Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta



Hu rafa' fuqu l-mard tagħna, tgħabba bin-niket tagħna.

KELMA TAL-ĦAJJA

Kull xahar ngħixu sentenza waħda mill-Vanġelu, inżommuha f’qalbna u ngħixuha. Hemm link permanenti għall-Kelma tal-Ħajja fuq il-lemin ta’ din il-paġna.

 

KARDINALI ĠODDA

Il-Papa ħatar 15-il Kardinal ġdid, 12 minnhom taħt it-80 sena u jistgħu  jivvutaw għal Papa ġdid. Kitba ta' H. Agius Ordway.

 

VIA SAGRA

Il-Via Sagra minn Benedittu XVI ftit qabel kien elett Papa. Verżjoni bil-Malti minn Harry Agius Ordway.

 

RANDAN 2006

Kalendarju b' xi suġġerimenti għal matul ir-Randan imsieħba b'silta mill-Evanġelju.

 

FORMAZZJONI

Fr Fabio Attard dwar il-ħtieġa ta’ formazzjoni kontinwa.

 

PASTORALI

Pastorali tar-Randan mill-Mons Ġużeppi Mercieca.  “Lura f’Dar il-Missier.”

ĦAMIS IX-XIRKA

"Jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll."

 

Il-Ħamis, 13 ta’ April 2006, infakkru l-Aħħar Ċena li l-Mulej għamel mad-dixxipli tiegħu.  Dak in-nhar Ġesù mhux biss waqqaf is-sagrament tal-Ewkaristija, imma l-qabel xejn ħasel riġlejn l-Appostli.  Qalilho, “"Tafu x'għamiltilkom? Intom issejjħuli 'l-Imgħallem' u 'il-Mulej', u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin.”

U jien kemm lest li naqdi ?

 

 LEJL L-IMĦABBA U LEJL IT-TRADIMENT

Nimxu pass, pass ma’ dak li għadda minnu Ġesù bej il-Ħamis filgħaxija u sbieħ il-Ġimgħa. Mill-Evanġelju skond San Ġwann 13:1 – 18:25. Ikklikkja fuq il-pass li tixtieq minn hawn isfel.

 

ĦAMIS IX-XIRKA FIL-PARROĊĊA –  Il-funzjoni tat-tifkira ta’ l-Aħħar Ikla tal-Mulej Ġesú li tkun tikkonsisti f’quddiesa, li fiha jkun hemm ukoll it-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn tad-dixxipli, tibda fis-6.30 pm.  Ġesú Ewkaristija jkun trasportat b’mod solenni lejn l-Artal tar-Ripożizzjoni (Is-Sepulkru) u wara jibdew il-Vizti.  Fl-10.00 pm ikun hemm siegħa adorazzjoni.

Bejn il-11.30 ta’ bil-lejl u is-6.00 tal-Ġimgħa l-Kbira fil-għodu, il-Kappella ta’ San Bert tibqa’ miftuħa għall-Adorazzjoni Ewkaristika u talb privat.

QARI TAL-LITURĠIJA


Żmien ir-Randan

L-Erbgħa ta’ l-Irmied – 01 Marzu

L-Ewwel Ħadd – 05 Marzu

It-Tieni Ħadd – 12 Marzu

It-Tielet Ħadd – 19 Marzu

Ir-Raba' Ħadd – 26 Marzu

Il-Ħames Ħadd – 02 April

Ħadd il-Palm – 09 April

 

It-Tlett Ijiem tal-Għid

Il-Quddiesa tal-Griżma

Ħamis ix-Xirka

Il-Ġimgħa l-Kbira

Vġili tal-Għid

Ħadd il-Qawmien tal-Mulej

 

 

 

LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

Kelma tal-Ħajja