LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

Mixja ta' Fidi  

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Kappella Ewkaristika

Nitolbu, ġabra ta’ talb popolari.

Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


Il-Ġrajja ta' Fatima 

San Padre Pio tal-Pjagi

Kelma tal-Ħajja 

Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI

Il-Madonna tal-Għar

EJJEW NADURAWH

 Trasmissjoni diretta minn kappella bl-espożizzjoni Ewkaristika

 

 

LAQGĦAT TA’ TALB 

Mill-Grupp Kariżmatiku tal-Parroċċa

 

Kull nhar ta’ Erbgħa fil-Kappella ta’ Santa Marija

fis-7.00 pm

"Duqu ħa taraw kemm hu tajjeb il-Mulej."

WARA 89 SENA, IL-ĠRAJJA TA’ FATIMA GĦADA GĦADDEJJA

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru huwa id-89 anniversarju mid-dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, fil-Portugal. Dakinhar folla ta’ aktar minn 70,000 persuna raw “Il-Miraklu tax-Xemx”.

Kien sitt xhur qabel, eżattament fit-13 ta’ Mejju 1917, fir-raħal ċkejken ta’ Fatima, qrib Lisbona Portugall, meta l-Madonna dehret lit-tlitt itfal Luċija, Franġisku u Ġaċinta, waqt li huma kienu qed jirgħu n-ngħaġ fil-Cova da Iria.

Wara dakinhar, il-Madonna baqgħet tidher lil dawn it-tfal fit-13 ta’ kull xahar sa Ottubru ta’ l-istess sena, meta folla ta’ għexieren ta’ eluf ta’ nies raw ix-xemx tinqala minn postha, iddur fuqha nfisha bħal rota kbira tan-nar u tinżel lejn l-art. Imma l-istorja ta’ Fatima ma ntemmitx hemm.  Hija storja li għada sejra sal-lum.

Fl-okkażżjoni tat-89 anniversarju tad-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima, qegħdin intellgħu ma’ din il-website, paġna oħra permanenti bi stampi u r-rakkont ta’ din il-ġrajja strordinarja.

It-test huwa meħud mill-ktejjeb, Il-Ġrajja tal-Madonna ta’ Fatima, publikat bil-Malti mis-Soċjetá tad-Duttrina Nisranija (il-M.U.S.E.U.M.).  Il-ħajr tagħna lis-Soċjetá tal-permess biex inkun nistgħu nużaw dan il-materjal fil-website tal-parroċca tagħna.

“Il-Ġrajja ta’ Fatima” b’ritratti meħuda f’dawk il-jiem. >>


ISQFIJIET EWROPEJ JILTAQGĦU FIR-RUSSJA

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kunsill tal-Konferenzi ta’ l-Isqfijiet Ewropej (CCEE) iltaqgħu bejn l-4 u t-8 ta’ Ottubru, f’San Pietruburgu, fir-Russja, ġrajja li sa ftit snin ilu ħadd qatt ma kien biss joħlom li qatt tista’ sseħħ.  Magħhom kien hemm ukoll ir-rappreżentant tas-Santa Sede.

Mons. Arcisqof Ġużeppi Mercieca attenda għal Assemblea Plenarja tal-Kunsill li bħala tema prinċipali kellu riflessjoni fuq is-servizzi tas-CCEE, li din is-sena jagħlaq 35 sena mill-bidu tiegħu. Il-Presidenti ta’ l-34 Konferenza ta’ l-Isqfijiet membri tal-Kunsill ħabirku biex jidentifikaw linji gwida għal azzjonijiet futuri u evanġelizazzjoni mis-CCEE.

Fil-bidu tal-laqgħat tagħhom, l-Isqfijiet kellhom ukoll l-opportunita’ li jisimgħu dwar is-sitwazzjoni tar-reliġjon ġewwa l-Knisja fir-Russja u barra minnha, minn fomm rappreżentant tal-Patrijarkat Ortodoss ta’ Moska u l-Isqof Kattoliku ta’ Moska.  

MUR, BIGĦ LI GĦANDEK U AGĦTIH LILL-FQAR

IL-28 ĦADD MATUL IS-SENA

- 15 Ottubru 2006 -

Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur, bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.”


Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>


Kappella Ewkaristika Online u Rużarju mas-Sorijiet

Għal dawk li ma jkunux jistgħu jmorru f’xi knisja jew kappella biex jitolbu ir-Rużarju quddiem Ġesù fl-Ewkaristija, qegħdin noffru l-faċilità tar-Rużarju flimkien mas-Sorijiet tal-Klawsura.  Għandna wkoll trasmissjoni diretta minn kappella fejn hemm espost Ġesù Sagramentat għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

Infakkru li dawn il-faċilitajiet permezz ta’ l-internet qatt ma jistgħu jieħdu post il-preżenza fiżika tagħna fil-knisja jew flimkien mal-komunità, iżda f’mumenti meta wieħed ma jkunx jista’ joħroġ mid-dar, dawn jistgħu ikun ta’ għajnuna biex nidħlu fil-preżenza ta’ Alla u hemm nadurawh u nagħtuh qima.

Għar-Rużarju  >>

Għall-Kappella Ewkaristika >>

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5