
Għadha kif ġiet publikata u qed tiġi mqassma l-ħarġa
speċjali għal żmien il-festa, tar-rivista, Tarxien.
Minbarra l-kelma tal-Kappillan Dun Renč Vella u
l-editorjal, hemm ukoll artiklu dwar il-Ħidma
tal-Kumitat tal-Festa, siltiet mill-Omelija li l-Papa
Benedittu XVI għamel fl-okkazzjoni tas-Solennitŕ
tat-Tħabbira tal-Mulej, artiklu tassew informattiv dwar
l-Istatwa Titularu u l-Iskultur tagħha u diversi kitbiet
oħra fosthom xi ħsibijiet miktuba apposta għat-tfal.
Fil-qoxra hemm ritratt bil-kulur tal-pittura ta’ Filippo
Lippia li juri t-Tħabbira ta’ Marija.
Din il-publikazzjoni qed titqassam fid-djar kollha
tal-parroċċa.
Konferenza dwar il-familja
Fis-sensiela ta’ laqgħat
ta’ formazzjoni u informazzjoni fuq l-ittra appostolika
Familiaris Consortio,
il-Kummissjoni Djoċesana
Familja, flimkien mal-kumitat imwaqqaf apposta biex
ifakkar il-ħamsa
u għoxrin
anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-ħsibijiet tal-Papa
Ġwanni
Pawlu II fuq il-familja, se tmexxi konferenza bit-tema,
Għas-Servizz
tal-Familja
nhar
is-Sibt, 20 ta’ Mejju, 2006 fis-sala ta’ l-iskola Santa
Monica, Triq Maria Spinelli, Gżira.
Il-konferenza tibda fis-6.00 ta’ fil-għaxija
u tispiċċa
biċ-ċelebrazzjoni
tal-quddiesa fit-8.00 pm. Il-kelliem prinċipali
se jkun Patri Ugo Cremona O.P. Kulħadd
hu mistieden biex jattendi.