LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

Mixja ta' Fidi  

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Nitolbu, ġabra ta’ talb popolari.

Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

F’PAĠNI OĦRA


Kelma tal-Ħajja 

Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI

 GRUPP KOPPJI MIŻŻEWĠIN

 Tibdil żgħir fil-programm. 

 

Ara News Letter 135>>

Quddiesa ta’ Radd-il Ħajr Mill-Kappillan u l-Viċi

GRAZZI U AWGURI

Nhar is-Sibt, 5 ta’ Awissu, il-Kappillan Dun Renč Vella u l-Viċi-Kappillan Dun David Farrugia ikonċelebraw flimkien mas-sacerdoti l-oħra tal-parroċċa, quddiesa ta’ radd-il ħajr lil Alla bħala tmiem il-ħidma pastorali tagħhom fir-raħal tagħna. Dan wara li ftit gimgħat ilu kien tħabbar li Dun Renč inħatar minn Monsinjur Arċisqof bħaa Kappillan f’Pembroke u Dun David bħala Viċi-Kappillan fil-parroċca ta’ Ħal Luqa.

Fl-aħħar tal-quddesa, ic-Chairperson tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, f’isem il-Komunitŕ kollha ta’ Ħal Tarxien, irringrazzja liż-żewġ saċerdoti taż-żmien li għamlu fostna u tal-ħidma tagħhom fil-parroċċa tagħna.  Wara l-quddiesa kien hemm riċeviment f’Dar Nażaret.

Dun Reuben Deguara, li inħatar bħala l-Kappillan il-ġdid tal-parroċċa tagħna, se jibda’ l-ħidma pastorali tiegħu fostna minn Settembru.  Sa dak in-nhar il-parroċċa qed tkun amministrata minn Dun Jesmond Manicaro, li huwa d-Delegat djoċesan ta’ Monsinjur Arċisqof għall-Liturġija  u li normalment jieħu ħsieb il-Komunitŕ tal-Knisja ta’ l-Erwieħ.

Ara d-diskors sħiħ taċ-Chairperson tal-KPP >>>


TIFKIRA TAL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA

Il-Kappillan tal-Port flimkien mal-Kanċellier ta’ St. Paul Anglican Cathedral, Il-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura, l-Forzi Armati ta’ Malta, il-British Legion u l-Valletta Rehabilitation Project se jfakkru l-miġja tal-Konvoj ta’ Santa Marija b’servizz ta’ Tqegħid ta’ Kuruni fid-Dwana, Valletta, nhar it-Tnejn, 14 ta’ Awissu fis-7.00p.m. L-ex-membri tas-Servizzi u ex-personnel tal-Merchant Navy huma mistiedna jattendu. Dawk li se jattendu huma mitluba jkunu fid-Dwana qabel is-6.50p.m. Mr Allan Shaw, li għandu 82 sena, wieħed mill-baħara ħajjin ta’ żmien il-konvoj, imsemmi fil-ktieb “The Ohio and Malta” ta’ Michael Pearson, gie mistieden ghall-okkażjoni.

IL-ĦOBŻ TAL-ĦAJJA

ID-DSATAX-IL ĦADD

MATUL IS-SENA

- 13 Awissu 2006 -

"Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert u mietu; dan hu l-ħobż li niżel mis-sema biex min jiekol minnu ma jmutx. Jiena hu l-ħobż ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.”
 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

L-Isqof il-ġdid Malti għall-Albanija, Patri Ġorġ Frendo fuq Radju RTK, it-Tlieta 15 ta' Awissu fit-3.30pm f'xandira diretta.

Is-semmiegħa jistgħu jċemplu waqt il-programm u jitkellmu dirett mal-Isqof Ġorġ Frendo.

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5