|
ILTAQGĦU
MIEGĦU FIT-TRIQ
Tgħid illum għadu possibli niltaqgħu ma’ Ġesù fit-triq?

-
Il-ġrajja ta’ żewġ
dixxipli, li qalbhom maqtuha minħabba dak li raw iseħħ
madwarhom, reggħu lura biex jaqbdu t-triq ta’ dari, dik
ta’ qabel kienu sabu lil Ġesù.
-
Mhix grajja ta’ elfejn
sena ilu, imma waħda li għada sseħħ fit-toroq tagħna
anke llum.
-
Wieħed minnhom kien jismu
Kleofa. U l-ieħor? Tgħid jirnexxili nintebah minn
jista’ jkun id-dixxiplu l-ieħor? Tgħid xi ħadd li nafu
sewwa? Forsi jekk naqra l-istorja, għandi mnejn
nagħrfu.
Aqra s-silta kollha mill-Evanġelju skond San Luqa
Jum il-Vokazzjonijiet 2006
"Ma
tiskantax li, fejn hemm min jitlob bil-qalb, joktru
l-vokazzjonijiet. Il-qdusija tal-Knisja tiddependi
essenzjalment mill-għaqda ma’ Kristu u mill-ftuħ tal-qalb
għall-grazzja li taħdem fil-qalb ta’ dawk li jemmnu. Għal
dan il-għan irrid nistieden lill-insara kollha biex jieħdu
ħsieb li jkollhom rabta intima ma’ Kristu, Mgħallem u
Ragħaj tal-Poplu tiegħu, u jimitaw lil Marija, li baqgħet
tgħozz f’qalbha dawn il-misteri divini u taħseb ħafna
fuqhom."
Hekk kiteb il-Papa Benedittu XVI fil-messaġġ tiegħu għall-
Ġurnata Dinjija ta’ Talb għall-vokazzjonijiet
li din is-sena se tkun ċelebrata nhar
il-Ħadd, 7 ta’ Mejju. Huwa kompla jgħid li l-piz ta’ żewġ
millennji ta’ snin jagħmilha iebsa biex wieħed jagħraf dak
li hu ġdid fil-misteru tal-għaġeb li nkunu wlied Alla.
Iżda l-futur hu tassew tal-għaġeb: aħna msejħin
biex ngħixu bħala aħwa ta’ Ġesu’ u li nħossu li aħna wlied
l-istess Missier. Dan hu don li jirrivoluzjona kull ideja
u pjan li hu biss uman. (Ritratt mill-Catholic
Press Photo to Ruma.)
Aqra l-messaġġ kollu tal-Papa Benedittu XVI
Tqarbin Solenni tal-Morda
tal-Parroċca

Is-Sibt, 22 ta’ April, wara l-quddiesa ta’
filgħaxija, se jsir it-Tqarbin solenni tal-morda
tal-parooċca kif soltu jsir għal żmien il-Għid.
Għalkemm dak in-nhar mhux se jkun possibbli li jitqarbnu
l-morda kollha, madankollu t-tqarbin tal-morda jsir b’mod
regolari fid-djar tagħhom matul is-sena kollha.
F’dan il-ministeru jgħinu wkoll diversi Ministri straordinarji
tat-tqarbin.
L-Ewkaristija hija waħda mill-ħoloq li tgħaqqad lil dawn
ħutna, irtirati f’darhom minħabba nuqqas ta’ saħħa,
mal-membri l-oħra tal-parroċċa. Il-ħolqa l-oħra trid tkun
bla dubju ta’ xejn, id-Djakonija – jiġifieri l-qadi li
aħna lkoll noffru b’imħabba u b’ġustizzja lil dawn ħutna
morda. |