|
82
GĦALL-EWWEL TQARBINA
Ħadd,
11 Ġunju 2006:
Tnejn u tmenin tifel u tifla mill-parroċca
tagħna, illum se jirċievu għall-ewwel darba lil
Ġesù fl-Ewkaristija.
Jum l-Ewwel Tqarbina jew kif jafuh komunement
it-tfal infushom, Jum il-Preċett mhux wieħed
speċjali għal dawn it-tfal u l-familji tagħhom
biss. Imma hija l-parroċca kollha li għandha
tifrah.
L-Ewkaristija hija wieħed mit-tliet Sagramenti
tad-dħul tan-nisrani fil-Knisja. Matul l-ewwel
sekli tal-Kristjaneżmu, meta il-Magħmudija
kienet tkun mogħtija lill-adulti, allura magħha,
l-insara l-ġodda kienu jirċievu wkoll
l-Ewkaristija u l-Konfirmazzjoni.
Għalhekk dan il-jum huwa t-tieni tarġa ta’ dawn
l-insara żgħar ħutna fis-sħubija tagħhom bħala
membri tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, li huwa
l-Knisja. It-tielet pass tagħhom ikun fi ftit
snin ħra meta bħala insara adulti huma jkun
konfermati bis-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Illum aħna lkoll mħeġgin nirringrazzjaw lil Alla
li qed ikompli jkun mal-Knisja tiegħu
speċjalment f’dan is-Sagrament għażiż. Nitolbu
għal dawn l-ulied tal-parroċca u għalina biex
dejjem iktar spiss nieħdu sehem bi frott minn
din il-mejda li ħejjilna huwa stess.
Minħabba in-numru sabiħ ta’ tfal li se jieħdu
sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni, se jkun hemm żewġ
gruppi. Fl-10.00 ta’ filgħodu, fil-knisja
parrokkjali se jirċievu l-Ewwel Tqarbina dawk
il-bniet u subien li jattendu għad-duttrina
fil-MUSEUM u fiċ-Ċentru tal-Agostinjani.
Imbagħad fil-5.00 ta’ filgħaxija, fil-knisja
parrokkjali wkoll, ikun hemm l-Ewwel Tqarbina
għal dawk it-tfal li jattendu għad-duttrina
f’Dar Nażaret.
Fl-istampa ta’ hawn fuq jidher il-Papa San Piju
X li fid-digriet tiegħu Quam Singular (15 Awissu
1910) kien irrakomanda li t-tfal, li jkunu daħlu
fl-użu tar-raġuni, ma jdumux ma jirċievu l-Ewwel
Tqarbina. |