Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta



Il-Ħadd, 5 ta’ Frar

Jum il-Ħajja

Id-dinjità tal-bniedem u l-kwalità tal-ħajja għandhom jitħarsu. Hekk kitbu s-Segretarjat Assistenza Soċjali ta’ l-Azzjoni Kattolika u l-Moviment ta’ Kana, f'messaġġ tagħhom fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, li ser jitfakkar fil-gżejjer Maltin nhar il-Ħadd, 5 ta’ Frar 2006,

Huma qalu li filwaqt li jippromwovu l-valur tal-ħajja, jixtiequ jaqsmu dawn il-ħsibijiet mal-poplu Malti u Għawdxi li fil-maġġoranza kbira tiegħu jgħożż hafna l-valur tal-ħajja u d-dinjita’ tal-bniedem.

Dan isir ....

...fil-familja, billi nkomplu naħdmu u ngħożżu l-valuri tat-talb, ta’ l-għożża tal-ħajja, tar-rispett u qadi bla interess, ta’ l-imħabba, kompassjoni, maħfra, solidarjetà u ġustizzja;

...fis-settur tax-xogħol, billi naħdmu għall-għaqda u l-ġustizzja;

...fis-soċjetà, billi lkoll naħdmu u nsaħħu l-valuri tas-solidarjetà u tal-ġustizzja flimkien ma’ dawk il-valuri li jinżergħu fil-familja. Dan nistgħu nuruh f’sewqan moderat kif ukoll f’kontroll fl-uzu ta’ l-alkohol, tat-tabakk, u b’astinenza minn drogi ta’ abbuz. Nistennew li l-Membri Parlamentari li qed jirrappreżentaw lill-poplu Malti u Għawdxi (fil-Parlament Malti u dak Ewropew) dejjem jilleġiżlaw biex isaħħu l-valur tal-familja li hi s-sisien tas-Soċjetà.

Ara l-messaġġ sħiħ

ALLA HUWA MĦABBA

“Alla huwa mħabba u kull min jgħix fl-imħabba jgħix f’Alla u Alla jgħix fih.”  Hekk beda l-ewwel enċiklika tiegħu l-Papa Benedittu XVI. – Deus Caritas Est – Alla Huwa Mħabba –

F’din l-enċiklika indirizzata lill-Knisja Kattolika kollha, il-Papa jagħmel sejħa biex il-kelma “mħabba” tkun mifhuma aħjar. Jgħid li meta l-imħabba tinbidel sempliċiment f’atti sesswali allura tirriżulta f’oġġett li jinbiegħ u jinxtara u hekk il-bniedem nnifsu jsir oġġett tal-merċa.

Imma s-suġġett prinċipali fl-enċiklika tal-Papa huwa dwar l-imħabba ta’ Alla lejn il-bniedem u t-tweġiba tal-bniedem għall din l-imħabba divina. Kien Alla nnifsu li ħabbna l-ewwel, u għalhekk għalina bnedmin, l-imħabba mhuwiex sempliċi kmandament imma t-tweġiba tagħna għal din l-imħabba ta’ Alla lejna.

Meta jitkellem dwar l-imħabba lejn il-proxxmu, Benedittu XVI jgħid li din ma tintweriex biss meta nagħtu xi ħaġa tal-flus f’karità biex bħal speċi nserrħu l-kuxjenza li l-parti tagħna għamilniha. L-imħabba nisranija titlob li nersqu qrib min huwa fil-bżonn, nifhmu l-bżonnijiet tiegħu u nagħmlu minn kollox biex jitwarrbu l-kawżi ta’ din it-tbattija.

Il-Papa jinsisti li l-imħabba lejn dawk fil-bżonn hija parti essenzjali mill-missjoni tal-Knisja, l-istess kif huma ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti u l-predikazzjoni tal-Kelma.

Fir-ritratt, mgħoddi lilna mill-aġenzija, Catholic Press Photo, il-Papa Benedittu XVI jidher fil-librerija pontifikali, qed jiffirma din l-ewwel enċiklika tiegħu.

Ara t-test sħiħ tal-Enċiklika, Deus Caritas Est


Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta

Hekk kiteb l-awtur tal-Atti tal-Appostli, fl-istorja tiegħu dwar kif l-Appostlu Pawlu, b’mod providenzjali kellu jasal fil-gżejjer tagħna.  F’rakkont ta’ żewġ kapitli sħaħ, (27 u 28) huwa ddeskriva fid-dettal il-vjaġġ ta’ l-Appostlu tal-ġnus lejn il-belt ta’ Ruma, it-tempesta fil-baħar u n-nawfraġju ta’ Pawlu u sħabu. Il-grigalata li naraw kważi kull sena f’dawn il-jiem, rridu jew ma rridux tfakkarna f’din il-ġrajja.

Pawlu, qam jagħmel il-qalb lil kulħadd. “Inwissikom biex tagħmlu l-qalb, għax ħadd minnkom mhu se jitlef ħajtu; il-gifen biss jintilef.  Għax dal-lejl deherli anġlu ta’ Alla, li tiegħu jien u li lilu nqim, u qalli, ‘Tibżax Pawlu. Jeħtieġ li inti tidher quddiem Ċesari.  Ara Alla tak il-grazzja li dawk kollha li qegħdin jivvjaġġaw miegħek isalvaw.’  Mela qawwu qalbkom, ħbieb.  Jien nemmen f’Alla li hekk isir, sewwasew kif ħabbarli. Jinħtieġ iżda li l-ewwel naħbtu ma’ gżira.”

Ara r-rakkont kollu mill-Atti tal-Apposli, Kapitli 27 u 28

QARI TAL-QUDDIES TAL-ĦADD


5 Ħadd matul is-Sena - 05 Frar

6 Ħadd matul is-Sena - 12 Frar

7 Ħadd matul is-Sena - 19 Frar

8 Ħadd matul is-Sena - 26 Frar

 

 

LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Ir-Rużarju tal-Madonna

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi