JIENA NEMMEN F’ALLA ?
Tidher
domanda żejda f’website ta’ parroċċa tal-Knisja
Kattolika. Imma dan huwa propju dak li qed ikun
diskuss fil-laqgħat, li l-Grupp Katekeżi Adulta qed
jorganiżża kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00 pm f’Dar
Nażaret, Ħal-Tarxien.
It-tema għal din is-sena huwa l-Kredu
– l-istqarrija tal-fidi nisranija. F’dawn
il-laqgħat se nieħdu l-artikli tal-Kredu
tal-Appostli u nifluhom biċċa, biċċa.
X’nifhem meta ngħid li nemmen
f’Alla? Forsi nifhem biss li nemmen fl-eżistenza
tiegħu? Li Alla jehżisti? Imma dan anke x-xjaten
jemmnuh. (Ara l-ittra ta’ San Ġakbu 2: 19).
U x’infisser meta ngħid li nemmen
f’Alla, l-Missier? X’nifhem meta ngħid li nemmen
f’Alla l-Missier li jista’ kollox? U jekk Alla huwa
Missier li jista’ kollox, allura għaliex tant mard,
tbatija u mewt? Għaliex fid-dinja hawn il-ħażen?
F’wieħed mill-artikli tal-Kredu
jissemma wkoll il-Limbu. Ftit jiem ilu an kien fl-aħbarijiet
u anke sar ħafna diskors dwaru. X’inhu l-Limbu?
Tassew li l-Knisja se tibdel xi tagħlim dwaru?
Il-qawmien mill-imwiet! Dan
x’inhu? In-nisrani jista jemmen fir-ri-inkarnazzjoni
bħal dawk li jgħidu li wara li mmut nista’ nerġa
niġi f’kelb jew annimal ieħor?
Fit-tieni
parti tal-laqgħa naqraw l-Evanġelju tal-Ħadd ta’
wara u flimkien nagħmlu xi riflessjonijiet u
diskussjoni inteliġenti dwaru. Bħal ngħidu aħna, l-Evanġelju
għadu jagħmel sena għalina llum, elfejn sena wara li
inkiteb? Dak li Ġesù qal lid-dixxipli u lin-nies ta’
żmienu għadu jiswa llum? U jiena kif nista’ nibda’
naqra l-Evanġelju b’differenza? B’mod li dan ma
jibqgħax biss storja li ntemmet imma jsir realtà
ħajja li jiena irrid ngħixha llum?
Titħajjar tiġi? Nieħdu pjaċir
nilqgħuk fostna.
Ara l-programm >>
Radju Marija – 102.3FM
LEĦEN
NISRANI FID-DAR TIEGĦEK
Stazzjon tar-radju Malti,
b’differenza mill-oħrajn kollha u li ftit, ftit
qiegħed dejjem jikber u jistabilixxi ruħu fuq
il-frekwenzi lokali huwa bla dubju ta’ xejn, Radju
Marija. Il-bidu tiegħu imur lura ghas-sena 1995,
meta kien beda jxandar mill-Kunent tal-Patrijiet
Dumnikani firRabat bħala wieħed mill-istazzjoniet
tal-komunitá.
Bl-appoġġ dejjem jikber
mis-semmiegħa, l-istazzjon akkwista l-frekwenza
102.3FM u għalhekk fl-2004 beda jxandar fuq bażi
nazzjonali u hekk beda jilħaq ‘l Malta u ‘l Għawdex
kollha.
Radju Marija mhux stazzjon
kummerċjali u ma jxandarx riklami. Jiddependi biss
fuq l-Providenza Divina, fuq it-talb u
d-donzzjonijiet tas-semmiegħa u fuq ix-xogħol bla
ħlas li jwettqu il-volontiera tiegħu
Sabiex aħna wkoll nagħmlu l-parti żgħira tagħna
f’din l-opra għat-tixrid tal-Evanġelju se nibdew
mil-lum stess inġibu link permanenti, li permezz
tagħha, huwa possibli li tisma’ t-trasmissjoni ta’
Radju Marija permezz tal-internet. Din qegħda taħt
ir-ras ta’ din il-paġna, maġemb il-link tal-RTK.
Minn qalbna nawguraw lid-diriġenti ta’ Radju Marija
waqt li nitolbu għalihom inwegħduhom l-appoġġ tagħna.
Radju
Marija ...