Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta



“Int waħdek il-barrani li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?”

TBERIK TAL-FAMILJI

L-għada stess tal-Għid il-Kbir, jibda’ it-tberik tal-familji tal-parroċca.  Ir-residenti ta’ dawk it-toroq fejn ikun se jsir it-tberik, qegħdin jiġu avżati permezz ta’ nota mwassla fid-djar tagħhom minn xi jiem qabel.  It-tberik jibda’ dejjem fl-4.00 pm.

 

IL-PARABBOLI TA' ĠESU`

Ġabra tal-Parabboli ta’ Ġesú hekk kif rakkuntati mill-erba’ Evanġelisti u illustrati bl-istamp.

 

 

 

KARDINAL FUQ IL-PAPA

Il-Papa mhuwiex sempliċiment intelletwali maqtugħ għalih imma bniedem umli, tal-Knisja u miftuħ għall-poplu.

 

IL-KELMA TAL-ĦAJJA

Kull xahar ngħixu sentenza waħda mill-Vanġelu, inżommuha f’qalbna u ngħixuha. Hemm link permanenti għall-Kelma tal-Ħajja fuq il-lemin ta’ din il-paġna.

 

IL-KARDINALI L-ĠODDA

Il-Papa ħatar 15-il Kardinal ġdid, 12 minnhom taħt it-80 sena u jistgħu  jivvutaw għal Papa ġdid. Kitba ta' H. Agius Ordway.

 

FORMAZZJONI KONTINWA

Fr Fabio Attard dwar il-ħtieġa ta’ formazzjoni kontinwa.

 

 HUMA KIENU GĦADHOM MA FEHMUX..

.... U JIENA X’FHIMT?

Tliet personaġġi li fil-mixja li għamlu lejn il-qabar vojt, nilmħu l-mixja tagħhom lejn il-fidi.  Marija ta’ Magdala, l-Appostlu Xmun Pietru u d-Dixxipli l-Maħbub.  Bħal bosta oħrajn ta’ żmienhom, kienu għadhom ma fehmux li Ġesú mhux hemm.  Huwa qam.  Mela kif tfittxu lil min hu ħaj qalb il-mejtin?

Mill-banda l-oħra hemm Marija, Omm Ġesú.  F’ħajtu kienet tiġri wara binha kull fejn mar.  Baqgħet miegħu sa l-aħħar nifs taħt is-Salib.  Imma issa, ħdejn il-qabar, mhix hawn!  Binħa mhux mejjet imma ħaj.  U dan hija tafu.  Dan hija emmnitu ferm qabel emmnuh u fehmuh l-oħrajn kollha ta’ madwaru. 

Ara ftit ħsibijiet dwar l-Evanġelju tal-lum.

 


Jum il-Vokazzjonijiet 2006

"Ma tiskantax li, fejn hemm min jitlob bil-qalb, joktru l-vokazzjonijiet. Il-qdusija tal-Knisja tiddependi essenzjalment mill-għaqda ma’ Kristu u mill-ftuħ tal-qalb għall-grazzja li taħdem fil-qalb ta’ dawk li jemmnu. Għal dan il-għan irrid nistieden lill-insara kollha biex jieħdu ħsieb li jkollhom rabta intima ma’ Kristu, Mgħallem u Ragħaj tal-Poplu tiegħu, u jimitaw lil Marija, li baqgħet tgħozz f’qalbha dawn il-misteri divini u taħseb ħafna fuqhom."

Hekk kiteb il-Papa Benedittu XVI fil-messaġġ tiegħu għall- Ġurnata Dinjija ta’ Talb għall-vokazzjonijiet li din is-sena se tkun ċelebrata nhar il-Ħadd, 7 ta’ Mejju.  Huwa kompla jgħid li l-piz ta’ żewġ millennji ta’ snin jagħmilha iebsa biex wieħed jagħraf dak li hu ġdid fil-misteru tal-għaġeb li nkunu wlied Alla.  Iżda l-futur hu tassew tal-għaġeb: aħna msejħin biex ngħixu bħala aħwa ta’ Ġesu’ u li nħossu li aħna wlied l-istess Missier. Dan hu don li jirrivoluzjona kull ideja u pjan li hu biss uman.  (Ritratt mill-Catholic Press Photo to Ruma.)

Aqra l-messaġġ kollu tal-Papa Benedittu XVI


Tqarbin Solenni tal-Morda tal-Parroċca

Is-Sibt, 22 ta’ April, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, se jsir it-Tqarbin solenni tal-morda tal-parooċca kif soltu jsir għal żmien il-Għid. 

Għalkemm dak in-nhar mhux se jkun possibbli li jitqarbnu l-morda kollha, madankollu t-tqarbin tal-morda jsir b’mod regolari fid-djar tagħhom matul is-sena kollha.

F’dan il-ministeru jgħinu wkoll diversi Ministri straordinarji tat-tqarbin.

L-Ewkaristija hija waħda mill-ħoloq li tgħaqqad lil dawn ħutna, irtirati f’darhom minħabba nuqqas ta’ saħħa, mal-membri l-oħra tal-parroċċa.  Il-ħolqa l-oħra trid tkun bla dubju ta’ xejn, id-Djakonija – jiġifieri l-qadi li aħna lkoll noffru b’imħabba u b’ġustizzja lil dawn ħutna morda.

QARI TAL-QUDDIES


Vġili tal-Għid: 15 April (PM)

Għid il-Kbir: 16 April

2 Ħadd tal-Għid: 23 April

3 Ħadd tal-Għid: 30 April

4 Ħadd tal-Għid: 07 Mejju

5 Ħadd tal-Għid: 14 Mejju

6 Ħadd tal-Għid: 21 Mejju

Tlugħ il-Mulej fis-Sema: 28 Mejju

Vġili ta’ Għid il-Ħamsin: 03 Ġunju

Għid il-Ħamsin: 04 Ġunju

It-Trinità Qaddisa: 11 Ġunju

 

 

 

LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

Kelma tal-Ħajja