|
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju,
il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Qalb ta’ Ġesú.
FESTA TAL-QALB TA’
ĠESÚ

Dawn huma l-wegħdiet li Ġesú
għamel lil Santa Margerita Marija Alacoque għal
dawk kollha li jkollhom devozzjoni lejn il-Qalb
Qaddisa tiegħu.
□
Jiena nagħti lid-devoti
kollha tiegħi l-grazzji kollha meħtieġa
għall-istat tagħhom.
□
Inġibilhom il-paċi
fil-familji tagħhom.
□
Infarraġhom fin-niket kollu
tagħhom.
□
Inkun kenn żgur tagħhom
fil-ħajja u speċjalment f’waqt il-mewt.
□
Inxerred kotra ta’ barka fuq
kull ħidma tagħhom.
□
Il-midinbin isibu fil-qalb
tiegħi ħniena bla tmiem.
□
L-erwieħ bierdin jitħeġġu
f’imħabbti.
□
L-erwieħ devoti jitwettqu
fit-tjieba.
□
Il-barka tiegħi tinżel fuq
dawk id-djar fejn tkun meqjuma x-xbieha tal-Qalb
Imqaddsa tiegħi.
□
Jiena nagħti lis-saċerdoti
l-grazzja li jqanqlu l-qlub l-iktar iebsa.
□
Dawk kollha li jxerrdu din
id-devozzjoni jkollhom isimhom miktub f’qalbi u
minn hemm qatt ma jkun imħassar.
□
Lil dawk kollha li għal disa’
xhur wara xulxin jitqarbnu fl-ewwel ġimgħa
tax-xahar, jiena nagħtihom il-grazzja li f’waqt
il-mewt ikollhom l-indiema ta’ dnubiethom, li ma
jmutux mingħajr il-maħfra tagħhom u lanqas bla
ma jirċievu s-Sagramenti u l-Qalb tiegħi tkun
għalihom bħala port tas-salvazzjoni f’dak
l-aħħar ħin ta’ ħajjithom. |