Il-preżenza tan-nisrani fil-knisja quddiem Ġesu' Sagramentat ma tista’ qatt tkun mibdula ma’ sempliċi website.  Madankollu, f’mumenti meta ma jkunx possibli għalina li nkunu preżenti f’xi knisja jew kappella, allura dan s-sit, jista’ jkun ta’ għajnuna biex jgħinna nidħlu fil-preżenza ta’ Alla fl-Ewkaristija u nadurawh.

Dak li jidher f’din il-paġna mhux filmat imma qiegħed ikun trasmess f’ħin reali minn kappella fejn hemm Ġesu' Sagramentat espost kontinwament għall-qima tal-insara.

Infakkru li l-kappella ta’ San Bert qed tkun miftuħa kuljum mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.30 sal-10.00 ta’ filgħodu u mis-6.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija biex toffri spazju għall-kwiet u għall-adorazzjoni ta’ l-Ewkaristija.