L-Ewwel Enċiklika ta’ Benedittu XVI issa bil-Malti

ALLA HUWA MĦABBA

“Alla huwa mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f’Alla u Alla fih”

“Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”. Billi Alla kien li ħabbna l-ewwel, issa l-imħabba mhix aktar kmandament biss, iżda hija t-tweġiba għar-rigal ta’ l-imħabba, li bih Alla joqrob lejna.

F’dinja li fiha xi drabi l-isem ta’ Alla jorbtuh mal-vendikazzjoni jew jaslu biex jorbtuh mad-dmir tal-mibegħda u tal-vjolenza, dan huwa messaġġ ta’ attwalitŕ kbira u ta’ tifsira reali ħafna. Għalhekk fl-ewwel Ençiklika tiegħi nixtieq

nitkellem fuq l-imħabba, li biha Alla jimliena u li mbagħad għandha tintwera minna lill-oħrajn.

Ara t-test kollu tal-Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI >>>


Kors ta' Leadership Nisrani

L-Istitut ta Formazzjoni Pastorali flimkien mal-Forum tal-Għaqdiet se jorganizza kors li jwassal għal "Certificate in Christian Leadership". Il-kors se jsir minn Ottubru 2006 sa Ġunju 2007. Għal aktar dettalji kkuntatjaw lil: Fr Joe Mizzi - 21238068/21238942


Grupp Koppji Miżżewġin

Il-laqgħa li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Ġunju.  Fiha s-Sur Pawlu Bilocca se jitkellem dwar il-liġi ġdida tal-familja.  Il-laqgħa tibda fis-7.30 pm u ssir bħas-soltu f’Dar Nażaret. Il-Grupp jagħti l-awguri lil Fr Renč għall-ħidma ġdida tiegħu bħala kappillan ta’ Pembroke.

Il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu

(18 Ġunju 2006)

Huma u jieklu, ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal: “Ħudu, dan hu ġismi.”

Imbagħad ħa l-kalċi f’idejh, radd ħajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu. U qalilhom: “Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li se jixxerred għall-kotra."

 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd>>> 

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>


 

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5