LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

Mixja ta' Fidi  

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Nitolbu, ġabra ta’ talb popolari.

Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

F’PAĠNI OĦRA


Kelma tal-Ħajja 

Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI

 MIXJA TA’ FIDI

GĦALL-ASSEMBLEA TAL-ĦDUD

 

għas-saċerdoti u r-reliġjużi

għall-mexxejja tal-gruppi

għall-katekeżi tal-adulti

għall-gruppi, movimenti, u għaqdiet

 

Ħajr

Segretarjat għall-Katekeżi

Segretarjat għal-Liturġija

 

Ikklikkja fuq 'Mixja ta’ Fidi' fil-lista ta’ hawn fuq inkella ikklikkja hawn >>>

 

Okkażjoni oħra biex nirfinaw lilna nfusna.

FESTA TAL-MADONNA TAD-DUTTRINA

Kull okkażjoni li aħna jkollna biex nagħmlu festa marjana, irridu naħtfuha biex nirfinaw lilna nfusna minn ġewwa u biex inxerrdu dawk l-ilbiesi li lil Marija jagħmluha eleganti tabilħaqq.

L-eleganza ta’ Marija hija eleganza u sbuħija ta’ ġewwa u allura hija dwar din is-sbuħija ta’ ġewwa l-aktar li hi tixtieq tgħallimna - is-sempliċità, il-gratitudni, il-kliem meqjus, is-sinċerità, il-ġentiletzza, l-importanza ta’ Alla fil-ħajja tal-bniedem, u  s-sens ta’ meravilja li bih dak li jkun jagħraf il-ħwejjeġ kbar li Alla jagħmel mal-bniedem.

Hekk kiteb il-Kappillan Dun Renè Vella fil-programm tal-festa tal-Madnna tad-Duttrina li din is-sena se tkun ċelebrata fil-parroċca tagħna nhar il-Ħadd, 16 ta’ Lulju.

ill-Ħamis sas-Sibt huma jiem tat-tridu li matulhom issir quddiesa kantata fis-6.30 pm bil-priedka minn Dun Mosè Borg. Imbagħad il-Ħadd fl-10.30 am ikun hemm konċelebrazzjoni bil-paneġierku mill-Kan. Anton Galea Scanura imbagħad fis-7.00 pm toħroġ il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tad-Duttrina.

Iktar dettalji jinkisbu mill-programm li qed titqassam mill-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina.


Il-kuluri differenti ta’ l-ilbies liturġiku...

Żgur li kull min imur l-quddies innota li l-ilbies sagru li jkun liebes is-saċerdot mhux dejjem ikun ta’ l-istess kulur.  Spiss il-kulur ikun aħdar, kultant ikun abjad u xi minn daqqiet aħmar.  Imbagħad matul l-Avvent u r-Randan is-saċerdot jilbes il-vjola.

Imma dawn il-kuluri fihom xi tifsira, jew jintlibsu skond il-moda jew forsi skond il-burdata li jqum biha min iqaddes.

F’kitba qasira imma tassew interessanti, Fr David Farrugia jispjega t-tifsira tal-kuluri fil-Liturġija, meta suppost jintużaw dawn il-kuluri u x’iffissru?

Ikklikkja hawn >>>

ĦARĠU JXANDRU BIEX

IN-NIES JINDMU

Il-Ħmistax-il Ħadd Matul is-Sena

(16 Lulju 2006)

Ġesù sejjaħ ħdejh lit-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti mniġġsa. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar; la ħobż, la ħorġa, anqas flus fi ħżiemhom; imma: “Ilbsu l-qrieq,” qalilhom, “u xxiddux żewġ ilbiesi.”
 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

GRUPP KOPPJI MIŻŻEWĠIN

Il-laqgħa għal dan ix-xahar ser issir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2006 fis-7.30 pm f’Dar Nażaret.  Fr Joseph Vassallo ser jitkellem dwar il- Familirias Consortio.

Nagħtu merħba lil Dun Reuben bħala l-kappillan, nawgurawlu  ħidma qaddisa fostna u nwegħduh it-talb tagħna.

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5