|
TGĦID DAN
IL-VELU VERU
TAL-VERONICA?
Nhar
il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, il-Papa Benedittu XVI żar il-knisja
tal-patrijiet kappuċċini ġewwa Abruzza, fejn hemm meqjum dak li huwa
kunsidrat minn bosta bħala l-Velu tal-Veronika.
Wara li talab
quddiem is-Santissmu Sagrament u quddiem ix-xbieha tal-Wiċċ ta’ Kristu,
il-Papa kellem lin-nies preżenti dwar kif dawk li jiltaqgħu ma’ Ġesu u
jinġibdu lejh għandhom ikun lesti li jimxu warajh anke sa fuq is-salib.
Ix-xbieha
tal-Wiċc ta’ Kristu, meqjuma fil-Knisja ta’ Monoppello qegħda bejn żewġ
ħġiġiet u tkejjel 17 x 24 ċentimentru. Id-drapp tant huwa irqiq li huwa
trasparenti, saħansitra li wieħed jista’ faċilment jaqra minn ġo fih.
Ix-xbieha li
tidher hija ta’ raġel, b’xahar twil, b’daqna ħafifa, b’ħaddejn
differenti minn xulxin, b’waħda minnhom aktar tonda mill-oħra u tidher
minfuħa sewwa. L-għajnejn huma b’ħarsa intensa ‘l fuq, u fihom jidher
sewwa l-abjad. Il-ħabbiet tal-għajn huma kompletament miftuħa, imma
b’mod irregolari. Il-ħarsa tidher misterjuża, imma fl-istess ħin tixgħel
bl-imħabba. Fuq il-moħħ hemm troffa żgħira ta’ xagħar donnu nnukklat.
Studji
xjentifiċi li saru, jikkonfermaw li fuq id-drapp ma kienet użata ebda
tip ta’żebgħa. Fuq kollox, ix-xebħ tal-fatizzi tal-wiċċ li hemm fuq din
ix-xbieha u dak ta’ fuq il-kefen meqjum f’Turin, huwa tassew
impressjonanti.
Aktar tagħrif mill-website:
http://www.voltosanto.it |