!