|
Nominat Kappillan Ġdid f’Ħal Tarxien
DUN REUBEN DEGUARA
Tarxien, Erbgħa, 20 Ġunju 2006:
Għadu kif tħabbar li Dun Reuben Deguara inħatar
minn Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala
l-ħamsa u għoxrin kappillan tal-Parroċċa Marija
Annunzjata ta’ Ħal Tarxien.
Dun Reuben twieled il-Mosta nhar l-Erbgħa, 21
ta’ Lulju 1971 u kien ordnat saċerdot fid-29 ta’
Ġunju 1997. Wara l-ordinazzjoni tiegħu huwa
ħadem fil-parroċċa tal-Mosta; f’dik ta’ San
Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fejn serva bħala
Viċi-Parroku; u fiż-Żejtun. Kien ukoll Direttur
Spiritwali fl-iskola tal-Ħandaq, Segretarju
fis-Segretarjat għall-Kleru u għall-Membri ta’
Istituti ta’ Ħajja Konsagrata, u Segretarju
tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan.
F’April 2002 huwa kien inħatar bħala Kappillan
tal-Parroċca ta’ Santa Marija f’Ħad Dingli fejn
għadu jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu sal-lum.
Waqt li nagħtu merħba lil Dun Reuben u
nawgurawlu ħafna ħidma qaddisa fostna, nixtiequ
ntennu l-ħajr tagħna lil Kappillan Dun Renè
Vella ta’ dak kollu li għamel magħna u għalina.
Lilhom it-tnejn inwegħdu t-talb tagħna.
Festa tal-Qalb ta’ Ġesù
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju, tkun ċelebra l-festa tal-Qalb ta’ Ġesú.
Għall-Knisja Kattolika, din il-festa hija ferm
aktar minn sempliċi devozjoni popolari. Hija
ċ-ċelebrazjoni ta’ l-Imħabba Divina, murija
lilna fil-persuna ta’ Ġesù Kristu u simboliżata
fil-Qalb Imqaddsa tiegħu minfuda għall-fidwa
tad-dinja.
Ara l-Wegħdiet li Ġesù stess għamel għal dawk li
jkollhom devozzjoni lejn il-Qalb Inqaddsa
tiegħu.
Ikklikkja hawn >>> |