LEJN KNISJA MĠEDDA
Kristjanità Differenti
“Aħna qegħdin f’dinja ġdida; u dinja ġdida li tant inbidlet malajr. Dinja ġdida jfisser li aħna jrid ikollna forma ta’ Knisja, ta’ Kristjanita’, differenti. Aħna ma nistgħux nibqgħu nagħmlu paragun mal-Knisja ta’ erbgħin, ħamsin sena ilu, u aħna nibqgħu naħsbu fuq dak il-mudell. Ma għadux jgħodd! Dak iż-żmien, il-mudell kien, kulħadd, jitkellem l-Isqof jgħidlu prosit u grazzi u jbaxxi rasu. Dak il-mudell m’għadux jgħodd. Allura x’jiġri? Jiġri li meta aħna nindunaw li l-ambjent huwa differenti, qegħdin ninħasdu. Hemm bżonn li aħna ma nibqgħux ninħasdu.
“Hemm bżonn li aħna nagħrfu l-mudell tal-Knisja li se nippruvaw nikkuppjaw. Jiena nipproponi li bħala l-mudell irridu nħarsu lejn il-Knisja ta’ l-ewwel żminijiet. Hemmhekk huwa l-mudell tagħna; hemmhekk kellek Knisja li qed tipprova ssib spazju f’dinja li hija ostili, id-dinja Rumana.”
“U din hija l-Knisja l-ġdida. X’għamlet l-ewwel Komunità Nisranija? Żewġ affarijiet. L-ewwelnett daħlet iktar, ippermettuli l-kelma forsi daqsxejn tqila, fir-radikalita’, jiġifieri fl-għeruq tal-ħajja Kristjana, mhux bin-nofs. It-tieni ħaġa fehmet li hi tgħix mhux għaliha, imma għal min hemm barra. Il-Knisja mhix għalina.”ġ1ħ
L-Evanġelji tal-Ħdud li ġejjin jagħtuna eżempju mill-isbaħ tat-tip ta’ katekeżi li sawret lill-Insara u bniet il-Knisja tal-ewwel żminijiet. Mhux ta’ b’xejn li l-Papiet reċenti jirrikmandaw l-katekumenat batteżimali tal-ewwel ftit sekli tal-Knisja bħala l-mudell tal-katekeżi għal żminijietna. M’huwiex sempliċiment “duttrina”, imma proċess ta’ formazzjoni speċjali, li permezz tiegħu l-adult diġ kkonvertit għall-fidi, jitressaq lejn l-istqarrija tal-fidi tal-magħmudija u jieħu s-sagramenti ta’ l-inizjazzjoni matul il-Lejl tal-Għid u hekk wara jiddaħħal b’mod sħiħ fil-Komunità tal-Knisja.
M’huwiex lanqas sempliċiment inizjazzjoni għall-fidi li wieħed jista’ jgħaddi minnha jew le, speċi ta’ verniċ ta’ Kristjaneżmu, jew forsi xi kors għat-tisħib fil-Knisja. Huwa proċess esiġenti, mixja, itinerarju. In-Nisrani kkonvertit jibda jagħraf il-laqgħa ta’ mħabba mal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, u jidħol f’dinamika ta’ servizz lejn l-aħwa. F’din il-mixja jibda jesperimenta l-fidi fil-ġesti salvifiki u fil-kliem ta’ Ġesù Kristu, mgħixa u kkomunikati mill-Knisja permezz tax-xiehda tal-ħajja u tas-sagramenti, fil-perspettiva tat-tama fil-wegħda ta’ Alla li ma tqarraqx, l-eskatoloġija. ġ2ħ
Kieku kien mod ieħor, kieku Ġesù kien biss “duttrina” li titgħallimha darba u daqshekk, kieku kienet tiddependi mill-provi tar-raġuni - kieku ma kienx ikun hemm bżonn, il-katekeżi tas-siltiet li se naqraw fil-Ħdud li ġejjin. “Iżda dawn inkitbu biex intom temmnu fih”ġ3ħ. Tabilħaqq il-misteru tal-Għid jagħtina l-qofol tal-maturita’ tal-ħajja tal-fidi tal-Insara. Mingħajr dħul tajjeb f’dan il-misteru, il-Knisja tibqa’ sempliċi istituzzjoni, il-ħajja Nisranija liġi, il-liturġija riti vojta - u l-fidi reliġjożit ta’ barra.
Knisja Mġedda bil-Misteru tal-Għid
Fil-Jum stess tal-Qawmien tal-Mulej, kif rajna fl-Għid il-Kbir, il-Komunità tad-dixxipli kienet għadha mifxula u mbikkija, tfittex il-Mulej qalb il-mejtin, “ma tafx fejn ħaduh”, imbeżżgħa, bil-bibien magħluqa, miexja għal għonq it-triq bla tama, bla sens ta’ direzzjoni u perspettiva.
F’sitwazzjoni bħal din u f’dinja ostili, kif tista’ l-Komunità tibqa’ “tagħti l-frott”? Kif tista’ tinħass il-preżenza tal-Ispirtu s-Santu fost dawn il-konflitti? Kif setgħat tibqa’ “komunjoni”, “Komunità ta’ aħwa”, fejn il-qsim tal-ħobż ma jkunx biss rit? U fejn kulħadd huwa ndaqs, mhux wieħed fuq l-ieħor jew kontra l-ieħor? Il-Bxara t-Tajba tal-Ħdud li ġejjin turina li l-Mulej Ġesù ma jaqtax qalbu mill-Komunità tiegħu. Mhux biss, imma proprju fuq id-dgħjufija u l-falliment tad-dixxipli, bena l-Knisja tiegħu u fdalha t-tkomplija tal-missjoni tiegħu għat-tiġdid tad-dinja.
U hawn jinsab il-ferħ tal-Għid - li nesperjenzaw il-kobor bla qjies tas-setgħa tiegħu fina li emminnaġ4ħ, anki meta ċ-ċirkustanzi tal-ħajja jgħidulna l-kuntrarju. Dan se jkun l-iskop tal-katekeżi matul il-Ħdud tal-Għid li ġejjin sal-Festa tat-Trinità Qaddisa.
Fil-bidu, fl-ewwel ħolqien tad-dinja, l-Iskrittura tippreżentalna lil Alla jġib il-ħajja fejn kien hemm il-mewt u l-baħħ, u d-dawl fejn kien hemm id-dlam, l-ordni fejn kien hemm it-taħwid (Ġen 1,1 - 2,14). Kif ġara fl-ewwel ħolqien, hekk jiġri fil-ħolqien il-ġdid, li beda bil-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt u jkompli llum fostna ġ5ħ.
Fl-ewwel ħolqien, fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar l-Ispirtu ta’ Alla (Ġen 1,2) u n-nifs ta’ Alla ta l-ħajja lil Adam (Ġen 1,2; 2,7): Is-siltiet li sejrin naqraw matul dawn il-ġimgħat li ġejjin, mill-Għid il-Kbir sal-Pentekoste u l-Festa tat-Trinità, isejħulna nħallu n-nifs tal-Ispirtu s-Santu jinżel fuqna, bħalma niżel fuq Ġesù fil-bidu tal-ministeru tiegħu, u jagħtina ħajja ġdida. L-istess bħalma niżel fuq Marija meta laqgħet il-Kelma tal-anġlu. “Kif ikun dan?” staqsietu; u l-anġlu weġibha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek... għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir” (Lq 1, 34-37).
Fil-qawmien tal-Mulej l-ewwel Komunità tad-dixxipli setgħet tifhem li l-mewt, il-baħħ, it-taħwid m’għandhomx l-aħħar kelma fl-istorja ta’ Ġesù Kristu. Tgħallmu b’esperjenza qarsa li t-triq ta’ Ġesù, u mhux tagħhom, kienet it-triq it-tajba li tieħu għall-ħajja.
Fl-Ewwel Erba’ Ħdud tal-Għid se nsibu l-Komunità Nisranija fi kriżi ta’ identit, tfittex lilha nfisha u d-direzzjoni li trid tieħu f’dinja ostili. Din il-kriżi tingħeleb bil-preżenza ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb f’nofs il-merħla tiegħu, jagħti ħajtu, ħajja ġdida, lin-nagħaġ “li jisimgħu leħnu u jħarsu l-Kelma tiegħu”;
Mill-Ħames Ħadd sal-Festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej, Ġesù jagħtina l-Ispirtu tiegħu, idaħħalna fl-intimit tiegħu, u jagħtina sehem mill-ħajja u mill-imħabba li hu għandu fil-Missier, b’mod li nsiru “ħaġa waħda” miegħu, xhieda tal-preżenza u tal-missjoni tiegħu fid-dinja;
Fl-aħħarnett, fil-Festa tat-Trinità Qaddisa, l-Evanġelju jagħtina il-viżjoni aħħarija tal-Komunità Nisranija, l-ideal li lejh ilkoll qegħdin nimxu u li jrid jispirana fit-twettiq sa l-aħħar tal-missjoni tagħna fid-dinja.
IT-TIENI ĦADD TAL-GĦIDĠesù Rxoxt fil-Ħajja tal-Komunità Nisranija
L-Ewwel Qari: Atti 5,12-16: Il-proġett ta’ Alla jkompli jitwettaq fil-Komunità Nisranija.
It-Tieni Qari: Apok 1,9-19: Ġesù janima u jqawwi l-Komunità.
L-Evanġelju: Ġw 20,19-31: Il-Ħolqien il-Ġdid fil-Komunità li temmen f’Ġesù.
L-Evanġelju tal-lum jurina kif mill-Qawmien ta’ Ġesù twieldet il-Komunità Nisranijaġ6ħ, bil-missjoni li tkompli twettaq matul iż-żminijiet il-proġett ta’ Alla li kien beda Ġesù għall-ħelsien tal-bniedem. Taħt in-nifs tal-Ispirtu s-Santu, il-Komunità ma baqgħetx Komunità ta’ nies imbeżżgħa u mħawda, iżda mal-ewwel bdiet tagħti sinjali tal-preżenza ta’ Ġesù Rxoxt f’nofsha u fiha bdew jidhru l-istess għemejjel li kien jagħmel Ġesù (l-Ewwel Qari). Huwa Ġesù nnifsu li se jibqa’ janimaha u jmexxiha matul l-istorja sa l-aħħar taż-żminijiet (it-Tieni Qari).
1. It-twelid tal-Komunità Messjanika
Dak il-Ħadd filgħaxija meta d-dixxipli kienu flimkien: Kien Ħadd il-Għid filgħaxija. Skond id-drawwa tal-Lhud, filgħaxija jispiċċa jum u jibda jum ieħor. Iżda għal San Ġwann dak il-Ħadd filgħaxija kien għadu l-Ħadd, l-ewwel jum, jum il-Qawmien, iż-żmien il-ġdid tar-rebħa ta’ Ġesù fuq il-mewt. Mill-konvinzjoni ta’ dak li ġara “fl-ewwel jum”, bdiet id-drawwa tal-Insara li jiltaqgħu fil-ġemgħa ta’ Jum il-Ħadd.ġ7ħ
Id-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom. Din hija referenza għall-ġemgħa ewkaristika madwar Ġesù Ħaj. Il-bibien magħluqa juru l-biża’ tad-dixxipli; imma juru wkoll il-ħajja ġdida ta’ Ġesù - issa xejn ma jista’ jfixklu, lanqas il-bibien magħluqa. Qalilhom: “Il-paċi magħkom”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu: Il-ġest u l-kliem juru lil Ġesù Rebbieħ jaqsam mal-ġemgħa tiegħu l-milja tal-ġid tar-rebħa tiegħu fuq “id-dinja” u fuq il-mewt: il-“Paċi-Xalom” (Ara wkoll it-Tieni Qari).
Id-dixxipli ferħu meta raw il-Mulej. Il-preżenza ta’ Ġesù tferraħ u tqawwi l-Komunità b’ferħ li issa xejn u ħadd ma jista’ jeħodhulhom. Ix-xena tfakkarhom f’dak li kien wegħedhom Ġesù qabel ma ħalliehom biex imur għall-passjoni: “Issa tħossukom imdejqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom.” (Ġw 16,22)ġ8ħ.
Is-sinjali tal-pjagi fuq idejh u ġenbu jassigurawhom li huwa l-istess Ġesù - dak li kien jiekol magħhom qabel ma għadda mill-passjoni u l-mewt tas-salib. Il-ġrieħi fuq ġsmu huma s-sinjali tal-fedelt tiegħu sa l-aħħar lejn il-proġett tal-Missier. Issa, din il-fedelt trid tagħti l-ħajja u tanima lill-Komunità Nisranija fil-missjoni tagħha. L-Insara jridu jkomplu jwettqu l-proġett ta’ Alla bl-istess fedelt li wera Ġesù: “Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”.
2. Nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu”.
Ġesù jonfoħ fuq id-dixxipli filwaqt li jagħtihom sehem fil-missjoni tiegħu. Il-ġest ifakkarna fil-bidu tal-ħolqien (Ġen 2,1), meta Alla nefaħ f’nifsejn Adam biex jagħtih il-ħajja. Dak li jiggarantixxi s-suċċess tal-missjoni tal-Komunità ta’ Ġesù huwa “n-nifs ta’ Alla”, l-Ispirtu s-Santu. Għal San Ġwann, il-Pentekoste ġrat dak inhar filgħaxija ta’ Jum il-Qawmien. Minn issa ’l quddiem l-imgħammdin fl-Ispirtu s-Santu għandhom l-istess missjoni ta’ Ġesù, li jkomplu l-proġett ta’ ħelsien li seħħ għal kollox fih.
“Id-dnubiet ta’ dawk li taħfru jkunu maħfura”: Għal Ġwanni, id-dnub hu ċ-ċaħda ta’ Kristu u tal-proġett ta’ Alla li deher fih; huma dawk l-azzjonijiet konkreti li jġeddu l-istess għażla għall-ħażen u għall-inġustizzja li kienu għamlu dawk li wasslu lil Ġesù għall-mewt.ġ9ħ Bl-Ispirtu li rċevew minn għand Ġesù, l-Insara issa saru xhieda tiegħu quddiem il-bnedmin. Il-ħidma tagħhom se tkun bħal dik ta’ Ġesù, li fil-ħajja ta’ bejniethom u bl-imġiba tagħhom - u mhux biss fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni - juru bil-fatti l-imħabba gratuwita, il-ħelsien u l-maħfra ġeneruża ta’ Alla (Ara l-Ewwel Qari).
“U d-dnubiet ta’ dawk li żżommu jkunu miżmuma”: Quddiem ix-xiehda tagħhom jiġri l-istess kif ġara ma’ Ġesù. Ikun hemm dawk li jiddeċiedu li jingħaqdu magħhom u dawk li jwebbsu qalbhom, iwarrbu l-imħabba, u saħansitra, f’isem Alla, iwasslu d-dixxipli għall-mewt (Ġw 15,18-16,1-4).
M’hijiex il-missjoni tal-Komunità, l-istess bħalma ma kenitx ta’ Ġesù, li tagħmel ħaqq mill-bnedmin (Ġw 3,17;12,47). Il-ġudizzju jiġbduh fuqhom il-bnedmin stess meta jirrifjutaw il-proġett ta’ Alla. Ix-xogħol tal-Komunità hu li turi bil-kliem u bl-azzjoni li min jingħalaq għall-proġett ta’ ħelsien li deher f’Ġesù, jingħalaq għalih innifsu, u hekk jibqa’ “miżmum” fi dnubietu - ”Id-dnub tagħhom għadu fuqhom” (Ġw 9,41).
3. Il-Fidi matura: “Dawk li ma rawx u emmnu”
Tmint ijiem wara, Ġesù reġa’ deher f’nofs il-Komunità tiegħu, li issa saret l-ambjent tal-Ewkaristija, u sellem lid-dixxipli bl-istess tislima ta’ l-ewwel laqgħa magħhom tmint ijiem qabel. “It-Tmien Jum” huwa l-għada tas-Sabath, is-Seba’ Jum, jum il-mistrieħ fil-ġrajja tal-ħolqien (Ġen 2,2); u għalhekk huwa jum il-milja tal-ħolqien li seħħ fil-qawmien ta’ Ġesù. Għal San Ġwann, il-qawmien ta’ Ġesù jibqa’ jinfirex fuq il-jiem kollha tal-istorja.
Tumas ma kienx magħhom meta ġie Ġesù: Minkejja l-entużjażmu li kellu qabel il-passjoni, Tumas kien għadu m’għamilx l-esperjenza ta’ Kristu ħaj f’nofs il-Komunità u lanqas ma rċieva l-Ispirtu s-Santu għall-maħfra tad-dnubiet. Ma kienet seħħet l-ebda konverżjoni fih, kif seħħet fil-bqija ta’ sħabu l-Ħadd ta’ qabel.
Kontra dawk li, quddiem ix-xiehda tal-ewwel Komunitajiet, “kienu jemmnu fil-Mulej” (ara l-Ewwel Qari), Tumas m’aċċettax ix-xiehda ta’ sħabu. Għalhekk il-fidi tiegħu kienet għadha żgħira, ma nibtitx mill-esperjenza f’Komunità li temmen, imma kienet għadha tiddependi mis-sinjali straordinarji: “Jekk ma narax...”
Iżda għad-dehra ta’ Ġesù Ħaj, li baqa’ jġib f’ġismu s-sinjali tat-tbatija, Tumas ħareġ bl-ikbar stqarrijja tal-fidi li nsibu fl-Evanġelju ta’ San Ġwann: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” Din hi l-ewwel darba f’dan l-Evanġelju, barra mill-prologu (Ġw 1,1), fejn Ġesù jiġi msejjaħ Alla.
Għal-Lhud, Ġesù kellu jingħata l-mewt sewwa sew “għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla” (Ġw 5,18), “u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla” (Ġw 10,33). Tumas, min-naħa l-oħra, għażlu bħala Alla u mudell tiegħu. Tumas għaraf f’Ġesù l-Mulej, indaqs u ħaġa waħda ma’ Alla l-Missier - Ġesù bħala l-Qaddej igglorifikat (ara Fil 2,2-6) imħabbar mill-profeti, li fih il-proġett tal-Missier seħħ għal kollox.
Henjin dawk li ma rawx u emmnu. Din hija wkoll l-unika “barka” fl-Evanġelju ta’ San Ġwann. Tfaħħar lil dawk li se jemmnu bla ma jaraw. L-Evanġelju jiftaħ lejn il-futur u joffri sfida lill-qarrejja kollha: fl-aċċettazzjoni tal-fidi f’Ġesù tinsab il-veru hena, kif ukoll il-missjoni, ta’ kull bniedem. X’aktarx li San Ġwann tana l-ġrajja ta’ Tumas, biex jikkoreġi l-impressjoni ta’ dawk fi żmienu li kienu jaħsbu li dawk li raw b’għajnejhom il-Mulej kienu aqwa minn dawk li ma rawhx.
Tumas kien wieħed mit-Tnax u kien ma’ Ġesù qabel il-passjoni. Imma l-importanti mhux li tkun ma’ Ġesù qabel il-passjoni, iżda li tgħix il-ħajja ġdida li bdiet fil-Qawmien. U dan isir b’fidi matura, meta dak li jkun, iħaddan b’għażla personali l-proġett ta’ Alla u jagħmlu tiegħu; “Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja; dan nafuh għax inħobbu lil ħutna; min ma jħobbx jinsab fil-mewt” (1 Ġw 3,14).
Fl-għeluq ta’ din is-silta, Ġwanni jgħidilna li kien proprju dan il-għan li għalih inkiteb ir-Raba’ Evanġelju: “Biex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija Bin Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu”. L-Evanġelju għal ħajjitna llum.
1. Sikwit matul l-Evanġelju kollu Ġesù jsejjaħ lin-nies biex jemmnu fih u fil-kelma tiegħu, u hekk jiksbu wkoll fiduċja fihom infushomġ10ħ. Il-fidi hija don, żerriegħa ta’ Alla li tikber ġo fik. Tumas wasal għaliha bil-kuntatt ma’ Ġesù preżenti f’nofs il-Komunita’ u mal-“pjagi” tiegħu. Kien dan il-kuntatt, mhux ir-raġunament ta’ moħħu, li ġiegħlu jagħmel l-ikbar stqarrija ta’ fidi fl-Evanġelju kollu. Il-ġrajja tiegħu tirrifletti l-mixja tal-fidi ta’ dawk li għaddew minn reliġjon li trid “tara s-sinjali”, għal fidi li “ma tarax u temmen”: Ġew f’kuntatt mal-persuna ta’ Ġesù Ħaj preżenti f’nofs il-Komunità Nisranija, ħarsu lejn “il-pjagi” tiegħu, u stqarrewh: “Mulej tiegħi, u Alla tiegħi”.
2. Huwa biss meta nagħmlu din il-qabża, jew konverżjoni, tal-fidi, li nkunu nistgħu naċċettaw lil Ġesù u l-Kelma tiegħu, kif il-Missier irid jgħarrafhulna. Irridu ngħaddu minn reliġjon li “temmen għax tara s-sinjali”, bħal Tumas, għal fidi li “ma tarax u temmen”; minn reliġjon li timmonopolizza lil Alla u tfasslu kif jaqbel lilek, kif kienet dik tal-Kittieba u l-Fariżej, għal fidi li tintelaq f’idejh, anki meta jidher li abbandunak bħalma ħassu Ġesù fuq is-salib; minn religjon li tinqeda b’Alla, il-fidi tal-mirakli, għal fidi li tqiegħed lilek innifsek għad-dispożizzjoni tiegħu, titlaq ħajtek, mewtek u l-fiduċja tiegħek kollha għar-rieda ta’ Alla ta’ Ġesù Kristu b’qadi sal-aħħar, sal-mewt tas-salib (Fil 3,4).
Ta’ min jistaqsi: Aħna li ngħidu li nemmnu f’Ġesù, għandna din il-fidi matura? Lesti li mmutu u nqumu miegħu, kif kien qal Tumas qabel il-passjoni? Kif qed inkomplu l-missjoni tiegħu fid-dinja ta’ żmienna? 3. Fil-bidu tal-ktieb tal-Apokalissi, fit-Tieni Qari tal-lum, San Ġwann jagħtina d-dehra ta’ Ġesù “f’Jum il-Mulej” f’nofs il-Komunità tiegħu, jagħmel kuraġġ u jkeċċi l-biża’: “Tibżax… Jien kont mejjet, u ara issa ħaj għal dejjem ta’ dejjem, u għandi jinsabu l-imfietaħ tal-Mewt u ta’ Qiegħ l-art.” “Art il-Mewt” u “Qiegħ l-art” mhux post, imma ambjent li jista’ jseħħ fil-qalb tal-bniedemġ11ħ, fejn xi drabi jsaltnu d-disprament, id-dwejjaq, il-biża’, id-dnub, l-inġustizzji, il-jasar tad-droga u l-vizzji l-oħra, l-infern minn sitwazzjonijiet żbaljati fil-ħajja. Kristu Rebbieħ idawwal id-dlam ta’ qalbna u jdaħħal ħajja u tama ġdida. Ġesù jibgħatna nxandru din il-liberazzjoni lin-nies tal-lum. Biex ikollna fidi bħal din, fidi li ma titfarrakx quddiem is-salib, l-Evanġelju ta’ llum isejħilna biex, fil-livell personali u komunitarju:- inħallu l-Ispirtu ta’ Kristu Rxoxt ikeċċi l-biżgħat, jiftħilna l-bibien magħluqa u jwaqqa’ l-ħitan li bnejna bejnietna u mad-dinja ta’ żmienna;- ngħaddu mill-esperjenza tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, l-esperjenza tal-maħfra tiegħu, tal-imħabba gratuwita u tas-solidarjet li Hu wera magħna;- nersqu “mmissu l-pjagi” tat-tbatijiet li għaddejjin minnhom in-nies ta’ żmienna, b’għażla preferenzjali effettiva favur il-fqar u l-imwarrbin.
Fuq kollox, nagħmlu mill-ġemgħa Ewkaristika tal-Ħadd u mis-Sagrament ta’ Rikonċiljazzjoni esperjenza ta’ ċelebrazzjoni ħajja tal-Kelma u tal-preżenza ta’ Kristu Ħaj fostna fil-komunjoni ta’ bejnietna u “fil-qsim tal-ħobż”, preżenza li tibgħatna f’missjoni biex inxanduh u nwassluh lin-nies ta’ żmienna. Mill-Ewkaristija, “titwieled il-Knisja”ġ12ħ.
MISTOQSIJIET
1. Kull nhar ta’ Ħadd niċċelebraw l-Ewkaristija. Qed tkun din iċ-ċelebrazzjoni approfondiment tal-fidi tagħna fil-preżenza fostna ta’ Ġesu’ Rxoxt?
2. Nhar ta’ Ħadd kull Komunità tiltaqa’ fl-Ewkarisitja biex tiċċelebra l-fidi tagħha fi Kristu Rxoxt. Iżda fil-fatt aħna Komunità li nimpenjaw ruħna mal-proġett u l-missjoni ta’ Ġesù kif rajna fis-silta tal-lum?
3. X’jistgħu jkunu il-persekuzzjonijiet li minnhom tgħaddi Komunità Nisranija li trid tgħix il-fidi fi Kristu fi żminijietna? Kif għandna nirreaġixxu quddiem dawn il-persekuzzjonijiet?
Il-Mulej isejħilna biex inkomplu l-missjoni tiegħu
L-Ewwel Qari: Atti 5,27-32.40-41: Il-Komunità Nisranija fejn issib il-ferħ tagħha?
It-Tieni Qari: Apok 5,11-14: “Il-Ħaruf il-maqtul” huwa s-sid tal-istorja.
L-Evanġelju: Ġw 21,1-19: Il-Mulej isejħilna biex inkomplu l-missjoni tiegħu.
Jidher ċar li s-silta tal-Evanġelju tal-lum ġiet miżjuda wara l-konklużjoni tal-Evanġelju ta’ San Ġwann bis-silta tal-Ħadd li għadda. Madankollu torbot sew mal-ħsieb tal-Evanġelju u tkompli fuq is-siltiet ta’ qabel, id-dehriet ta’ Kristu Rxoxt lill-Komunità tad-dixxipliġ13ħ. L-awtur ta’ din iż-żjieda jgħidilna: “Din kienet it-tielet darba li Ġesù deher lid-dixxipli wara li tqajjem mill-imwiet.”
Il-Komunità Nisranija tal-ewwel żminijiet kienet għadha qed tfittex lilha nfisha u x’kellha tkun il-missjoni tagħha: Pietru jiddeċiedi li jerġa jmur jistad il-ħut, iżda mbagħad jerġa’ lura għal vera sejħa tiegħu u jsir ir-ragħaj tal-bnedmin.
Ninsabu madwar “il-baħar ta’ Tiberija”. Ma’ xatt il-baħar kienet inbniet belt f’ġieħ l-imperatur Tiberju u ssemmiet għalih. Il-fatt li Ġwanni jsejjaħ l-għadira “il-baħar ta’ Tiberija” u mhux “il-baħar tal-Galilija”, kif ġieli nsibuha, jagħtina x’nifhmu li l-Komunità tinsab f’ħidma missjunarja f’ambjent pagan.
1. Il-Komunità fi kriżi ta’ identit
Sebgħa mid-dixxipli “kienu flimkien”. Is-seba’ li huma, immexxija minn Pietru, jiddeċiedu li jmorru jistadu. In-numru sebgħa, fl-Iskrittura, għandu t-tifsira simbolika tat-totalit - “kulħadd”.
Is-sajda wkoll, għandha tifsira simbolika. Fl-Evanġelju, is-sajda dejjem għandha tifsira “messjanika” u “eskatoloġika” - is-salvazzjoni tal-bnedmin u l-bini tas-Saltna ta’ Alla, li tibda f’din l-art u tilħaq il-milja tagħha fl-aħħar taż-żmien. Hawnhekk is-sajda tista’ tfisser, minn banda waħda l-missjoni tal-Komunità fost il-pagani fil-baħar wiesa’ tad-dinja; u min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni ta’ Komunità li għadha ma tafx x’se taqbad tagħmel u x’direzzjoni se tieħu. Ġesù, kif nafu mill-Evanġelji l-oħra, kien sejjaħ lid-dixxipli biex minn sajjieda tal-ħut jagħmilhom sajjieda tal-bnedmin; iżda issa ddeċidew li jerġgħu lura u jmorru jistadu l-ħut!
Marru, qabdu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn. Hawn hi l-kriżi tal-Komunità missjunarja. “Il-lejl”, b’kuntrast mal-“jum”, ifisser l-assenza ta’ Ġesù jew tal-Ispirtu tiegħu minn Komunità li ma twettaqx il-proġett ta’ ħajtu: “Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu x-xogħol ta’ dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd iżjed ma jkun jista’ jaħdem. Sakemm għadni fid-dinja jiena hu d-dawl tad-dinja” (Ġw 9,4-5).
2. Il-kriżi ta’ Komunità tingħeleb
Filgħodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma ntebħux li kien Ġesù. Mal-qawmien ta’ Ġesù (“filgħodu mas-sebħ”) kienet feġġet realt ġdida għall-Komunità; imma d-dixxipli kienu għadhom ma ntebħux għal kollox b’din ir-realt. Kien għad jonqoshom xi ħaġa importanti – il-konverżjoni u l-fidi vera fil-qawmien ta’ Ġesù. Mingħajr dawn il-missjoni tal-Komunità tibqa’ ma tagħmilx frott. Kif se tingħeleb din is-sitwazzjoni?
L-ewwelnett, bil-kelma tal-Imgħallem, Kristu Rxoxt. Ġesù minn fuq ix-xatt jistaqsi lid-dixxipli: Għandkom x’tieklu, ħbieb?ġ14ħ U huma jwieġbu: “Le.” Il-kelma ta’ Ġesù l-ewwel tagħmilhom konxji ta’ sitwazzjoni tagħhom; imbagħad wara, tqegħedhom fid-direzzjoni t-tajba: Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu.
Malli waddbu x-xbiek, id-dixxipli qabdu kwantit kbira, litteralment “folla kbira”, ta’ ħut. San Ġwann juża darba oħra biss il-frażi “kotra kbira” - biex ifisser il-folla tan-nies “morda, għomja, zopop u mifluġin” (Ġw 5,3). Dawn huma dejjem magħna u fihom irridu naraw il-preżenza ta’ Kristu Rxoxt. Huwa meta l-Komunità tagħżel li tieħu ħsieb il-folla tal-morda, l-għomja, z-zopop u l-mifluġin fis-sens kollu ta’ dawn il-kelmiet, li l-missjoni tagħha tħalli ħafna frott: Dawk waddbu x-xibka, u mbagħad ma felħux itellgħuha daqskemm qabdu ħut.
“Il-Mulej dan!” Id-dixxiplu l-maħbub huwa l-ewwel wieħed li jagħraf min kien dak li kien tahom il-kmand. L-għarfien tal-preżenza ta’ Kristu Rxoxt jinbet dejjem mill-imħabba. Permezz tad-dixxiplu l-maħbub, il-Komunità kollha għarfet minn fejn kienet ġejja l-kriżi u kif toħroġ minnha: Il-missjoni tal-Komunità jkollha suċċess meta tagħraf tagħżel lil Ġesù u “l-kotra tal-bnedmin”.
3. Ir-ritorn ta’ Pietru
Malli Pietru ntebaħ minn fejn ġejja l-kriżi, mal-ewwel għaraf x’għandha tagħmel il-Komunità: Xeħet fuqu l-libsa ta’ fuq, għax kien għoddu għarwien, u ntefa’ l-baħar. Żewġ atteġġjamenti importanti min-naħa ta’ Pietru: “Xeħet fuqu l-libsa” turi d-dispożizzjoni li jaqdi, l-istess bħalma Ġesù “libes il-fardal” tas-servizz (ara Ġw 13,4); “Intefa’ l-baħar” turi d-dispożizzjoni li jiffaċċja r-riskju.
Pietru kellu jagħmel dan kollu waħdu, għaliex kien hu li kellu jirrikonċilja ruħu ma’ Ġesù u mal-proġett tiegħu: Kien hu li ħalef li ma jafx b’Ġesù għax ma kienx kapaċi jaċċettah taħt is-sura tal-Qaddej, u ċaħdu għal tliet darbiet (Ġw 18,17-27).
Kif niżlu l-art, raw li kien hemm xi faħam jaqbad, bil-ħut fuqu u ħobżġ15ħ. Id-dixxipli ntebħu bis-sinjali ta’ mħabba li Ġesù kien ħejja għalihom. Iżda Ġesù talabhom ukoll xi ħaġa mix-xogħol tagħhom. Għax huwa b’dan il-mod, billi jaħdmu flimkien miegħu, li sseħħ il-komunjoni bejn Alla u l-bniedem: “Newlu ’l hawn xi ħutiet minn dawk li għadkom kemm qbadtu.” L-istess kien ġara fil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż (ara Ġw 6,6).
Issa li rrikonċilja ruħu, Pietru wieġeb bil-ġenerożit tipika tiegħu: tela’ waħdu fid-dgħajsa u ġibed l-art ix-xibka mimlija b’mija u tlieta u ħamsin ħuta kbira, u minkejja daqshekk ħut ix-xibka ma tqattgħetx”. Minn fejn ġietu l-enerġija biex seta’ jiġbed ix-xibka waħdu, meta lkoll flimkien “ma felħux itellgħuha daqskemm qabdu ħut”? Sewwa sew għax qabel kien “intefa’ l-baħar” - Did-darba ma beżax jirriskja ħajtu!
Xi jfisser in-numru “mija u tlieta u ħamsin”? Huwa numru simboliku. San Ġirolmu jgħidilna li l-istudjużi Griegi ta’ dak iż-żmien kienu jgħoddu b’kollox 153 razza ta’ ħut fil-baħar. F’dan is-sens, in-numru tal-ħut irid jgħidilna li meta l-Komunità tisma’ u xxandar il-kelma li jgħidilha Ġesù, issir kapaċi tiġbor madwarha l-popli kollha tad-dinja. U minkejja n-numru kbir ix-xibka ma titqattax.
Wara li d-dixxipli ntebħu bil-preżenza ta’ Ġesù u semgħu mill-kelma tiegħu, Ġesù stess jieħu l-inizjattiva u jistedinhom għall-ikel: “Ejjew kulu”. Hawnhekk għandna xebh kbir mal-ġrajja tal-miraklu tat-tkattir tal-ħobż (Ġw 6,1-15)ġ16ħ. Fiż-żewġ ġrajjiet ninsabu f’kuntest ewkaristiku. L-Ewkaristija hija l-ikel li jmantni l-fedelt tagħna u l-ħeġġa fl-impenn li nwettqu l-missjoni li fdalna Ġesù. U l-Ewkaristija hija l-ikla li fiha hemm preżenti l-popli kollha, “il-mija u tlieta u ħamsin ħuta kbira”!
Imma ħadd mid-dixxipli ma ssogra jistaqsih, “Int min int?” għax intebħu li kien il-Mulej. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann niltaqgħu ta’ sikwit mal-mistoqsija “Int min int?”ġ17ħ San Ġwann iħalliha dejjem miftuħa; iżda hawn, fl-aħħar tal-Evanġelju, jgħidilna li, issa li d-dixxipli għamlu l-esperjenza ta’ Kristu Rxoxt, il-mistoqsija m’għandhomx aktar bżonnha: “Hu l-Mulej!”
4. “Inti tħobbni aktar minn dawn?”
Kif se twieġeb il-Komunità għal daqstant imħabba ta’ Ġesù? F’din l-aħħar xena tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, San Pietru jsir iċ-ċentru tal-attenzjoni ta’ Ġesù. L-ewwelnett Ġesù jagħtih il-kundizzjonijiet biex ikun jista’ jagħmel l-istess għażliet li għamel hu, imbagħad jagħmillu s-sejħa biex jimxi warajh.
Il-kundizzjoni fundamentali, l-imħabba: “Tħobbni int aktar minn dawn? Tħobbni int? Tħobbni?” Hemm rabta qawwija bejn dawn it-tliet mistoqsijiet u t-tliet darbiet taċ-ċaħda ta’ Pietru waqt il-passjoni (Ġw 18,17-27). Fir-rakkont tal-passjoni, Ġwanni ma jsemmix il-biki ta’ Pietru, kif kien għamel San Luqa. Minn Pietru Ġesù jitlob biss imħabba mhux biki, imma mħabba konkreta u bla kundizzjoni. Għalhekk, mat-tliet tweġibiet tiegħu, Ġesù jorbot il-missjoni: “Irgħa”. Fil-konkret, l-imħabba ta’ Pietru kellha tissarraf f’ħidma ma’ Ġesù, ir-Ragħaj u l-Bieb tal-merħla. Id-dixxiplu jidħol mill-bieb li hu Ġesù, biex minn hemm imexxi l-ħrief u n-nagħaġ tal-merħla tiegħu (Ġw 10,10)ġ18ħ.
“Meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tridx!” Il-missjoni tar-Ragħaj se ġġib magħha l-għotja tal-ħajja, l-istess kif ġara fil-każ ta’ Ġesù. Fil-fatt l-espressjoni, “Int tiftaħ idejk”, x’aktarx hija allużjoni għal ġest ta’ dawk ikkundannati għall-mewt tas-salib: kienu li jiġu mġegħlin jiftħu dirgħajhom biex iġorru l-parti ta’ fuq tas-salib; “u ħaddieħor iħażżmek” tirreferi għall-ħabel li kien jintrabat ma’ qadd l-ikkundannati biex iġebbduhom lejn il-post tal-kruċifissjoni. L-allużjoni hi għall-martirju ta’ Pietru minħabba l-fedelt tiegħu lejn Ġesù.
Minkejja li Pietru kien naqas mill-fedelt u ċaħad lil Ġesù, Ġesù baqa’ jurih fiduċja. Din il-fiduċja u l-maħfra ta’ Ġesù għamlet minn Pietru bniedem ġdid, sod, fidil sal-mewt. Ħa ħsieb il-merħla ta’ Ġesù fiż-żmien iebes tal-bidu u ta ħajtu għaliha.
Fl-aħħar Ġesù jagħmillu s-sejħa: “Ejja warajja”. Ġesù huwa “t-Triq” (Ġw 14,6) li jrid jimxi Pietru u miegħu l-Komunità Nisranija. San Ġwann ma jħossx il-ħtieġa li jkompli jgħidilna aktar xi tfisser timxi wara Ġesù. Id-dixxiplu biżżejjed iħares lejn l-għemil ta’ Ġesù, u jimxi fuq il-passi tiegħu.
L-Evanġelju għal ħajjitna llum
1. Mhux biss bħala individwi, imma wkoll bħala Komunità Nisranija, il-Mulej jistaqsina dwar il-ħidma li qegħdin nagħmlu: “Għandkom xi ħuta uliedi?” Mingħajr Ġesù kemm-il darba nitħabtu għalxejn! Lilna wkoll jgħidilna: fittxu band’oħra, fittxu mod ieħor, fittxu b’iżjed kalma, b’iżjed fiduċja, b’iżjed imħabba u għaqda miegħi. Mingħajr fedelt sħiħa lejn Ġesù u l-missjoni li fdalna, nibqgħu għaddejjin minn kriżi għal oħra, u jkollna nammettu li qed naħdmu ħafna u ma nagħmlux frott. Għandna bżonn ta’ sikwit biex niċċaraw il-pożizzjoni tagħna u nagħrfu sew x’suppost aħna u x’suppost qegħdin nagħmlu. Alla jagħtina iżjed minn possibilt waħda. Jagħtina t-tieni, it-tielet, ir-raba’ u oħrajn, bla tarf.
Bosta drabi, anki fil-ħidma pastorali tal-Knisja, nintebħu li qed nitħabtu ħafna, nagħmlu ħafna attivitajiet u xogħol, u ma narawx frott: Nagħmlu lejl sħiħ u ma naqbdu xejn. Dan għandu jkun okkażjoni, biex nistaqsu aħniex mixjin fid-direzzjoni t-tajba, jew aħniex ninħlew f’ħafna attivitajiet li jagħmlu ħoss, imma ma jkunux fil-linja tal-proġett ta’ Ġesù jew fl-Ispirtu tiegħu.
2. X’kien li ta enerġija ġdida lid-dixxipli biex jibdew mill-ġdid? Kienet il-qawwa mirakuluża tal-kelma ta’ Ġesù, jew l-intuwizzjoni tal-imħabba tad-dixxiplu l-maħbub, jew il-ġenerożit tat-tweġiba fil-pront ta’ Pietru? Jista’ jkun li jkollna bżonn tat-tliet azzjonijiet flimkien: il-qawwa tal-Kelma ta’ Alla, kif ukoll l-imħabba ġeneruża u t-tweġiba fil-pront min-naħa tagħna l-bnedmin. Dawn it-tlieta flimkien jwassluna biex niskopru intimit ġdida mal-Mulej “fl-ikla tas-sebħ tal-qawmien”. Ma jkunx biżżejjed għalina li noqogħdu niggustaw il-preżenza tal-Mulej. Iżda l-imħabba timbuttana biex nagħtu lilna nfusna “fil-qjies ta’ bla qjies”ġ19ħ, kif juru t-tliet tweġibiet ta’ Pietru. Hekk negħelbu l-limitazzjonijiet tad-dgħjufija tagħna u nimxu wara l-Mulej kull fejn irid jibgħatna hu.
3. L-awtorit fil-Knisja, skond Ġesù, hija servizz ta’ mħabba u tiġi mill-imħabba. L-ewwel jistaqsi: “Tħobbni?” Imbagħad iżid “Irgħa, aqdi”. Dan għamlu wara li huwa stess tana prova ta’ mħabbtu fil-passjoni u l-mewt tiegħu. Lilna wkoll jgħidilna, “Tħobbni int? Mela ħudli ħsieb “in-nagħaġ tiegħi.” Min huma “n-nagħaġ“ li Ġesù qed jibgħatna “nirgħu” fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Fuq ix-xogħol u l-professjoni tagħna? Fil-Knisja u fis-soċjet?
MISTOQSIJIET
1. X’inhuma l-elementi li jagħtu identit lil kull Komunità ta’ Ġesù? Kif jidhru dawn l-elementi fis-silta tal-lum?
2. Hemm xi Komunità li ma tgħaddi qatt minn mumenti ta’ skuraġġiment? X’jistgħu jkunu l-kawżi ta’ sitwazzjoni bħal din? Kif jistgħu dawn il-mumenti jinbidlu f’mumenti ta’ preżenza ta’ Ġesù?
3. X’timplika għal kull Komunità ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija? X’għaqda hemm bejn l-Ewkaristija u l-missjoni?
Ġesù r-Ragħaj u l-Mudell tal-Komunità
L-Ewwel Qari: Atti 13, 14.43-52: Il-Bxara t-Tajba tixtered mad-dinja kollha.
It-Tieni Qari: Apok 7, 9.14b-17: Ġesù, il-Ħaruf maqtul hu r-Ragħaj tal-poplu l-ġdid ta’ Alla.
L-Evanġelju: Ġw 10, 27-30: Ġesù hu r-Ragħaj li jagħti ħajtu.
Il-bnedmin f’pajjiżhom jimxu bi ħġarhom u b’ħeġġa wara mexxejja kariżmatiċi. Imma meta jonqsu l-mexxejja x’jaqbdu jagħmlu? U meta l-bnedmin isibu ruħhom f’dinja aktar wiesgħa, bla fruntieri, mid-dinja li kienu telgħu fiha? Meta n-nies ma jsibux la liġijiet, la armi, kultant lanqas lingwa, li jagħtuhom wens u sigurt, kif se jaqbdu jimxu?
Din hija s-sitwazzjoni li sabet fiha l-ewwel Komunità tal-Insara. Is-silta mill-Atti tal-Appostli fit-Tieni Qari tal-lum timmarka l-passaġġ tal-Komunità Nisranija mill-kultura Lhudija fejn twieldet, għad-dinja “tal-ġnus” fejn il-Mulej bagħatha xxandar il-Bxara t-Tajba. Is-sitwazzjoni tixbah ħafna l-mument storiku li ninsabu fih aħna wkoll f’pajjiżna llum (ara d-Daħla ta’ dan il-Librett, pp.1-2).
Is-silta qasira tal-Evanġelju tal-lum turina l-mod kif il-Komunità Nisranija tgħallmet tgħix il-Qawmien - billi timxi wara Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb tagħha. Hija l-merħla ċkejkna ta’ Ġesù, f’dinja ostili li topponi lil Ġesù u tippersegwita lil dawk li jmexxu ’l quddiem il-proġett tal-ħelsien li ġabilna bil-mewt u l-qawmien tiegħu.
Għalhekk huwa importanti li naqraw l-Evanġelju fuq l-isfond tal-Ewwel u t-Tieni Qari: l-Atti tal-Appostli jirrakkuntaw il-ħruġ definittiv (l-Eżodu) tal-Komunita’ Nisranija minn Ġerusalemm u mill-ambjent Lhudi, biex ixxandar il-Bxara t-Tajba lll-ġnus; il-Ktieb tal-Apokalissi jirrakkonta t-tmiem tal-vjaġġ, fejn il-Ħaruf maqtul jinsab fuq it-tron, Ragħaj glorjuż tal-Poplu l-Ġdid ta’ Alla.
Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, id-diskors tar-Ragħaj it-Tajjeb insibuh wara l-miraklu tal-agħma mit-twelid. Dan il-miraklu kien qala’ diskussjoni sħiħa fost il-Fariżej, li spiċċaw biex keċċew l-agħma mis-sinagoga. Ġesù sema’ li keċċewhÏ u fetaħ djalogu miegħu: “Temmen inti f’Bin il-Bniedem?” – “Min hu, Mulej?” – “Nemmen, Mulej!” U nxteħet għarkubbtejh quddiemu. Quddiem dan il-ġest Ġesù jistqarr: “Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min jara jagħma” (Ġw 9,1-41).
Il-Qassisin il-Kbar, il-Kittieba u l-Fariżej kienu baqgħu “għomja” sa l-aħħar għad-dawl ta’ Ġesù, u spiċċaw biex lilu wkoll ħarġuh Ïil barra mill-belt biex joqtluh. Huwa f’dan il-kunest li rridu naraw id-diskors tal-lum dwar ir-Ragħaj it-Tajjeb - sitwazzjoni ta’ konflitt bejn Ġesù u l-għedewwa tiegħu. Din m’hijiex is-sitwazzjoni “idillika” u romantika li biha aħna mdorrijin inħarsu lejn Ġesù bħala r-Ragħaj it-Tajjeb tagħna. Ir-rakkont isir fil-Festa li tfakkar il-Konsagrazzjoni tat-Tempju ta’ Ġerusalemm (Ġw 10, 22) - l-aħħar żjara ta’ Ġesù fit-Tempju, l-aħħar okkażjoni biex il-bnedmin jinfetħu għall-ħajja ġdida li jrid jagħtihom hu. Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala r-Ragħaj u l-Bieb, li joħroġ lill-poplu mis-sistema oppressiva tal-Kittieba u tal-Fariżej u jagħtihom ħelsien u ħajja fil-milja tagħha. Ġesù huwa l-veru “ikkonsagrat”ġ20ħ minn Alla u mhux it-Tempju. Hu l-waħdieni kapaċi jeħles lill-imxekklin, bħall-agħma mit-twelid, u jmexxihom Ïil barra lejn il-ħajja l-ġdida. Huwa l-bieb u t-triq waħdanija li tieħu għall-ħajja.
Wara d-diskors tar-Ragħaj it-Tajjeb, San Ġwann jagħtina silta twila bir-reazzjonijiet differenti ta’ dawk li semgħuh (Ġw 10,19-42). Se jkun hemm dejjem dawk li jagħżlu li jimxu wara Ġesù, “in-nagħaġ li jisimgħu leħnu”; u jkun hemm ukoll dawk li jiċħduh u jippersegwitawh, dawk “li m’humiex nagħaġ tiegħu”. Għal dawn u għall-istituzzjonijiet tagħhom waslet ix-xitwa bla tmiem - San Ġwann jikkummenta: “F’Ġerusalemm kienet ħabtet il-Festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa” (Ġw 10,22). X’se tkun it-tweġiba tagħna? Wara r-rifjut ta’ Ġesù mill-poplu tiegħu jibda l-“Eżodu” l-ġdid u definittiv tal-Poplu l-Ġdid ta’ Alla (l-Ewwel u t-Tieni Qari).
Ġesù jiġbor id-diskors kollu (Ġw 10,1-18) fi tliet dikjarazzjonijiet, tliet assigurazzjonijiet li jagħmlulna l-kuraġġ u jimpenjawna biex, minkejja kollox, inkomplu nimxu warajh u nimpenjaw ruħna għat-tixrid tas-Saltna tiegħu fid-dinja:
1. “In-nagħag tiegħi jisimgħu kelmti u jiena nagħrafhom u huma jimxu warajja.”
L-ewwel dikjarazzjoni hija stqarrija ta’ komunjoni, relazzjoni intima bejn Ġesù u dawk li jisimgħu leħnu. Hija relazzjoni reċiproka: In-nagħaġ jisimgħu il-leħen tar-ragħaj, u r-ragħaj jagħrafhom. L-Evanġelju joħloq kuntrast bejn dawk li jisimgħu leħen ir-Ragħaj u dawk li ma jisimgħuhx u ma jagħrfuhx.
Il-kelma “tagħraf” fil-lingwa Lhudija u biblika ma tfissirx biss għarfien intellettwali, iżda relazzjoni sħiħa u intima bejn żewġ persuni. Ġesù jistqarr l-intimit, il-familjarit u l-imħabba li għandu ma’ kull wieħed u waħda fil-Komunità tiegħu. Min-naħa tagħhom, huma jwieġbu għal din l-imħabba bl-għotja totali tagħhom infushom u b’impenn għal dak li jgħidilhom Ġesùġ21ħ: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.”
Ir-rabta bejn Ġesù u kull wieħed u waħda mid-dixxipli m’hijiex xi ħaġa sentimentali, imma trid issir dejjem iżjed konkreta u reali, billi jimxu wara Ġesù u jfasslu ħajjithom fuq l-eżempju tiegħu. Fil-bidu tal-parabbola, Ġesù jgħidilna li r-ragħaj ”isejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom, u joħroġhom barra... huwa jimxi quddiemhom u huma jimxu warajh għax jisimgħu leħnu (Ġw 10,3-4).
2. “Jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem.”
Fit-tieni dikjarazzjoni, Ġesù jidħol garanti għall-ħajja tan-nagħaġ tiegħu u jwiegħed li jagħti saħansitra ħajtu għalihom: “Jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u min idejja ma jaħtafhomli ħadd.”
Lil dawk li jimxu warajh, ir-Ragħaj jagħtihom ħajtu, il-ħajja ta’ dejjem, ħajja bla tmiem. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann il-ħajja ta’ dejjem hija mfissra bħala l-għotja tal-Ispirtu s-Santu. Min nemmen f’Ġesù jitwieled mill-Ispirtu s-Santu u jidħol f’ħajja ġdida li tisboq saħansitra l-mewtġ22ħ.
Min-naħa tagħhom, id-dixxipli ta’ Ġesù ma jaqtgħux qalbhom u ma jibżgħux quddiem l-isfidi tad-dinja, iżda jibqgħu mexjin warajh u jxandru l-kelma tiegħu “mimlijin bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu” (l-Ewwel Qari). Ir-Ragħaj iħarishom mill-ilpup u l-assalti. Hu ma għandu xejn x’jaqsam mar-ragħajja mikrija, li moħħhom biss fl-interessi tagħhom u jdabbru rashom quddiem il-perikli tal-meħla. Ġesù hu r-Ragħaj li jagħti ħajtu.
3. “Jiena u l-Missier aħna ħaġa waħda.”
F’din it-tielet assigurazzjoni, għandna r-rivelazzjoni kbira tal-għaqda intima u sħiħa ta’ Ġesù mal-Missier li hu għandu mal-Missier tiegħu: “Jiena u l-Missier aħna ħaġa waħda.”
Il-Missier u l-Iben jinsabu magħqudin u jaqsmu flimkien is-setgħa u l-qawwa. Ġesù hu t-Tempju l-Ġdid minn fejn il-Missier imexxi lill-umanit l-ġdida lejn Ġerusalemm tas-Sema (ara t-Tieni Qari). Tiċħad ’il Ġesu’ u l-messaġġ tiegħu jimplika li tkun qed tiċħad lil Missier, għax it-tnejn huma ħaġa waħda.
Assigurazzjoni akbar minn din ma teżistix: “Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jaħtafhom minn id il-Misssier.” Il-Missier ta f’idejn Ibnu l-proġett u t-twettiq tiegħu sa l-aħħar. U l-Missier qatt mhu se jieħu lura dak li ta lil Ibnu.
L-Evanġelju għal ħajjitna llum
1. Qegħdin ngħixu f’mument storiku fejn il-bnedmin ta’ żmienna tilfu l-fiduċja tagħhom f’ideoloġiji u f’mexxejja kariżmatiċi tal-imgħoddi. F’pajjiżna nitkellmu ħafna dwar kriżi ta’ valuri - Il-valuri huma l-muturi li jgħinuk tibqa’ timxi anki meta ssib ruħek f’diffikultajiet u f’oppożożżjoni. It-tliet assigurazzjonijiet li jagħtina Ġesù fl-Evanġelju tal-lum jimlewna bil-kuraġġ u l-fiduċja – “ferħ” li ħadd u xejn ma jista’ jeħodhulna.
2. Ġesùma jħarisx lejna bħala massa. Għalih kull wieħed u waħda minna hija importanti. Għal kull wieħed u waħda minna hu jagħti ħajtu. Ninsabu f’idejh, f’idejn sodi, għax huma l-istess idejn tal-Missier. Il-kelma “tagħraf” fl-Iskrittura tfisser l-imħabba li għandu r-Ragħaj għal kull wieħed u waħda minna. Mhix imħabba sempliċiment ta’ sentiment; hija impenn sħiħ u involviment personali u għotja sħiħa tiegħu nnifsu f’dak kollu li jiġri lilna. U dak stess li ngħidu għal kull wieħed u waħda minna, nistgħu ngħiduh ukoll għalina bħala Komunità Nisranija fil-baħar tad-dinja.
3. Din l-imħabba m’għandhiex tħallina indifferenti, passivi. Titlob tweġiba minna, kemm bħala individwi kif ukoll bħala Komunità. Titlob minna l-ewwelnett li “nħarsu kelmtu” fir-radikalit kollha tagħha - hija kelma tal-Maħbub kbir tagħna. Titlob ukoll ħeġġa fl-impenn tagħna għall-proġett li fdalna f’idejna, minkejja d-diffikultajiet u t-tbatija li jġib miegħu. Fl-aħħarnett jitlob minna, kemm bħala individwi u kemm bħala Komunità, li jkollna l-istess atteġġjamenti u l-istess imħabba tar-Ragħaj it-Tajjeb tagħna, fir-relazzjonijiet tagħna ma’ “l-oħrajn” – il-bnedmin u d-dinja ta’ żmienna.
MISTOQSIJIET
1. Illum kulħadd irid isemma’ leħnu, speċjalment fuq il-medja (radju, televiżjoni, gazzetti, eċċ.) dwar il-problemi u diffikultajiet tal-ħajja. Kif nagħrfu l-leħen tar-Ragħaj it-Tajjeb minn dak tal-ilpup?
2. Quddiem il-persekuzzjonijiet, Pawlu u Barnaba impenjaw ruħhom għat-tixrid tal-Kelma ta’ Alla mad-dinja kollha ta’ żmienhom (L-Ewwel Qari). Aħna kemm qed nimpenjaw ruħna biex inxandru l-Bxara t-Tajba lid-dinja ta’ żmienna?
3. L-Ewkaristija turina li Alla hu magħna u aħna n-nagħaġ tiegħu. Iżda hu mhux dejjem joħroġna mit-tiġrib u mill-hemm tal-ħajja, imma jibgħatna naħdmu biex inwettqu l-proġett tas-Saltna. Qegħdin inwettquha din il-missjoni?
L-ideal ta’ kull Nisrani: li jħobb bħalma ħabb Ġesù
L-Ewwel Qari: Atti 14, 21b-27: “Bi tbatijiet kbar jeħtiġilna nidħlu fis-Saltna ta’ Alla.”
It-Tieni Qari: Apok 21, 1-5: Ġerusalemm il-Ġdida nieżla mis-sema mingħand Alla.
L-Evanġelju: Ġw 13, 31-35: Il-glorifikazzjoni ta’ Ġesù, l-mħabba tal-Insara.
L-Evanġelju tal-lum jagħtina l-bidu tal-aħħar diskors ta’ Ġesù lid-dixxipli. Nistgħu nsejħulu t-testment ta’ Ġesù qabel jirritorna għal għand il-Missier. Fih Ġesù jagħti lill-Komunità tiegħu ta’ kull żmien ġabra tal-ħajja kollha tiegħu; u hekk iħallilha fuqhiex timxi u tinbena matul iż-żminijiet.
Il-Liturġija tagħtina silta qasira ħafna, ftit sentenzi biss, minn dan id-diskors. Imma dak li tgħidilna huwa tassew vitali għall-fidi u l-ħajja tagħna ta’ Nsara, dixxipli ta’ Ġesù. Biex nifhmuhom sew tajjeb li ninkwadrawhom fil-kumplament tal-Evanġelju kollu ta’ San Ġwann.
San Ġwann iqiegħed id-diskors wara l-ġest tal-ħasil tar-riġlejn, l-aħħar wieħed fost is-seba’ “sinjali” li fuqhom jibni l-Evanġelju tiegħu. F’dawn is-sinjali, id-dixxipli ta’ Ġesù setgħu jaraw “Il-glorja” tiegħu u jemmnu fih (ara Ġw 2,11). Il-kelma “glorja”, fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, tirreferi għar-“rivelazzjoni”, id-dehra ta’ Alla (“teofanija”) fil-ġmiel u l-kobor tal-imħabba soda u fidila tiegħu.
Fit-Testment il-Qadim kienu jaħsbu li Alla juri “l-glorja” tiegħu fl-għeġubijiet tan-natura (nar, beraq, ragħad, tempesti). Dawn il-fenomeni kienu jqanqlu taħlita ta’ emozzjonijiet, biża’, kurżit, misteru... distanza enormi bejn Il-bniedem u d-divin. Iżda għal San Ġwann, Ġesù juri l-glorja ta’ Alla bil-fatt stess li hu wieħed minna, tant uman li ma jistax ma jkunx divin!
Il-glorja ta’ Alla hu l-Bniedem-Ġesù. F’Ġesù Alla jagħmel mill-uman l-ikbar xbieha tiegħu. Fil-Prologu tal-Evanġelju, San Ġwann jgħidilna: ”Il-Verb sar bniedem u għammar fostna u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni mimli bil-grazzja u l-verit” (Ġw 1,14).
Fil-ħasil tar-riġlejn id-dixxipli setgħu jaraw sinjal minn qabel tal-għotja tal-ħajja ta’ l-Iben ta’ Alla li jsir Qaddej tal-bnedmin. Dan kien il-proġett u li mela l-ħajja kollha ta’ Ġesù; wara l-qawmien tiegħu, il-ġest tal-ħasil tar-riġlejn jiġbor fih il-liġi fundamentali tal-Komunità Nisranija: “Intom issejħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘l-Mulej’, u hekk jien. Mela, jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom riġlejkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin” (Ġw 13,14). Għal seba’ darbiet f’dan l-episodju nsibu l-kelma “Mulej”. Hekk Ġesù ried jurina “il-Mulej u Alla tagħna” min hu u kif jaġixxi – fi kliem ieħor ried jurina, b’mod li tassew li jissorprendina, “il-glorja” tiegħu.
Kienet sewwa sew din “ir-rivelazzjoni” tal-imħabba ta’ Alla li welldet u sawret il-Komunità tat-Testment il-Ġdid, biex bix-xiehda tagħha tagħmel l-istess esperjenza ta’ Ġesù u tiftaħ it-triq biex il-bnedmin kollha jkunu jistgħu jgħaddu minnha.
1. “Issa huwa msebbaħ Bin il-Bniedem, u fih huwa msebbaħ Alla.”ġ23ħ
“Issa” tirreferi għas-siegħa ta’ Ġesù, li tasal fil-quċċata tagħha fil-misteru tal-Għid. Ġesù kien ilu jitkellem dwar “is-siegħa” sa mit-tieġ ta’ Kana: “Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx” (Ġw 2,4). Din kellha tkun is-siegħa meta “Bin il-bniedem għandu jkun igglorifikat”, u fih jiġi “igglorifikat” il-Missier.
San Ġwann jgħidilna li, wara l-ħasil tar-riġlejn, Ġesu’ ħass ruħu mħawwad u ħabbar it-tradiment ta’ Ġuda. Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ ’il barra. Kien bil-lejl (Ġw 13,30). Kien wasal il-ħin għall-passjoni. Huwa f’din “is-siegħa” li Ġesù jwassal għat-twettiq sħiħ tagħha r-rieda tal-Missier.
Ġesù se jidher quddiem id-dixxipli tiegħu bħala l-Iben li jobdi u hekk jikxef beraħ il-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni tad-dinja. Huwa f’dan “s-sinjal” li d-dixxipli se “jaraw il-glorja” tiegħu, ir-rivelazzjoni tal-imħabba u l-fedelt tal-Missier u tal-Iben, l-għaqda intima bejn Dak li “jsebbaħ” u Dak li qed jiġi “msebbaħ”.
Għax fil-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù se tidher l-imħabba tal-Missier bl-għotja tal-Iben tiegħu; u fl-istess ħin tidher il-fedelt tal-Iben fl-ubbidjenza inkondizzjonata tiegħu għall-proġett tal-Missier sal-mewt tas-salib: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3,16).
2. “Alla wkoll għad isebbħu fih innifsu, u dalwaqt isebbħu.”
Ġesù hu l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla fis-sura ta’ bniedem. Mill-mument tat-twelid sal-mewt u l-qawmien tiegħu, fih dehret il-glorja ta’ Alla fil-milja kollha tagħha - “mimli bil-grazzja (imħabba) u l-verit”. Fih biss dehret il-milja u l-fedeltġ24ħ tal-imħabba gratuwita (“il-grazzja”) ta’ Alla, u fih biss il-bnedmin isibu t-Triq għal għand il-Missier.
“Issa” l-glorja li dehret f’Ġesù se tgħaddi f’idejn il-Missier. U bħalma huwa “sebbaħ” lill-Missier bl-għotja sħiħa ta’ ħajtu, hekk il-Missier se “jsebbaħ” lil Ibnu billi jqajmu mil-imwiet u jagħmlu għajn ta’ ħajja għal dawk kollha li jemmnu fih. Qabel il-passjoni hekk kien talab lill-Misier: “Il-glorja li tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda, jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għal kollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili” (Ġw 17,22).
Wara l-qawmien ta’ Ġesù, il-Komunità jibqgħalha biss triq waħda biex tibqa magħquda miegħu: li tgħix l-imħabba fil-qjies li jħobb hu. Din se tkun li tagħti identit, missjoni u kredibbilt lil min irid jibqa’ magħqud ma’ Ġesù.
3. “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.”
Ġesù jsejjaħ lill-Komunità bl-isem ħelu ta’ “Uliedi” u jagħtihom Il-Kmandament il-Ġdid.” Dan huwa l-wirt li Ġesù ħalla lil uliedu fil-Komunità: “Li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll intom ħobbu lil xulxin”.
Dan huwa “kmandament ġdid”, għax jgħaddi saħansitra l-Liġi li Alla kien ta lil MoseÏ: “Alla ta l-liġi permezz ta’ MoseÏ, imma l-grazzja u l-verit seħħu permezz ta’ Ġesù Kristu.” (Ġw 1,17-18). Il-Liġi ma kellhiex il-ħila turi għal kollox il-wiċċ ta’ Alla u r-rieda tiegħu. Ġesù tana l-eżempju u wriena fil-prattika xi tfisser tħobb “kif ħabbejtkom jien”.
L-imħabba tal-Komunità ta’ Ġesù hija mħabba attiva, trid tidher bl-għemil, billi taqdi u tagħti lilha nfisha fil-konkret tal-ħajja u fis-sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja.
Hija wkoll imħabba gratwita, bla interess egoistiku, ma tistenniex ħlas u ma tagħżilx lil min tħobb jew min ma tħobbx. Xi ħadd seta’ jistenna li Ġesù kien se jgħid : “Ħobbuni bħalma ħabbejtkom”. Imma le. Hu ma jitlob l-ebda ħlas għalih. Jitlob li d-dixxipli jħobbu l-xulxin.
Fuq kollox, hija mħabba infinita, bla limiti ta’ qjies jew ta’ żmien, kif hi l-imħabba ta’ Alla, murija lilna minn Ibnu Ġesù. Ma tiddependix mit-tweġiba ta’ dak li jkun maħbub – Alla jagħti l-imħabba tiegħu lil dawk lill-grati u lill-ingrati. Hija din l-imħabba biss li tista’ tfarrak ċ-ċirku tal-egoiżmu li jaħkem fid-dinja.
“Minn dan jagħrfukom li intom dixxipli tiegħi.” Huwa b’dan il-mod li d-dixxipli juru li tassew iħobbu lil Ġesù. Kif se nkunu kapaċi nagħmlu dak li qed jgħidilna? Għalkemm l-imħabba tagħna trid tidher fil-prattika, mhix xi ħaġa li ġejja minn barra, imma minn ġewwa. Fi kliem ieħor, mhuwiex liġi li wieħed irid jagħmilha, imma mod kif in-Nisrani jkun dak li hu.
L-Evanġelju għal ħajjitna llum
1. Hemm rabta bejn l-Għid u “l-ġdid”. Fil-qawmien ta’ Ġesù kollox sar ġdid: “smewwiet ġodda u art ġdida”, “Ġerusalemm il-ġdida”, “Alla li jagħmel kollox ġdid”, “il-Kmandament il-ġdid”. Taħt dan l-aspett, “ġdid” ma jfissirx il-maqlub ta’ “antik” jew “qadim”; imma hija l-maqlub ta’ “antikwat”, dak li mal-mogħdija taż-żmien jitgħarraq u jitlef is-siwi tiegħu.
Fil-qawmien tal-Mulej bdiet era ġdida għall-umanit, mod ġdid kif il-bnedmin iħarsu lejn xulxin u jħobbu lil xulxin, spazju ġdid fejn l-ispirtu tal-bniedem jista’ jimrah u jilħaq l-infinit, l-imħabba “ġdida” fil-qjies ta’ Alla, “il-milja tal-grazzja u tal-fedelt”
Fl-imħabba li wera Ġesù dehret fid-dija kollha tagħha l-imħabba tal-Missier. Ġesù seta’ jgħidilna “Jien hu l-Missier aħna ħaġa waħda”. Meta aħna nħobbu kif ħabb Ġesù, l-imħabba tagħna tingħaqad mal-imħabba infinita ta’ Alla u tagħmilna “ħaġa waħda” miegħu. Sabiħa l-ħajja meta inħobbu “sa l-aħħar” kif ħabb Ġesù.
Hemm diversi modi kif wieħed jista’ jħobb; fanatiku reliġjuż ukoll jista’ jgħid li jħobb lil Alla u lil proxxmu tiegħu. Iżda m’hemm xejn “ġdid” f’imħabba bħal din. Il-Kmandament ta’ Ġesù huwa ġdid fis-sens li Ġesù jqis magħmul lilu personalment dak li nagħmlu mal-inqas fost ħutna; fis-sens ukoll jasal sa l-għedewwa; imma l-aktar, fis-sens li bih l-imħabba tal-bniedem tingħaqad mal-imħabba li għandu Alla għall-bniedem.
3. Il-qaddisin u l-mistiċi kbar ifakkruna li tħobb lil Alla ma jfissirx li “tħoss” l-imħabba ta’ Alla. L-imħabba vera ma tiddepebnix mill-ħass, mis-sentiment, mid-“devozzjoni”. Tħobb lil Alla kif għallimna Ġesù jfisser li tagħżel li tagħmel dak li Alla bagħtek biex tagħmel f’kull mument u ċirkustanza tal-ħajja. U dak li Alla jrid minnha, hu li naqdu u nagħtu ħajjitna għal xulxin kif għamel Ġesù.
Tħobb lil Alla bħalma ħabbu Ġesù ifisser li timpenja ruħek biex teħles lill-proxxmu tiegħek minn dak kollu li jagħmlu inqas bniedem, tgħinu jiżviluppa d-doni li tah Alla; u tagħtih il-kapaċita’ li jkun dak li Alla jridu jkun, billi jgħaddi mill-mewt għall-milja tal-ħajja.
Mhix ħaġa ħafifa tħobb lil għajrek b’dan il-mod għal żmien twil, bla interessi, mingħajr l-eżempju u l-grazzja ta’ dak li rebaħ il-mewt. B’ħilitna biss ma jirnexxilniex. Madre Tereża kienet tgħid li kieku makenitx ir-rabta tagħha ma’ l-Ewkaristija, fl-adorazzjoni u fit-tqarbin, ma kienx ikolha l-qawwa tagħmel dak li għamlet mal-fqar.
MISTOQSIJIET
1. Xi tfisser “issebbaħ lil Ġesù? Nistgħu “nagħtu glorja” lil Ġesù jekk ma nħobbux bħalma ħabb Ġesù?
2. Kif ħabb Ġesù? X’inhi din l-imħabba li biha għandna nħobbu lil xulxin? Sempliċi sentiment, jew ħidma u mpenn?
3. Kif l-imħabba tibni l-Knisja? U kif tibni soċjet ġdida?
L-Ispirtu s-Santu, il-Ħajja ta’ Ġesù Fina
L-Ewwel Qari: Atti 15,1-2.22-29: L-Ispirtu jgħin lill-Knisja fil-missjoni tagħha.
It-Tieni Qari: Apok 21,10-14.22-23: “Fl-Ispirtu S-Santu” nsiru midħla ta’ umanit ġdida.
L-Evanġelju: Ġw 14,23-29: L-Ispirtu s-Santu jagħmel lil Ġesù preżenti u viżibbli fid-dinja.
Fis-silta tal-Evanġelju tal-lum, se nkomplu d-diskors tal-aħħar ta’ Ġesù qabel it-tluq tiegħu. Wara l-mewt ta’ Ġesù u r-ritorn tiegħu għal għand il-Missier, ’il fejn se tħares il-Komunità tiegħu biex issib it-tmexxija u l-enerġija biex tkompli l-missjoni tiegħu? Kif se tkun kapaċi tħares il-wirt li ħallielha u ġġibu ’l quddiem? Kif se tkun kapaċi twettaq i-Kmandament il-Ġdid tal-imħabba, “biex hekk id-dinja temmen”?
Id-dixxipli ta’ Ġesù se jkollhom jiskopru mod ġdid kif jiltaqgħu miegħu, mod ġdid ta’ preżenza ta’ Ġesù, ħafna aktar intimu u aktar qawwi minn meta kienu jarawh quddiem għajnejhom: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu u ngħammru għandu.”
1. “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu.”
Ġuda, (mhux l-Iskarjota) kien staqsa lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” (Ġw 14,22). Ġesù kien għadu kif wiegħed lid-dixxipli li se jeħodhom “id-dar” ta’ Missieru, “biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll” (Ġw 14,3). Ġuda seta’ ħaseb li Ġesù se jlaqqa’ lid-dixxipli tiegħu f’xi post sigriet biex jurihom il-pjanijiet tiegħu. L-istess bħall-bqija ta’ sħabu u n-nies ta’ żmienu, Ġuda kien jistenna messija gwerrier u rebbieħ, li jġib bidla sħiħa fis-soċjet ta’ żmienu.
It-tweġiba ta’ Ġesù għall-ewwel tidher li m’għandhiex x’taqsam mal-mistoqsija ta’ Ġuda: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu u ngħammru għandu.” Ġesù ġie biex ibiddel is-soċjet, imma mhux kif kien jaħsibha Ġuda. Kif rajna l-Ħadd li għadda, Ġesù ġie biex isalva d-dinja mhux bil-vjolenza, iżda bl-imħabba sħiħa u l-fedelt tiegħu sa l-aħħar lejn il-Missier, bl-għotja ta’ ħajtu. U f’din l-għotja Ġesù jrid isieħeb lid-dixxipli tiegħu, li “jħarsu Kelmtu”. “Tħares il-Kelma” jfisser tixtarrha u timmeditaha, tħalliha taħdem ġo fik u tagħmel l-għeruq f’ħajtek, tibdlek u tqegħedha fil-prattika.
Ġesù ried isalva d-dinja bis-saħħa tal-Bxara t-Tajba ta’ l-imħabba gratuwita, attiva u infinita ta’ Alla, kif qalilna l-Ħadd li għadda. Tħobb lil Ġesù jfisser li tilqa’ din il-Bxara t-Tajba, “tħares kelmtu”, u tagħmel tiegħek il-proġett ta’ ħajtu. Min jagħmel dan isir huwa wkoll “iben fl-Iben ta’ Alla”, u jagħti xiehda tal-imħabba tiegħu fid-dinja.
2. U aħna niġu għanduu ngħammru għandu.”
Fit-Testment il-Qadim, fit-triq tal-poplu ta’ Alla fid-deżert lejn l-Art Imwiegħda, Alla kien jitkellem mal-poplu fit-“Tinda tal-Laqgħa”, il-post fejn jgħammar Alla fost il-poplu tiegħu. Issa, fiż-żmienna kull Nisrani se jkun id-dar fejn jgħammar Alla, “it-Tinda tal-Laqgħa” tal-Missier u tal-Iben – kemm-il darba jħares il-kelma ta’ Ġesù u jagħmel tiegħu l-proġett ta’ ħajtu.
Ftit versi ’l quddiem, Ġesù jgħid lid-dixxipli: “Emmnuni, jien fil-Missier u l-Missier fija... F’dak il-jum intom tagħrfu li jiena f’Missieri, u intom fija u jiena fikom” (Ġw 14, 11.20). Mhux se nibqgħu inħarsu lejn Alla bħala xi ħadd Ïil bogħod. Mhux se nħossuh aktar bħala xi ħadd quddiemna. Se nidħlu fil-familja tiegħu, fil-ħajja intima tiegħu, fl-għaqda ta’ mħabba tal-Missier u tal-Iben. U minn din “l-għamara” Alla se juri l-preżenza tiegħu lid-dinja u jkellem lill-bnedmin ta’ żmienna.
Ftit qabel, Ġesù qal lid-dixxipli: “Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet, li ma kienx hekk kont ngħidilkom” (Ġw 14,1). Fid-dar fejn jgħammar Alla hemm post għal kulħadd. Għalhekk, l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin, il-ħajja intima tagħna ma’ Alla, mhix il-post li tagħlaqna fina nfusna, imma li tiftaħna lejn xulxin, tgħaqqadna flimkien fl-imħabba tal-Missier u tal-Iben, u tagħmilna xhieda tal-imħabba tiegħu fid-dinja (ara l-Ewwel Qari).
Ix-xiehda li rridu nagħtu lid-dinja trid tkun xiehda ta’ Komunità, komunjoni. B’hekk biss, is-sebħ ta’ Alla”, li deher f’Ibnu l-Waħdieni, jiddi f’għemilna, biex “id-dinja temmen” (ara t-Tieni Qari)
3. “L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.”
Kif wieħed jista’ jafda proġett bħal dan f’idejn nies imbeżżgħa u mħawda kif kienu d-dixxipli ta’ Ġesù u kif aħna aħna? Kif se nkunu dixxipli ta’ Ġesù f’dinja li ma tilqax l-Evanġelju tiegħu? Ġuda, (mhux l-Iskarjota) kien staqsa lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” (Ġw 14,22).
Huwa permezz tal-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu tal-Missier u ta’ l-Iben, li l-Kelma ta’ Alla saret bniedem f’Marija; u huwa permezz tal-Ispirtu s-Santu li l-Kelma ta’ Alla “tinkarna” fina u fil-Komunità Nisranija, u tibqa’ tissarraf f’ħajja nisranija fil-prattika f’kull ċirkustanza u f’kull żmien. Għalhekk Ġesù jsejjaħlu “Paraklitu”, xi ħadd li jersaq ħdejk biex jagħtik parir, isaħħek u jiddefendik. Fl-Istqariija tal-Fidi (il-Kredu) aħna nsejħulu “Il-Mulej li jagħti l-ħajja”, dak li jnissel il-ħajja u l-imħabba ta’ Alla fi qlubnaġ25ħ. Mingħajr l-Ispirtu ta’ Alla ħadd ma jista’ jwettaq il-proġett li kellu Alla sa mill-ħolqien tad-dinja.
“Jekk ħabbejtuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni.” Sakemm Ġesù kien magħhom, Ġesù kien “barra minnhom”: huma setgħu iserrħu fuq il-preżenza tiegħu. Issa li Ġesù “sejjer għand il-Missier” , lil Ġesù se jsibuh “ġo fihom”, dak li kien hu se jkunu huma, dak li għamel hu se jagħmluh huma - bl-Ispirtu s-Santu msawwab ġo fihom.
“Għax il-Missier huwa akbar mnni. U għedtilkom dan biex meta jseħħ, temmnu,” Ġesù wettaq dejjem ir-rieda tal-Missier u hekk sar iix-xbieha ta’ Missieru – il-glorja ta’ Missieru iddiet fil-ħajja kollha tiegħu, mit-twelid sal-mewt u l-qawmien. Issa bl-Ispirtu s-Santu, il-glorja tal-Missier u tal-Iben se tiddi fil-ħajja tal-Insara u tal-Komunità Nisranija. L-ubbidjenza lejn il-Kelma ta’ Alla se ssaħħaħ u tkabbar il-fidi tagħhom u tagħmilhom kapaċi jħobbu, hekk li jsiru huma stess il-preżenza ħajja ta’ Kristu f’kull żmien.ġ26ħ
L-Evanġelju għal ħajjitna llum
1. Kultant nitkellmu fuq “il-ħajja spiritwali” bħallikieku kienet xi ħaġa intima, bejna u bejn Alla, maqtugħa mid-dinja u mill-attivitajiet tad-dinja. Il-kliem ta’ Ġesù jurina li “l-ħajja fl-Ispirtu” tagħmilna Knisja, xhieda tal-preżenza u tal-imħabba ta’ Alla fid-dinja.
Permezz tal-Insara u fihom, dak li Ġesù kien jagħmel bil-“ġisem li jmut” f’post u fi żmien wieħed, jrid jibqa’ jagħmlu fost il-ġnus kollha sa l-aħħar tad-dinja. Permezz tagħhom, Ġesù irid jibqa’ jgħix fil-pajjiżi kollha, fl-ambjenti kollha, u fiż-żminijiet kollha, jitkellem u jgħallem, jaħdem, ifejjaq, ibati, jirxoxta, iġib il-ġustizzja, il-ħelsien u s-sliem tiegħu, fost il-bnedmin ta’ kull post.
2. Fid-dawl tas-silta tal-lum, Il-ħajja spiritwali għandu jkollha tliet elementi importanti:
- Inħallu l-Kelma ta’ Alla tagħmel l-għeruq fi qlubna permez tas-smigħ attent u meditazzjoni regulari tal-Kelma ta’ Alla; - inqegħduha fil-prattika, billi ninfetħu dejjem iżjed lejn il-ħtiġijiet ta’ ħutna fil-Knisja u fis-soċjet; - inħabirku bla heda biex nagħmlu dak li għamel Ġesù - dak li l-Missier “ikkonsagrah” biex jagħmel - u hu baqa’ jagħmlu anki meta d-dinja daret kontrieh, anki meta kollox kien jidher għal xejn.
3. Bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu fit-tnissil ta’ Ġesù mill-verġni Marija, il-Kelma ta’ Alla ħadet il-Ġisem u saret Bniedem, li jgħix fostna u jagħmilha magħna. Bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu wkoll, il-Kelma ta’ Alla. Ġesù Kristu, jibqa’ jieħu sura dejjem aktar konkreta u ħajja, fil-ħajja flimkien ta’ dawk li jiffurmaw il-Ġisem tiegħu matul iż-żminijiet, sakemm aħna lkoll naslu biex insiru ħaġa waħda – raġel magħmul fl-aħjar ta’ żmienu” (Ef 4,13). Din hija l-Knisja ta’ Ġesù Kristu, u dan hu l-proġett ta’ ħajjitna fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu.
MISTOQSIJIET
1. L-Ispirtu s-Santu hu “l-memorja tal-għemejjel ta’ Ġesù”. Illum, din il-“memorja” kif iddawwal il-mixja tal-Komunità Nisranija, il-Knisja?
2. Kif il-“memorja tal-għemejjel ta’ Ġesù” tista’ tkompli ddawwal il-ħajja personali tan-Nisrani fiż-żminijiet tagħna?
3. X’iżżid “il-memorja dwar Ġesu’” ma’ sempliċi “tifkira” tal-kliem u l-ġrajjiet ta’ Ġesù?
Il-ħajja ta’ Ġesù tkompli fil-ħajja tal-Komunità Nisranija.
L-Ewwel Qari: Atti 1,1-11: Il-Komunità Nisranija, sagrament tal-kliem u l-għemil ta’ Ġesù fid-dinja.
It-Tieni Qari: Efes. 1,17-23: Il-Komunità Nisranija, il-Ġisem ta’ Dak li jimla kollox f’kollox.
L-Evanġelju: Lq 24, 46-53: L-ħajja ta’ Ġesù tkompli fil-ħajja tal-Komunità.
It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej huwa l-milja tal-Għid, il-quċċata tal-mixja tal-Mulej mal-umanit matul l-Istorja tas-Salvazzjoni. B’dan ir-rakkont, San Luqa jagħlaq il-ktieb tal-Evanġelju u jiftaħ t-tieni ktieb tiegħu, l-Atti tal-Appostli. San Luqa jagħtina żewġ verzjonijiet tal-istess ġrajja; iż-żewġ verżjonijiet jintrabtu flimkien f’armonija perfetta. Flimkien mal-kumment fit-Tieni Qari, jagħtuna katekeżi sħiħa f’għeluq iż-Żmien tal-Għid tal-Mulej.
Hemm differenza importanti fil-mod kif San Luqa jirrakkonta l-ġrajja fiż-żewġ kitbiet. Fl-Evanġelju, it-Tlugħ fis-Sema ta’ Ġesù jagħlaq il-jum tal-qawmien; fl-Atti tal-Appostli, il-ġrajja sseħħ “erbgħin jum” wara. San Luqa jgħidilna li għal erbgħin jum wara l-passjoni, Ġesù Rxoxt deher kemm-il darba lid-dixxipli u kellimhom fuq il-proġett tas-Saltna.
L-erbgħin jum ifakkruna fl-erbgħin jum fid-deżert u fir-Randan; imma hawn m’humiex erbgħin jum fid-deżert, fis-sawm, imma huma jiem mimlija bil-preżenza ġdida ta’ Ġesù Rxoxt f’nofs il-poplu tiegħu. L-erbgħin jum huma passaġġ, biex juruna li għadda ż-żmien ta’ Ġesù”storiku”, u beda ż-żmien ta’ Ġesù fil-Knisja permezz tal-Ispirtu tiegħu.
Fit-Tieni Qari, il-Kantiku tal-ewwel Insara fl-Ittra lill-Efesin ikompli jgħidilna li din il-preżenza se takkumpanja l-istorja tal-bniedem “mhux biss għaż-żmien ta’ issa imma għalli ġej”. Ġesù “ġie meħud minn quddiem għajnejn” il-bnedmin, imma se jibqa’ preżenti u jaħdem fosthom permezz tal-Knisja, “il-Ġisem tiegħu, il-milja ta’ dak li jimla kollox f’kollox”. Hekk il-Knisja se tkun “is-sagrament”, sinjal u strument, li jsemma’ l-kliem u jwettaq l-għemil ta’ Ġesù sa l-aħħar taż-żmien.
Fl-Evanġelju Ġesù, is-Saċerdot il-Kbir u l-Waħdieni tat-Testment il-Ġdid, jieħu lid-dixxipli f’Betanja, u “huwa u jberikhom” ittieħed fis-sema; id-dixxipli, min-naħa tagħhom, “inxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin bil-ferħ, reġgħu lura lejn Ġerusalemm u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku ’l Alla”.
1. Fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura
Ir-rakkont tal-Evanġelju jfakkar l-ambjent ewkaristiku tal-Komunità f’Ġerusalemm wara r-ritorn tad-dixxipli ta’ Għemmaws (Lq 24,36-45): Ġesù wieqaf f’nofs il-ġemgħa ferħana tad-dixxipli, jurihom is-sinjali tal-pjagi f’idejh u riġlejh, u wara li jiekol magħhom, jagħtihom l-aħħar katekeżi ta’ jum il-qawmien: “Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet: ‘Jeħtieġ li jseħħ kull ma nkiteb fuqi, fil-liġi ta’ MoseÏ, fil-Profeti u fis-Salmi.’ Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura.
Fil-ġrajja tat-Trasfigurazzjoniġ27ħ, San Luqa jgħidilna li MoseÏ u Elija dehru jitkellmu ma Ġesù dwar “l-eżodu” tiegħu, “li kellu jseħħ f’Ġerusalemm”. Ftit wara, San Luqa jgħidilna li “meta qorob għalih iż-żmien li kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm” (Lq 9,51). F’Ġerusalemm jilħaq il-milja tiegħu l-misteru tas-salvazzjoni tagħna: Ġesù ta ħajtu f’imħabba lejn il-Missier u lejn ħutu l-bnedmin; il-Missier qajmu mill-mewt; u minn dak il-ħin Ġesù daħal definitivament “fl-għamara ta’ Alla” u bdiet il-preżenza ġdida tiegħu fid-dinja.
It-Tlugħ fis-Sema, għalhekk huwa l-quċċata tal-mixja ħelliesa ta’ Ġesù Bin Alla, il-milja tal-Għid tiegħu. L-Insara, minn naħa tagħhom għandhom f’din il-ġrajja sinjal ta’ tama, kapaċi jwiżinhom fil-missjoni diffiċli li jkunu xhieda tiegħu fid-dinja.
2. “L-indiema tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha.”
Mill-qari mill-ġdid tal-Iskrittura fid-dawl tal-passjoni, il-mewt, il-qawmien u t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù, twieldet il-missjoni tal-Komunità Nisranija. Id-dixxipli fehmu li Ġesù, l-Iben maħtur mill-Missier, ta ħajtu biex kulħadd jista’ jibda jgħix tassew. F’dan hemm il-qofol tal-Iskrittura kollha. Hu għalhekk li d-dixxipli ħassewhom personalment impenjati li jagħtu xiehda ta’ dan: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm, intom xhud ta’ dan.”
Kif jixhdu l-Atti tal-Appostli, fuq dawn il-ġrajjiet kienet tinbena l-predikazzjoni kollha (il-Kerigma) tal-ewwel Insara sa mill-inżul tal-Ispirtu s-Santu: Ġesù ġie maqtul minn soċjet inġusta, imma ġie mqajjem mill-mewt bil-ġustizzja ta’ Alla - Ġesù ġabar fih il-proġett kollu ta’ Alla, fih “seħħ kull ma kien inkiteb” fl-Iskrittura kollha (ara Atti 2,14-16).
Il-missjoni tal-Knisja f’kull żmien hi li twassal din il-Bxara lill-ġnus kollha: li b’għemil jixbah lil dak ta’ Ġesù, tkompli l-istorja ta’ ħelsien u ħajja mibdija minn Ġesù u ssejjaħ lill-bnedmin kollha biex “jikkonvertu” - iduru mill-għemil inġust tagħhom għall-ġustizzja ta’ Alla kif dehret f’Ibnu Ġesù.
Kif se jirnexxilhom id-dixxipli ta’ Ġesù jwettqu l-missjoni tagħhom f’dinja ostili, li qatlet lil Ġesù u li tagħmel l-istess ma’ dawk li jkunu miegħu?
3. “Nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri.”
Id-dixxipli kien għadhom kif staqsew lil Ġesù, “Hu dan iż-żmien li fih int se terġa’ twaqqaf is-Saltna ta’ Israel?” Ġesù weġibhom b’dikjarazzjoni sollenni: “M’hijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu. Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art” (Atti1,6-7).
Bil-“Qawwa tal-Għoli” Ġesù nkarna fil-ġuf ta’ Marija (ara p.?? Hawn fuq). Issa b’din l-istess qawwa Ġesù jinkarna f’dawk li jimxu warajh. Huma se jkunu “s-sagrament” tiegħu fid-dinja sal-aħħar taż-żmien. L-Ispirtu huwa l-qawwa ta’ Alla preżenti fil-mixja tal-Komunità, biex fid-dawl tal-mewt u l-qawmien tiegħu tifhem “is-sinjali taż-żminijiet”. Fid-dawl tal-Ispirtu s-Santu, l-Insara jkunu kapaċi jikxfu l-maskri u jżarmaw l-istrutturi li jġibu l-mewt, biex jibnu storja ġdida li bdiet bil-prattika ħelliesa ta’ Ġesù.
Hekk San Luqa jagħlaq l-ktieb tal-Evanġelju tiegħu bl-istess ambjent fejn kien bdieh – fil-belt ta’ Ġerusalemm. Fil-bidu, San Luqa kien l-ippreżentalna lis-saċerdot Żakkarija jiċċelebra fit-tempju ta’ Ġerusalemm (Lq 1,5-12): Kien wasal iż-żmien li Iżrael bil-mod il-mod iċedi postu għal Ġesù u għaż-żmien tal-Ispirtu. Wara l-qawmien ta’ Ġesù, l-Ispirtu, se jkun “il-qawwa mis-sema” li tmexxi lill-Poplu Ġdid ta’ Alla biex ikompli jwettaq il-ħidma ħelliesa ta’ Ġesù sa l-aħħar taż-żmien.
Fl-Atti, San Luqa jgħidilna li “wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom; fl-Evanġelju jgħidilna li “huwa u jberikom, infired minnhom u kien meħud fis-sema”.
Ir-rakkont tal-Evanġelju jfakkar xena mill-Ktieb tal-Levitiku: “Imbagħad Aaron għolla idejh fuq il-poplu u berikhom; u wara li temm joffri s-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-ħruq u s-sagrifiċċju tas-sliem, daħal fit-tinda tal-laqgħa u ħareġ u bierek lill-poplu kollu... U l-poplu rah u nfexx jgħajat bil-ferħ, u nxteħet wiċċu fl-art” (Lev 9,22-24).
Ġesù huwa s-Saċerdot il-Kbir li wara li xerred demmu, daħal fis-santwarju tas-sema. Ġesù, jagħmel parti definitivament parti mill-ħajja ta’ Alla. Ġesù, is-Saċerdot il-Kbir u Waħdieni tat-Testment il-Ġdid li jbierek u jagħti l-ħajja. Il-barka għal kollox effikaċi, għax il-barka tiegħu hi frott tal-għotja ta’ ħajtu bl-imħabba. Fl-Iskrittura, il-bnedmin “ibierku” lil Alla u “jbierku” lil xulxin kull meta jilmħu l-preżenza ta’ Alla u l-qawwa tiegħu fin-nies jew fil-ġrajjiet.ġ28ħ
Ir-reazzjoni tad-dixxipli, bħal dik tal-poplu tat-Testment il-Qadim, hija waħda ta’ għarfien, ta’ stennijja u ta’ ferħ: Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin fil-ferħ reġgħu lura lejn Ġerusalemm u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla.
Għarfu li “Ġesùu l-Missier huma ħaġa waħda” (ara s-silta tal-Ħadd li għadda). Ġesù wettaq għal kollox il-proġett tal-Missier u għalhekk jixraqlu li wieħed jadurah. Ferħana jerġgħu lura lejn Ġerusalemm jistennew li jirċievu l-Qawwa tal-Għoli. Ġesù ma tteħdilhomx - se jerġa’ jidhrilhom permezz tal-Ispirtu tiegħu, dak li janimahom u jqawwihom “fit-Triq”ġ29ħ.
L-Evanġelju għal ħajjitna llum
1. Il-mewt, il-qawmien u t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù juru li m’hemm l-ebda sitwazzjoni li Alla ma jistax jibdel u jsalva, l-ebda mewt li ma tistax tinbidel f’ħajja, l-ebda dnub li ma jistax jinħafer, l-ebda jasar li ma jistax jinbidel f’ħelsien, l-ebda inġustizzja li ma tistax tinbidel f’ħima għall-ġustizzja u s-sewwa, ebda disperazzjoni li ma tistax tinbidel f’tama. Ma hemm xejn li jista’ jifridna minn Alla. Alla tagħna huwa “Alla magħna”ġ30ħ- dejjem, saħansitra fil-mewt, fil-qabar, fid-dlam tas-solitudni u d-disperazzjoni (ara t-Tieni Qari)ġ31ħ.
Din mhix biss “bxara tajba”, iżda il-Bxara t-Tajba, it-tama li se jkollhom bżonn il-bnedmin kollha fiż-żminijiet kollha tal-istorja. Hija r-responsabbilt tal-Knisja u ta’ dawk kollha li jaħdmu fiha li jwasslu din il-Bxara t-Tajba lis-soċjet tal-bnedmin f’kull żmien.
2. “L-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha.” Li wieħed li jkun żbalja t-triq, iħoss il-bżonn li jirranġa u jbiddel ħajtu tista’ tkun ħaġa naturali. Iżda li fil-fatt jirnexxilu jikseb “il-maħfra tad-dnubiet”, li jqum mill-mewt għall-ħajja, mill-inġustizzja għall-ġustizzja ta’ Alla - dan ma jistax isir jekk mhux biss “f’ismu”, bis-setgħa ta’ Dak li “qam mill-mewt, tela’ fis-smewwiet u qiegħed fil-leminijia tal-Missier”, kif ngħidu fil-Kredu.
Bl-għotja tal-Ispirtu ta’ Ġesù din is-setgħa u l-Bxara t-Tajba tagħha ġiet fdata lill-Komunità Nisranija - u mhux biss għall-waqt is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Din se tkun l-missjoni tagħha “lill-ġnus kollha” sa l-aħħar taż-żmien: “Alla, Missier il-ħniena, bil-mewt u l-qawmien ta’ Ibnu, sawwab fuqna l-Ispirtu tiegħu għall-maħfra tad-dnubiet.”ġ32ħ
3. “X’intom tħarsu lejn is-sema?” Il-Lhud kienu jimmaġinaw li Alla jgħammar lil hinn mis-sħab. Iżda t-Tlugħ fis-Sema ta’ Ġesù m’huwiex vjaġġ ’il hinn mis-sħab, imma komunjoni definittiva u sħiħa ma’ Alla. L-Insara ħarsithom lejn is-sema, imma saqajhom ma’ l-art. Is-Saltna tas-sema trid tibda minn hawn fl-art. Bil-qawwatal-Ispirtu s-Santu li jinsab fihom, Ġesù nnifsu jinsab fihom u fosthom. Il-ħajja u l-ħidma tagħhom iġġedded il-ġrajja tiegħu fid-dinja. Il-ħidma tagħhom issir ħidma tiegħu u l-ħidma tiegħu issir tagħhom, it-talba tagħhom issir it-talba tiegħu. Id-dinja mhix se tara lilu kif kienu jarawh in-nies fi żmienu, imma se tara l-preżenza tiegħu fil-ħajja u l-ħidma tagħna l-Insara.
Hekk”is-Saltna ta’ Alla, liqaqqaf Alla nnifsu fl-art tibqa’ tinfirex sakemm fl-aħħar taż-żminijiet isseħħ għal kollox, meta jidher Kristu, il-Ħajja tagħna, u meta l-ħlejjaq huma wkoll għad ikunu meħlusa mill-jasar tat-taħsir u jiksbu l-ħelsien tal-glorja ta’ wlied Alla.”ġ33ħ
MISTOQSIJIET
1. L-istorja ta’ Ġesù tkompli fix-xiehda tal-Komunità Nisranij. F’soċjet bħal tagħna fiex għandha tikkonsisti x-xiehda nisranija?
2. Xi jfisser tħabbar lill-bnedmin tal-llum “il-konverżjoni għall-maħfra tad-dnubiet”?
3. Il-glorja ta’ Alla hi l-Komunità tal-Insara. Meta jseħħ dan u u b’liema mod?
|