Storja fil-qosor tal-Konċilji Ekumeniċi tal-Knisja Kattolika – Kitba ta’ Harry Agius Ordway – Dehret l-ewwel darba fil-gażetta, “Il-Leħen is-Sewwa”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Ewwel Konċilju kien dak ta’ Niċea fis-Sena 325. Dam xahrejn u tnax-il ġurnata. Ħadu sehem 318-il Isqof, bl-Isqof Hosius ta’ Cordova ikun preżenti bħala l-Legat tal-Papa Silvestru. L-Imperatur Konstantinu kien preżenti wkoll. Lil dan il-Konċilju nafu l-Kredu ta’ Niċea, li irribatta it-tagħlim ta’ Arius u ta t-tifsira tad-Divinità ta’ l-Iben t’Alla. Kien f’dan il-Konċilju li d-data ta’ Għid ġiet iffissata, biex ma jiġix iċċelebrat fl-istess jum ta’ l-Għid tal-Lhud kif kienu jridu dawk imsejħa bħala ’Quartodecimans’.

 

Fuq ix-xellug tidher stampa ta’ ikona li tirrapreżenta uħud mill-padres li ħadu sehem fil-konċilju ta’ Niċea flimkien ma’ l-Imperatur Kostantinu.

 

 

 

 

 

 

It-Tieni Konċilju kien dak magħruf bħala l-Ewwel Konċilju ta’ Konstantinopli fis-sena 381 taħt il-Papa Damasus u l-Imperatur Theodosius I bis-sehem ta’ mija u ħamsin isqof. Il-mira prinċipali ta’ dan il-Konċilju kienet kontra l-fidili ta’ Macedonius li kien jargumenta bis-sħiħ kontra id-Divinità ta’ l-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt mal-Kredu ta’ Niċea li semmejna aktar qabel żdiedu...”U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja: li ġej mill-Missier u mill-Iben; li hu meqjum u mweġġaħ flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben...” u jibqa’ sejjer sal-kelma ’Amen’.

Il-Papa Damasus li mexxa l-Konċilju ta' Kostantinopli

 

 

 

 

 

It-Tielet Konċilju kien dak ta’ Efesu fis-Sena 431 fejn ħadu sehem aktar minn 200 Isqof, taħt il-Presidenza ta’ San Ċirillu ta’ Lixandra, li kien jirrappreżenta lill-Papa Ċelestinu I. F’dan il-Konċilju ġiet imfissra l-unità personali ta’ Kristu, Alla u Bniedem, u Marija ġiet idikkjarata Omm Alla (theotokos) kontra dak li kien ixandar Nestorju, Isqof ta’ Kostantinopli. Fl-istess Konċilju ġiet imġedda l-kundanna ta’ Pelagius.

 

Uħud jirreferu għal dan il-konċilju bħala, l-Konċilju tat-Theotokos (Omm Alla).

 

 

 

 

 

 

Ir-Raba’ Konċilju kien dak ta’ Kalċedonja sar għoxrin sena wara, fis-sena 451. Ħadu sehem 150 Isqof immexxija mill-Papa Ljun il-Kbir u mill-Imperatur Marċjanu. Ġew imfissra bir-reqqa ż-żewġ naturi ta’ Kristu, Divina u Umana, kontra dak li kien qed jgħallem Eutyches, li ġie skomunikat.

 

Il-Papa Ljun il-Kbir li mexxa l-Konċilju.

 

 

 

 

 

Il-Ħames Konċilju kien it-Tieni Konċilju ta’ Konstantinopli fis-Sena 553 fejn ħadu sehem 165 Isqof taħt it-tmexxija tal-Papa Vigilius u l-Imperatur Ġustinjan I. Hawnhekk ġew ikkundannati t-tagħlim qarrieqi ta’ Origen u t-Tliet Kapitli miktuba minn Theodoret, Isqof ta’ Mopsuestia u ta’ Ibas, Isqof ta’ Edessa. Matul dan il-Konċilju ġie kkonfermat dak kollu li ħareġ mill-ewwel erba’ Konċilji, speċjalment dak li twettaq fir-Raba’ wieħed ta’ Kalċedonja li l-awtorità tiegħu kienet qed tiġi sfidata minn xi eretiki.

 

 L-Imperatur Ġustinjan I.

 

 

 

 

 

 

Is-Sitt Konċilju kien it-Tielet Konċilju ta’ Konstantinopli li sar bejn is-snin 680 u 681 taħt il-Papa Agatho u l-Imperatur Konstantinu Pogonatus. Ħadu sehem il-Patrijarki ta’ Konstantinopli u ta’ Antjokja, 174 isqof, u l-Imperatur innifsu. Dan il-Konċilju ġab fi tmiemu il-‘Monoateliżmu’ billi ta t-tifsira taż-żewġ naturi ta’ Kristu distinti minn xulxin, dik Divina u dik umana. B’hekk ġabu fix-xejn it-tagħlim qarrieqi ta’ Sergius, Pyrrhus, Pawlu, Mararius, u d-dixxipli tagħhom.

Il-Papa San Agatho

 

 

 

 

 

 

Is-Seba’ Konċilju kien it-Tieni wieħed ta’ Niċea fis-Sena 787. Kien ġie msejjaħ mill-Imperatur Konstantinu VI u minn ommu Irene, taħt il-Papa Adrian I. Il-Konċilju, li ħadu sehem fih bejn 300 u 367 isqof, kien immexxi mil-Legati tal-Papa. Matulu intlaħaq ftehim dwar il-qima lejn ix-xbihat imqaddsa.

 

Il-Papa Adrianu I

 

 

 

 

It-Tmien Konċilju kien ir-Raba’ ta’ Konstantinopli li sar fis-Sena 869 taħt il-Papa Adrijanu II u l-Imperatur Basilju. Preżenti  kien hemm 102 isqfijiet, 3 legati tal-Papa, u 4 patrijarki. Kien konċilju li għarbel u ħaraq l-Atti kollha li ħarġu minn Konċilju rregolari (conciliabulum) msejjaħ minn Photius kontra il-Papa Nikola u Injazju il-Patrijarka leġittimu ta’ Konstantinopli; ikkundanna lil Photius li ħataf illegalment it-dinjità patrijarkali. Madankollu ix-Xiżma ta’ Photius ġiet milqugħa bil-kbir ġewwa l-Knisja Griega, u ebda konċilju ieħor ma sar fil-Lvant.

 

Photius, Patriarka tal-Lvant

 

 

 

 

 

Id-Disa’ Konċilju kien l-Ewwel Konċilju Lateran, fis-sena 1123 ġewwa Ruma taħt il-Papa Kallistu II. Kien hemm mad-900 isqof u abbati. Matulu tneħħa għal kollox id-dritt tal-prinċipijiet lajċi ta’ investitura biċ-ċurkett u l-bastun ta’ isqof u l-benefiċċji ekklesjastiċi li kellhom x’jaqsmu mad-dixxiplina tal-Knisja u t-teħid lura ta’ l-Art Imqaddsa minn taħt idejn l-Islam.

 

Il-Papa Kallistu II

 

 

 

 

 

L-Għaxar Konċilju kien it-Tieni Konċilju tal-Lateran li nżamm ġewwa Ruma fl-1139 taħt il-Papa Innoċenzu II. Ħadu sehem mal-1000 prelat u l-Imperatur Konrad. Il-ħsieb prinċipali kien jġieb fi tmiemhom l-iżbalji ta’ Arnoldu ta’ Brescia.

 

Il-Papa Innoċenzu II.

 

 

 

 

Il-Ħdax-il Konċilju kien it-Tielet wieħed tal-Lateran li sar fl-1179 taħt il-Papa Alessandru III u l-Imperatur Federiku I. Kien hemm 302 isqfijiet. Matul dan il-Konċilju ġew ikkundannati Albigenses u Waldenses barra li ġew imxandra bosta digrieti dwar ir-riforma tal-morali.

 

 Il-Papa Allesandru III

 

It-Tnax-il Konċilju kien ir-Raba’ wieħed tal-Lateran fl-1215, taħt il-Papa Innoċenzu III. Kien hemm preżenti il-Patrijarki ta’ Konstantinopli u ta’ Ġerusalemm, 71 Arċisqof, 412-il Isqof, 800 Abbati, il-Primat tal-Maroniti, u San Duminku. Ħareġ Kredu imkabbar (simbolu) kontra l-Albiġeniżi (Firmiter credimus), ġew ikkundannati l-iżbalji Trinitarjani ta’ l-Abbati Ġwakkin, u ġew ippubblikati 70 digrieti riformatorji. Dan kien l-aktar Konċilju importanti taż-Żmenijiet tan-Nofs, fil-fatt magħruf bħala l-”Konċilju l-Kbir”, peress li ta tifsira siwja tal-ħajja ekklesjastika u l-qawwa tal-papat.

 

 

 

 

It-Tlettax-il Konċilju kien l-Ewwel Konċilju ta’ Lyons fl-1245, taħt il-presidenza tal-Papa Innoċenzu IV li miegħu kien hemm il-Patrijarki Latini ta’ Konstantinopli, Antjokja, u Aquileia(Venezja). Ħadu sehem 140 Isqof; Baldwinu II ta’ Konstantinopli;  San Luwiġi (IX), Re ta’ Franza; Rajmondu VII, Konti ta’ Toulouse; u Rajmundu Bérenger IV, Konti ta’ Provence. Ġie skumnikat u mneħħi l-Imperatur Frederiku II u ġiet mnedija kruċjata ġdida taħt il-Kmand ta’ San Luwiġi kontra s-Sarraċiniżi u l-Mongoli.

 

Il-Papa Innoċenzu IV

 

 

 

L-Erbatax-il Konċilju kien it-Tieni Konċilju ta’ Lyons u sar 29 sena wara, fl-1274, taħt il-Papa Gregorju X; flimkien mal-Patrijarki ta’ Antjokja u ta’ Konstantinopli; ħmistax-il Kardinal; 500 Isqof; u aktar minn 1000 dinjitarju ieħor, fosthom Ġakbu I, Re ta’ Aragona; ambaxxaturi tar-Rejiet ta’ Franza u ta’ l-Ingilterra; ambaxxaturi ta’ l-Imperatur Michael Paleaologus, flimkien ma’ membri tal-Kleru Grieg; u ambaxxaturi ta’ Khan tat-Tartari. Bis-saħħa ta’ dan il-Konċilju, kif rajna minn dawk preżenti, kien hemm għaqda temporanja bejn il-Knisja Rumana u dik Griega. Il-kelma filioque ġiet miżjuda mas-simbolu ta’ Konstantinopli u sar attentat biex jinstabu riżorsi biex il-Palestina terġa’ tintrebah minn ħdan it-Torok. Ġew ukoll stabbiliti regoli ġodda għal l-elezzjoni ta’ Papa.

Il-Papa Gregorju X

 

 

 

 

 

Il-Ħmistax-il Konċilju kien dak ta’ Vienne ġewwa Franza fl- 1311 fuq ordni tal-Papa Klement V, l-ewwel mill-Papiet Avignon. Ħadu sehem il-Patrijarki ta’ Antjokja u ta’ Alessandrija; flimkien ma’ 300 isqof, għalkemm xi awtoritajiet storiċi jsostnu li kienu 114; u tliet rejiet...Filippu IV ta’ Franza, Dwardu II ta’ l-Ingilterra, u Ġakbu II ta’ Aragona. Dan il-Konċilju ħada qattgħa bla ħabel kontra l-iżbalji tal-Kavallieri Templari, tal-Fraticelli, il-Beghards, u l-Beguines. Ġew mistħarrġa proġetti ta’ kruċjati ġodda, ir-riforma tal-kleru, u t-tagħlim ta’ I-ilsna Orjentali fl-Universitajiet.

 

Il-Papa Klement V