LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

Mixja ta' Fidi  

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Kappella Ewkaristika

Nitolbu, ġabra ta’ talb popolari.

Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


San Padre Pio tal-Pjagi

Kelma tal-Ħajja 

Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI

Il-Madonna tal-Għar

 

EJJEW NADURAWH

 Trasmissjoni diretta minn kappella bl-espożizzjoni Ewkaristika

 

 

LAQGĦAT TA’ TALB 

Mill-Grupp Kariżmatiku tal-Parroċċa

 

Kull nhar ta’ Erbgħa fil-Kappella ta’ Santa Marija

fis-7.00 pm

"Duqu ħa taraw kemm hu tajjeb il-Mulej."

 

Aħna nafu li ma’ dawk li jħobbuh, Alla jaħdem kollox għall-ġid tagħhom. – Rumani 8:28

Il-Knisja tiddiskuti l-ħidma pastorali....

FLIMKIEN FI KRISTU

GĦAS-SERVIZZ TAL-BNIEDEM

Il-Knisja f’Malta laqqgħet Assemblea Djoċesana li fiha, madwar 300 parteċipant iddiskutew ittwettiq tal-Pjan Pastorali 2005-2006 u abbozz ta’ Pjan Pastorali ġdid għas-snin 2007-2008. L-Assemblea, it-tielet waħda tax-xorta tagħha wara s-Sinodu Djoċesan (1999-2003), iltaqgħet nhar il-ħamis, 28 ta’ Settembru, u nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara.

L-Assemblea Djoċesana annwali hija frott ta’ l-esperjenza tas-Sinodu Djoċesan. L-iskop ta’ l-Assemblea, li tiġi presjeduta minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca, hu li tkun esperjenza ta’ informazzjoni, parteċipazzjoni mifruxa, kontabilita’, valutazzjoni u programmazzjoni f’ambjent miftuħ għall-Ispirtu ta’ Alla u b’impenn li twieġeb għas-sinjali tal-Mulej fl-istorja. Għall-Assemblea attendew kappillani, provinċjali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi, kapijiet ta’ l-iskejjel tal-Knisja, mexxejja tal-għaqdiet u tal-movimenti, delegati fis-segretarjati u kummissjonijiet djoċesani, kif ukoll il-membri tal-gruppi għat-twettiq tas-Sinodu fid-diversi oqsma tal-Knisja u dawk li kienu membri fl-Assemblea tas-Sinodu.

Is-sessjoni tal-Ħamis kienet tinkludi esperjenzi minn rappreżentanti ta’ parroċċi diversi dwar kif huma qegħdu fil-prattika l-għanijiet tal-Pjan Pastorali 2005.2006, skond l-ispirtu tas-Sinodu Djoċesan: l-animazzjoni tal-fidi, iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija tal-Ħadd, formazzjoni skond il-linji gwida tas-Sinodu, il-familja u l-adolexxenti/żgħażagħ, stil ta’ ħajja sinodali, djalogu mas-soċjeta’ u impenn ta’ qadi u solidarjeta’. Xiehda partikolari kienet dwar it-tħejjija minn kmieni għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd, speċjalment f’Quddies immirat l-iżjed għas-sehem taż-żgħażagħ. Xiehda oħra kienet dwar servizzi tal-Knisja f’ċerti oqsma, fosthom dak tal-persuni li għaddejjin mill-prova tas-separazzjoni fiż-żwieġ.

It-tema tal-Pjan Pastorali li jintemm din is-sena hija ”Nimxu flimkien fid-dawl tal-Mulej”, filwaqt li t-tema proposta għall-Pjan Pastorali l-ġdid hija ”Flimkien fi Kristu għas-servizz tal-bniedem”. L-iskop tal-Pjan Pastorali huwa li jgħin lill-Knisja f’Malta fil-mixja tagħha mill-qagħda preżenti lejn sitwazzjoni mixtieqa. Il-Pjan jindika l-ħidmiet, il-proġetti u l-mezzi li jgħinu lill-Knisja f’din il-mixja tagħha, kif ukoll min se jkun responsabbli għall-inizjattivi li qed jiġu proposti li jitwettqu.

Fis-sessjoni dwar il-Pjan Pastorali 2007-2008, li saret is-Sibt, ġew diskussi diversi proposti għal azzjoni isħaħ f’oqsma diversi, fosthom dwar il-ħidma ta’ l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali li twaqqaf kif mitlub mis-Sinodu, it-taħriġ fl-ippjanar, il-komunikazzjoni mas-soċjeta’, it-tagħlim soċjali tal-Knisja, iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija, il-familja u iż-żgħażagħ, u t-tfal.

Meta kellem lill-Assemblea, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca apprezza s-sinċerita’ li biha tkellmu l-parteċipanti. Radd ħajr ukoll għall-ħidma dejjem akbar li qed issir, fl-ispirtu tas-Sinodu Djoċesan. Mons. Arċisqof saħaq, b’mod partikolari, fuq il-bżonn ta’ formazzjoni tajba għal dawk kollha li jkunu qed jagħtu xi servizz u l-impenn biex f’dan is-servizz tingħata tassew xiehda nisranija. Tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ l-iskejjel li, sejħilhom, ”huma l-qofol ta’ kollox”.

Wara l-Assemblea Djoċesana, matul ix-xhur ta’ Ottubru u Novembru, kull parroċċa tlaqqa’ Assemblea biex tagħmel f’livell parrokkjali dak li jkun sar diġa’ f’livell djoċesan. Għall-Assemblea parrokkjali jkunu mistiedna dawk kollha li jgħixu fil-parroċċa.

FIL-BIDU MA KIENX HEKK

IL-27 ĦADD MATUL IS-SENA

- 8 Ottubru 2006 -

“Minħabba fl-ebusija ta’ raskom, Mose' kitbilkom din l-ordni. Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara."


Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>


Kappella Ewkaristika Online u Rużarju mas-Sorijiet

Għal dawk li ma jkunux jistgħu jmorru f’xi knisja jew kappella biex jitolbu ir-Rużarju quddiem Ġesù fl-Ewkaristija, qegħdin noffru l-faċilità tar-Rużarju flimkien mas-Sorijiet tal-Klawsura.  Għandna wkoll trasmissjoni diretta minn kappella fejn hemm espost Ġesù Sagramentat għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

Infakkru li dawn il-faċilitajiet permezz ta’ l-internet qatt ma jistgħu jieħdu post il-preżenza fiżika tagħna fil-knisja jew flimkien mal-komunità, iżda f’mumenti meta wieħed ma jkunx jista’ joħroġ mid-dar, dawn jistgħu ikun ta’ għajnuna biex nidħol fil-preżenza ta’ Alla u hemm naduraw u nagħtuh qima.

Għar-Rużarju  >>

Għall-Kappella Ewkaristika >>

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5