|
|
XI TKUN L-UNITA' PASTORALI?
Fuq talba tas-Sinodu
Djoċesan, il-parroċċi f’Malta inġabru
f’sittax-il unità pastorali. Kull unità
tiġbor flimkien għadd
ta’ parroċċi li jkunu fil-qrib. Fi
Frar 2004, fil-Knisja
f'Malta bdiet titwettaq ħidma mill-parroċċi
flimkien miġburin f'dawn l-Unitajiet.
Imma qed
iħallu xi effett?
Fost
il-ħidmiet li diġa' twettqu jew li għad
iridu jitwettqu,
il-Perit
Joe Magro, Delegat ta' Monsinjur Arċisqof
għal-Lajċi,
jsemmi...
-
korsijiet għal-letturi, għall-katekisti,
għall-adulti, għall-ministri
straordinarji tat-tqarbin, u
għall-persuni separati
-
korsijiet dwar il-Bibbja, it-tagħlim
soċjali tal-Knisja, id-djakonija,
is-Sinodu u konferenzi dwar
l-Ewkaristija
-
ċelebrazzjonijiet bħal pellegrinaġġi
ewkaristiċi flimkien bejn il-parroċċi
fl-istess unità
-
ħolqien ta' direttorju b'informazzjoni
reliġjuża għall-parroċċi ta' l-unità
-
kuntatti bejn il-kunsilli pastorali
parrokkjali u l-kummissjonijiet, skambju
dwar il-pjanijiet pastorali
tal-parroċċi, stediniet għal
attivitajiet ta' xulxin, laqgħat bejn
s-saċerdoti u l-kappillani, qsim ta'
informazzjoni dwar attivitajiet varji,
diskussjoni dwar diffikultajiet li
niltaqgħu magħhom fil-parroċċi
-
laqgħat ta' talb bejn il-membri
tal-kunsilli pastorali parrokkjali
flimkien
-
talb,
irtiri,
eżerċizzi
u
ħidmiet pastorali
oħra
flimkien.
-
attivitajiet oħra bħal: laqgħat dwar
l-ambjent, wirjiet minn artisti lokali u
taħditiet dwar l-Ikoni.
Din
il-ħidma permezz ta' Unitajiet Pastorali
hija esperjenza ġdida u għalhekk irridu
nagħtuha ż-żmien biex tiżviluppa. Irridu
wkoll nafdaw fl-Ispirtu Qaddis biex
iwassalna għall-bidliet tal-qalb li neħtieġu
biex nersqu aktar lejn xulxin.
|
|