DAK LI ĠARA F' RUMA F'DAWN IL-JIEM

Minn Harry Agius Ordway

 

Skond statistika li ħarġet mill-belt tal-Vatikan nhar it-Tlieta wara nofsinhar aktar minn 6000 ġurnalist, kemm dawk tal-karta stampata u dik elektronika, ingħataw il-kredenzjali mill-Uffiċċju tas-Santa Sede u mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali. Magħhom ingħataw spazju wkoll numru kbir ta’ nies tal-Media li għenuhom waqt il-funeral tal-Papa Ġwanni Pawlu II.

Il-komunikat ikompli jgħid li għalkemm hu impossibli li wieħed jgħid kemm kienu l-istazzjonijiet tar-Radju u tat-Televixin li ttrasmettew il-funeral, kien hemm aktar minn 80 stazzjon tat-Televixin magħqud ma’ Mondovision u 137 television networks minn 81 pajjiż xandru il-Quddiesa tal-funeral u l-attivitajiet l-oħra ta’dak inhar.

L-internet site tal-Vatikan kellha 1,300,000 viżitatur ma’ li Streaming Live matul il-Quddiesa tal-Funeral, fejn intlaħqu 54,000 simultaneous connections u ġew  okkupati 9 gigabyte per second band.

Matul il-Quddiesa tal-Funeral ikkonċelebraw 157 kardinal. Preżenti kien hemm 700 arċisqof u isqfijiet,flimkien ma’ 3000 qassis li 300 minnhom għenu  biex titqassam l-Ewkaristija. Kien hemm 169 delegazzjoni barranijia, rappreżentanti minn 23 Knisja Ortodossa, delegazzjonijiet mill-Ġudajiżmu u 17-il delegazzjoni minn reliġjonijiet  mhux Kristjani u organizzazzjonijiet tad-djalogu inter-reliġjuż.

Skond il-Protezzjoni Ċivili Taljana u l-Belt ta’ Ruma kien hemm ‘l fuq minn 3miljun(3,000,000) pellegrin ġewwa Ruma; kull siegħa mal- 21,000 ruħ daħlu fil-Bażilka ta’ San Pietru bi stennija ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ 13-il siegħa, bl-itwal stennija tkun ta’ 24 siegħa; f’jum il-funeral 500,000 ruħ imlew Pjazza San Pietru u Via della Conciliazione; 600,000 oħra kienu fl-inħawi fejn kien hemm monitors ġgantin; u 400 persuna bi bżonnijiet speċjali kienu qrib l-altar.

Biex jieħdu ħsieb il-pellegrini kien hemm: 8,000voluntiera; 2,000 Boy Scouts; 11,900 membri tas-sigurtà; 1,000 pumpier; 6 ħelikopter; 400 suldat; 2,700 pulizija mill-Belt stess; 7,000 ħaddiem mill-Ferrovija ta’ l-Istat; 4 menaġers biex jieħdu ħsieb jevitaw il-perikli/diżastri u li kellhom għad-diżpożizzjoni tagħhom aktar minn 20,000 impjegat/volunteer mill-istess muniċpal.

Statistiċi oħra kienu: 6 treni speċjali mill-Polonja għal 5,000pellegrin; treni li ġarrew 800,000 vjaġġatur; 29 skrin tat-Televixin madwar Ruma; 3 miljun flixkun ilma; 3,600 toilets kimiċi; 21 portable medical units u 100 ambulanza ma’ dawk li ġa kien hemm ġewwa Ruma; 1,150 tinda ġewwa l-Università ta’ Tor Vergata għal 8,000 persuna; 8 kċejjen li jinġarru fejn ikun hemm bżonn u 400 funtana ta’ l-ilma; 5,000 sodda li ntremaw taħt it-tined.

Iċ-Ċentru ta’ Ruma, li normalment jirċievi 8,000 sejħa kuljum, irċieva aktar minn 20,000 sejħa kuljum bejn it-3 u t-8 ta’ April bl-operejters ikollhom  jirrispondu bit-Taljan, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, biċ-Ċiniż, u bl-Għarbi.

Aktar minn 400,000  karta ta’ informazzjoni, bit-Taljan u bl-Ingliż, tqassmu lill-pellegrini fejn ingħataw informazzjoni dwar it-trasport, fejn kienu l-bażiliċi, l-iskrins ġganteski, eċċ.

Fl-istess komunikat  insibu li l-Ħadd filgħodu, 3 ta’ April, l-għada tal-mewt ta’ Ġwanni Pawlu: “il-belt stembħet u sabet 3,500 poster, u żewġ bnadar ġgantin, 22 b’10 metri ‘l wieħed, fuq kull naħa tax-xmara Tevere, b’din il-kitba: “GRAZZI – RUMA TIBKI U SSELLEM LILL-PAPA TAGĦHA”