|
Il-Papa fil-Kamp tal-Konċentrament f’Auschwitz
Għaliex, Mulej, bqajt sieket?
Kif stajt tippermetti dan kollu?

"Huwa kważi impossibli li titkellem f’dan
il-post tat-tkexkix, f’dan il-post fejn seħħew,
kontra Alla u kontra l-bniedem, delitti
tal-massa li bħalhom qatt ma nstama’ – u dan
huwa partikularment diffiċli u ta’ dwejjaq għal
Nisrani, għal Papa mill-Ġemanja."
Hekk beda d-diskors tiegħu l-Papa Benedittu XVI
nhar il-Ħadd, 28 ta’ Mejju 2006 waqt żjara li
għamel fil-Kamp tal-Konċentrament ta’
Auscħwitz-Birkenau. Huwa kompla ...
"F’post bħal dan wieħed ma jsibx kliem; fl-aħħar
jista’ jkun hemm biss silenzju li jbażża’ –
silenzju li fih innifsu huwa karba lil Alla: “Għaliex,
Mulej, bqajt sieket? Kif stajt tippermetti dan
kollu? Fil-ħemda, imbagħad inbaxxu rasna,
quddiem il-lista bla tmiem ta’ dawk li batew u
li inqatlu hawn; b’danakollu il-ħemda tagħna
jinbidel f’talba għall-maħfra u
rikonċiljazzjoni, talba lil Alla ħaj biex qatt
aktar ma jħalli li dan jerġa’ jseħħ.
"Ġwanni Pawlu II ġie hawn bħala bin il-poplu
Pollakk. Jiena ġejt hawn illum bħala iben
il-poplu Ġermaniż. Għal din ir-raġuni nista’ u
għandi ntenni l-kliem li qal hu: “Ma stajtx ma
niġix hawn. Kelli niġi. Huwa dmir quddiem
il-veritŕ u dak li kien mistħoqq lil dawk kollha
li sofrew hawn. Għalija huwa dmir quddiem Alla,
li niġi hawn bħala s-suċċessur ta’ Ġwanni Pawlu
II u bin il-poplu Ġermaniż – iben dak il-poplu
li nħakem minn ċirku ta’ kriminali wara wegħdiet
foloz ta’ futur ta’ kobor u ta’ ksib mill-ġdid
tal-unur tan-nazzjon, prominenza u prosperitŕ,
imma wkoll permezz ta’ terrur u intimidazzjoni,
bir-riżultat li l-poplu tagħna kien użat u
abbużat bħala strument tal-kilba li kellhom
għal-qerda u għall-poter."
Ara d-diskors kollu tal-Papa Benedittu XVI |