|
L-EWWEL QARI
Is 7:10-14;
8:10 |
F’dak
iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u jgħidlu: “Itlob
sinjal għalik minn għand l-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew
fil-għoli tas-smewwiet.” U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx
nittanta lill-Mulej.”
U
l-profeta wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David: mhux bożżejjed
għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla
tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha,
ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El (għax alla
magħna).”
|
SALM RESPONSORJALI
Salm 39
|
Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Sagrifiċċju u offerta in ma tgħaxxaqtx bihom;
imma
widnejja int ftaħtli.
Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx.
Imbagħad jien għedt: Hawn jien, ġej.
Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Fil-ftuħ tal-ktieb hemm miktub fuqi
Li
nagħmel ir-rieda tiegħek.
Alla
tiegħi, jogħġobni,
u li
l-liġi tiegħek ġewwa qalbi qiegħda.
Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;
ara,
xofftejja ma żammejthomx magħluqa;
Mulej, int taf.
Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Jien
ma ħbejtx għemil il-ġustizzja tiegħek
fil-fond ta’ qalbi:
il-fedeltả tiegħek u s-savazzjoni tiegħek jien xandarthom.
Ma
ħbejtx it-tjieba tiegħek u l- fedeltả tiegħek
Lill-ġemgħa l-kbira.
Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
|
IT-TIENI QARI
Lhud 10: 4-10 |
Ħuti: ma jistax ikun li d-demm tal-gniedes u tal-mogħoż ineħħi
d-dnubiet. Għalhekk Kristu, meta daħal fid-dinja, qal:
“Sagrifiċċju o offerta int ma ridtx, imma ġisem int ħejjet
għalija; bittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet lilek ma għoġbukx.
Jien imbagħad għidt: Hawn jien, ġejt, biex nagħmel ir-rieda
tiegħek, o Alla, - kif fil-ktieb hemm miktub minni”.
|
Din is-sena l-Festa
Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata se tkun ċelebrata
fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien nhar il-Ħadd,
29 ta’ Mejju. |
|

L-ewwel qal: “Sagrifiċċji u offerti, u vittmi maħruqa u vittmi
għad-dnubiet, la ridthom u anqas għoġbuk”, għalkemm dawn titlobhom
il-liġi; imbagħad qal: “Hawn jien, ġejt, biex nagħmel ir-rieda
tiegħek.” B’hekk Alla neħħa s-sagrifiċċji ta’ l-ewwel, biex iqiegħed
flokhom it-tieni. Bis-saħħa ta’ din ir-rieda aħna ġejna mqaddsin,
permezz ta’ l-offerta tal-ġisem ta’ Ġesù Kristu magħmula darba għal
dejjem.
Hallelujah, Hallelujah.
Il-Verb ħa
l-ġisem u għammar fostna,
u aħna
rajna s-sebħ tiegħu.
Hallelujah.
F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabriel kien mibgħut minn Alla f’belt
tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba magħarrsa ma’ raġel
jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien
jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik,
mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”
Għal dan
il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejha u bejn ruħha x’setgħet
tfisser dik it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax
int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fi ħdanek u
jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin
il-Għoli, u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru; u
jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex
tmiem.”
Iżda
Marija qalet lill-anġlu “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?”
Weġibha l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek,
u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li
jitwieled minnek ikun qaddis u jkun jissejjaħ Bin Alla. U ara,
il-qariba tiegħek Eliżabetta, hija wkoll nisslet iben fi ħdanha, u
dan għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.” Imbagħad qalet
Marija: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skond
kelmtek!” U l-anġlu telaq minn ħdejha. |
L-anġlu Gabriel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija,
jisimha Nażaret, għand xebba magħarrsa ma’ raġel jismu
Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien
jisimha Marija....
L-anġlu ma kiex mibgħut isib
xi
xebba, tkun min tkun, imma għand Marija, ix-xebba ta’ Nażaret,
l-għarusa ta’ Ġużeppi. Kull sejħa li jagħmel Alla hija dejjem
waħda personali. Lili jagħmilli sejħa u lilek jagħmillek
oħra. Issejħilna b’isimna għaliex lilna jafna personalment u
bid-dettalji kollha tagħna; aktar milli jafuna dawk ta’
madwarna. Aktar milli jafuna il-familjari tagħna. Aktar
milli aħna stess nafu lilna nfusna.
“Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”
Forsi lili u
lilek, mhux ukoll Alla jrid jimliena bil-grazzja? Forsi aħna
mhux ukoll għandna kulljum u f’kull ħin lill-Mulej magħna. U
għalhekk ikun jgħodd biss minni u minnewk jekk it-tislima ta’
l-anġlu lil Marija tkunx tgħodd għalina wkoll. Jiddependi
minna jekk inkunux aħna wkoll mimlijin bil-grazzja.
Jiddependi minn jekk il-Mulej ikunx kontinwament magħna, jew
aħjar, aħna miegħu. Da parti tiegħu, anke lilna jrid jimliena
bil-grazzja. Anke magħna jixtieq ikun kontinwament. Imma
jiena u inti inħalluh kif ħallietu Marija? Nagħtuh iċ-ċans li
jaħdem fina kif ħadem fiha? Li jinkarna f’ħajjitna kif
inkarna f’Marija?
Għal dan il-kliem tħawdet....
Spiss nitħawdu aħna wkoll. Ninfixlu. Imma anke lilna,
jgħidilna. “Tibżgħux. għaliex intom ukoll sibtu grazzja
quddiem Alla. Intom ukoll tistgħu tirċievu fikom kuljum
lill-istess Iben ta’ Alla. Dak l-istess wieħed li tnissel
f’Marija.”
Iżda dan ikun biss aħna wkoll inħallu lill-Ispirtu ta’ Alla
jiġi fuqna. Jekk bħal Marija ngħidulu “Iva, jiena
l-qaddej/qaddejja tal-Mulej. Ħa jsir minni dak li jrid hu.”
Allura Hu jagħmel fina wkoll l-għeġubijiet tiegħu. Imma spiss
jiġri li minflok inħalluh jaħdem fina dak li jrid hu, inkunu
rridu jagħmel dak li rridu aħna. Forsi spiss, mhux hekk ikun
it-talb tagħna?
U ara, il-qariba tiegħek, hija wkoll.....
U Alla qatt ma jħallina naħsbu biss għal rasna. Lilna wkoll
iddawrilna ħarsitna lejn il-qraba tagħna, għaliex hunma wkoll
sabu l-grazzja tagħhom quddiem Alla. Spiss forsi inkunu aħna
li bla ma nindunaw inkunu imsejjħa minn Alla biex inwasslulhom
il-grazzji ta’ Alla; kif bl-istess mod jiġri wkoll li ħafna
drabi Alla jinqegħda bihom biex iwassal l-imħabba tiegħu
lilna.
Lest bħal
Marija, inkun jiena wkoll ta’ servizz għall-oħrajn? Intbaħt
li ma nista’ qatt nilqa’ lil Alla f’ħajti jekk ma nilqgħax
ukoll lil ħuti u l-qraba tiegħi? Anzi, meta nservi lilhom
inkun inservi lilu stess. Hekk biss nistgħu
sinċerament
intennu.
Jien
il-qaddejja tal-Mulej. |