Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta



Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn ...

Ġesù huwa dielja vera.  Aħna l-friegħi. Maqtugħin miz-zokk, ninxfu u mmutu.  Spiss nippruvaw noħolqu still ta’ spiritwalità falza li taqtagħna mill-kumplament tal-ġisem.  Forsi nħossuna wisq imxekklin minn friegħi oħra.  Forsi rridu iktar libertà għalina nfusna. Ninsew li jekk ninqatgħu mill-friegħi l-oħra nkunu qed ninqatgħu ukoll mid-dielja vera.

 

Ara l-kumplament ....

 

Tarġa oħra lejn is-saċerdozju

Imqabba, 13 Mejju 2006: Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca nhar is-Sibt, 13 ta’ Mejju 2006, se jistitwixxi erba’ seminaristi bħala Letturi, f’ċerimonja li se ssir fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta, l-Imqabba, fis-6.30 p.m.

Il-Letturi l-ġodda, li jinsabu fil-ħames sena tal-kors tas-Seminarju, huma mix-xellug, Glen Buhagiar minn Ħaż-Żabbar, Malcolm Agius mill-Imsida,  Jonathan Farrugia mill-Imqabba, u Ewkarist Zammit mis-Siġġiewi.

L-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat jimmarka pass ieħor fil-mixja ta’ dawn iż-żgħażagħ lejn is-saċerdozju. Bħala Letturi, huma se jingħatalhom l-uffiċċju li jxandru l-Kelma ta’ Alla waqt il-liturġija, iħabirku biex jgħinu lill-fidili jħejju rwieħhom aħjar biex jirċievu s-sagramenti, u jxandru l-messaġġ tas-salvazzjoni lil min ma jafx bih.

Il-Komunita’ tas-Seminarju qed tħeġġeġ lil kulħadd biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet, u biex il-Mulej ibierek lis-seminaristi kollha ħalli l-Knisja ma tieqaf qatt li jkollha rgħajja skond qalbu. 

QARI TAL-QUDDIES


Vġili tal-Għid: 15 April (PM)

Għid il-Kbir: 16 April

2 Ħadd tal-Għid: 23 April

3 Ħadd tal-Għid: 30 April

4 Ħadd tal-Għid: 07 Mejju

5 Ħadd tal-Għid: 14 Mejju

6 Ħadd tal-Għid: 21 Mejju

Tlugħ il-Mulej fis-Sema: 28 Mejju

Vġili ta’ Għid il-Ħamsin: 03 Ġunju

Għid il-Ħamsin: 04 Ġunju

It-Trinità Qaddisa: 11 Ġunju

 

LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

F’PAĠNI OĦRA


Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

Kelma tal-Ħajja

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI