|
Merħba
lill-Kappillan u l-Viċi l-Ġodda....
BDEW
IL-ĦIDMA TAGĦHOM FOSTNA

Ħal
Tarxien, 1 Settembru 2006:
Il-Kappillan il-ġdid, Dun Reuben Deguara u l-Viċi Kappillan, Dun Andrew
Borg, illum bdew il-ħidma pastorali tagħhom fil-parroċca tagħna. Matul
l-aħħar erbà snin Dun Reuben, li huwa mill-Mosta, kien kappillan ta’
Ħad-Dingli, filwaqt li Dun Andrew, li huwa mill-parrocċa tal-Kunċizzjoni
fil-Ħamrun, huwa wieħed mill-erbà sacerdoti novelli li kienu ordnati
minn Monsinjur Arċisqof fit-30 ta’ Ġunju li għadda.

Waqt li nagħtuhom merħba, nixtiequ nawgurawlhom li bl-għajnuna ta’ Alla
huma jwettqu ħafna ġid spiritwali fostna u għalhekk nassigurawhom
mit-talb tagħna.
Meta staqsejna
dwar id-data ta’ meta Dun Reuben Deguara se jieħu l-pussess uffiċċjali
bħala Kappillan tal-parroċċa konna nfurmati li din għadha mhix deciża.
Aħna nkunu nistgħu nħabbruha malli tiġi komunikata lilna.
Irċevejna il-Kelma tal-Ħajja
għall-Settembru...
Kunu intom dawk li jagħmlu l-kelma, u mhux
tisimgħuha biss
B’vers mill-Ittra ta’ San Ġakbu (1:22), Chiara Lubich, fundatriċi
tal-Moviment tal-Fokolarini, tħeġġeġ “Kunu
intom dawk li jagħmlu l-kelma, u mhux tisimgħuha biss.
Il-kelma tal-Vanġelu hija kelma li tagħti l-ħajja, u fl-istess ħin hija
kelma li titlobna ngħixuha għax jekk Alla jkellimna, kif nistgħu ma
nilqgħux Kelmtu?"
Il-messaġġ ta’ kull xahar li Chiara Lubich tikteb huwa dejjem mibni fuq
vers mill-Kotba Mqaddsa u juri l-attwalità tal-Iskrittura, anke għalina
li qed ngħixu llum. Għalhekk huwa bi pjaċir kbir tagħna li minn din il-website
qegħdin regolarment inwasslu dan il-messaġġ li huwa ta’ fejda mhux biss
għall-membri tal-Moviment tal-Fokolarini, imma għall kull nisrani li
jixtieq jibni ħajtu fuq il-Kelma ta’ Alla.
Minn Jannar li għadda bdejna narkivjaw dawn il-messaġġi f’pagna apposta
u għalhekk kull min ikun jixtieq jaqrhom jista’ jagħmel dan billi
jikklikkja fuq il-vers “Kelma tal-Ħajja” li hemm fl-indiċi, in-naħa
tax-xellug ta’ din il-paġna. |