ANNIVERSARJU MILL-MEWT TA' L-ISQOF E. GALEA

Fit-32 anniversarju mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla l-Isqof Emanuel Galea se jsiru Laqgħa ta’ Talb għall-glorifikazzjoni tiegħu u Konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun, nhar it-Tnejn, 21 ta’ Awissu 2006 fis-6.30 p.m. Se jiehu sehem il-Kor Parrokkjali taż-Zejtun.

Il-Qaddej ta’ Alla twieled l-Isla, fl-10 ta’ Marzu 1891. Huwa ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Diċembru 1915 u gie kkonsagrat isqof, fil-Katidral ta’ l-Imdina, fil-5 ta’ Lulju 1942.

Huwa nħatar Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi u baqa’ jaqdi lill-Knisja f’Malta f’dan l-Uffiċċju, sal-mewt.

Fl-1974, wara marda qasira ħafna, l-Isqof Galea miet fl-Isptar San Luqa u ġie midfun fiċ-Ċimiterju taż-Żejtun. Fil-5 ta’ Novembru 1990, il-fdalijiet tiegħu gew trasportati u miżmuma bil-qima fl-Istitut Gesu' Nażżarenu, iż-Żejtun, fejn jinsabu mħarsin f’sarkofagu ta’ l-irħam ma' ġenb il-kappella.

Dawk kollha, saċerdoti, reliġjużi u Lajċi li ħabbewh f'ħajtu u dawk li bl-interċessjoni tiegħu qalgħu grazzji ta’ fejqan spiritwali jew fiziku, huma mistiedna jieħdu sahem fil-laqgħa ta' talb u Quddiesa ħalli Alla jagħtina l-grazzja li naraw lill-Isqof Galea igglorifikat fil-Knisja.

JIENA L-ĦOBŻ ĦAJ

L-GĦOXRIN ĦADD

MATUL IS-SENA

- 20 Awissu 2006 -

“Jien hu l-ħobż ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.”
 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5