Dun Renč mogħti xogħol pastorali ġdid.

NOMINAT KAPPILLAN F'PEMBROKE

Sibt, 3 Ġunju 2006:  Waqt il-quddies tal-lejla, l-Kappillan Dun Renč Vella ħabbar li Monsinjur Arċisqof ħatru għal xogħol pastorali ġdid f'komunitŕ oħra. Minħabba f'hekk, fi ftit żmien ieħor huwa jispiċċa minn kappillan ta’ Ħal Tarxien. 

Komunikat maħruġ illum, mill-Uffiċċju Stampa tal-Kurja tal-Arċisqof jgħid li Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca nnomina lil Dun Rene’ Vella bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Pembroke.

Dun Rene’ Vella twieled San Ġiljan, fis-6 ta’ Diċembru 1957. Huwa ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. Wara l-ordinazzjoni, beda jgħallem fis-Seminarju taż-Żgħar u jagħti servizz bħala Viċi-Parroku fil-Parroċċa tan-Naxxar. Ta wkoll servizz bħala Direttur Djoċesan ta’ l-Abbatini.

F’Novembru 1993, Dun Rene’ Vella ssejjaħ biex jagħti sehem fit-Taqsima Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol tal-Knisja f’Malta, fejn dam tliet snin. Fl-1993 sar ukoll Koordinatur tal-Programmi Reliġjużi fix-Xandir ta’ l-Istat. Huwa dam jagħti dan is-servizz għal 11-il sena.

Fl-istess 11-il sena, Dun Rene’ Vella kien responsabbli taż-żona tas-Sgħajtar, limiti tan-Naxxar. F’Jannar 2005, wara erba’ xhur servizz pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard, ġie nominat Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien u kien mogħti l-mandat nhar il-Ħadd, 3 ta’ April.

Sa issa għadu ma tħabbarx min se jkun il-kappillan il-ġdid tal-parroċca tagħna.

Waqt li nroddu ħajr lil Dun Renč tal-ħidma pastorali tiegħu fostna, nagħtuh l-awguri tagħna għall-missjoni ġdida li l-Arċisqof fdalu f’idejh.

It-Trinita` Qaddisa

(11 Ġunju 2006)

"Morru, mela, għallmu l-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu."

 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd>>> 

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għall-dejjem ta’ dejjem.

Amen.

 

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5