TGĦID DAN IL-VELU VERU TAL-VERONICA?

Nhar il-Ġimgħa,  1 ta’ Settembru, il-Papa Benedittu XVI żar il-knisja tal-patrijiet kappuċċini ġewwa Abruzza, fejn hemm meqjum dak li huwa kunsidrat minn bosta bħala l-Velu tal-Veronika. 

Wara li talab quddiem is-Santissmu Sagrament u quddiem ix-xbieha tal-Wiċċ ta’ Kristu, il-Papa kellem lin-nies preżenti dwar kif dawk li jiltaqgħu ma’ Ġesu u jinġibdu lejh għandhom ikun lesti li jimxu warajh anke sa fuq is-salib.

Ix-xbieha tal-Wiċc ta’ Kristu, meqjuma fil-Knisja ta’ Monoppello qegħda bejn żewġ ħġiġiet u tkejjel 17 x 24 ċentimentru.  Id-drapp tant huwa irqiq li huwa trasparenti, saħansitra li wieħed jista’ faċilment jaqra minn ġo fih.

Ix-xbieha li tidher hija ta’ raġel, b’xahar twil, b’daqna ħafifa, b’ħaddejn differenti minn xulxin, b’waħda minnhom aktar tonda mill-oħra u tidher minfuħa sewwa. L-għajnejn huma b’ħarsa intensa ‘l fuq, u fihom jidher sewwa l-abjad. Il-ħabbiet tal-għajn huma kompletament miftuħa, imma b’mod irregolari. Il-ħarsa tidher misterjuża, imma fl-istess ħin tixgħel bl-imħabba.  Fuq il-moħħ hemm troffa żgħira ta’ xagħar donnu nnukklat.

Studji xjentifiċi li saru, jikkonfermaw li fuq id-drapp ma kienet użata ebda tip ta’żebgħa.  Fuq kollox, ix-xebħ tal-fatizzi tal-wiċċ li hemm fuq din ix-xbieha u dak ta’ fuq il-kefen meqjum f’Turin, huwa tassew impressjonanti.

Aktar tagħrif mill-website: http://www.voltosanto.it

ĠIBULU WIEĦED TRUX U MBIKKEM

IT-TLIETA U GĦOXRIN

ĦADD MATUL IS-SENA

- 10 Settembru 2006 -

Il-Mulej jiftaħ għajnejn ’il-għomja.
Il-Mulej jerfa’ ’l-milwijin,
il-Mulej iħobb ’il-ġusti.
Il-Mulej iħares ’il-barranin.

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>


BDEW JAĦDMU FOSTNA

Il-Kappillan il-ġdid, Dun Reuben Deguara u l-Viċi Kappillan, Dun Andrew Borg, bdew il-ħidma pastorali tagħhom fil-parroċca tagħna.  Matul l-aħħar erbà snin Dun Reuben, li huwa mill-Mosta, kien kappillan ta’ Ħad-Dingli, filwaqt li Dun Andrew, li huwa mill-parrocċa tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, huwa wieħed mill-erbà sacerdoti novelli li kienu ordnati minn Monsinjur Arċisqof fit-30 ta’ Ġunju li għadda. Nagħtuhom merħba u nawgurawlhom ħafna ġid spiritwali fostna.

Ara ritratt >>>

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5